Aqbeż għall-kontentut

Dougga

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dougga.

Dougga, Thugga jew TBGG kien insedjament Berberu, Puniku u Ruman qrib Téboursouk attwali fit-Tramuntana tat-Tuneżija. Is-sit arkeoloġiku attwali jkopri 65 ettaru (160 akru). L-UNESCO niżlet lil Dougga bħala Sit ta' Wirt Dinji fl-1997, minħabba li jirrappreżenta "l-iżjed raħal żgħir Ruman ippreservat fit-Tramuntana tal-Afrika".[1] Is-sit, li jinsab f'nofs il-kampanja, ġie protett mill-impatt tal-urbanizzazzjoni moderna, f'kuntrast pereżempju ma' Kartaġni, li r-rikkezzi tagħha nsterqu kemm-il darba. Id-daqs ta' Dougga, il-monumenti ppreservati sew tiegħu u l-istorja Numidjana-Berbera, Punika, Rumana antika u Biżantina rikka tiegħu jagħmluh sit eċċezzjonali. Fost l-iżjed monumenti famużi fis-sit hemm il-Mawżolew Libjan-Puniku, il-Kapitol, it-teatru Ruman, u t-tempji ta' Saturnu u ta' Ġunone tas-Smewwiet.[2]

Ismijiet[immodifika | immodifika s-sors]

L-isem Numidjan tal-insedjament ġie rreġistrat fl-alfabett Libjan-Berberu bħala TBGG. L-isem Puniku tal-insedjament ġie rreġistrat bħala tbgg (𐤕𐤁‬𐤂‬𐤂‬) u tbgʿg (𐤕𐤁‬𐤂𐤏‬𐤂). L-għerq B GG fil-Feniċju jfisser "fit-terrazza ta' fuq il-bejt". Camps jiddikjara li dan jaf jirrappreżenta self minn kelma Berbera li oriġinat mill-għerq tbg ("tipproteġi"). Dan ovvjament jirriżulta mill-pożizzjoni tas-sit fuq promontorju li faċilment seta' jiġi difiż. L-isem issellef bil-Latin bħala Thugga. Ladarba s-sit ingħata "status ħieles", ġie stabbilit mill-ġdid formalment u sar magħruf bħala Municipium Septimium Aurelium Liberum Thugga; "Septimium" u "Aurelium" huma referenzi għall-"fundaturi" (conditores) il-"ġodda" tar-raħal, Septimius Severus u M. Aurelius Antoninus (jiġifieri Caracalla). Ladarba Dougga ngħata l-istatus ta' kolonja Rumana, din saret formalment magħrufa bħala Colonia Licinia Septimia Aurelia Alexandriana Thuggensis.

Bil-Berberu attwali, is-sit huwa magħruf bħala Dugga jew Tugga. It-terminu ġie misluf bl-Għarbi bħala Doggā (bl-Għarbi: دڨة or دقة) u Dougga hija t-trażlitterazzjoni bil-Franċiż tal-isem bl-Għarbi.

Pożizzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Il-pożizzjoni ta' Dougga fl-Afrika Rumana.

Is-sit arkeoloġiku jinsab 4.6 kilometri (2.9 mili) f'Nofsinhar il-Lbiċ tar-raħal modern ta' Téboursouk fuq promontorju b'veduta mhux ostakolata tal-pjanuri tal-madwar f'Oued Khalled. Is-sit joffri livell għoli ta' protezzjoni naturali, u dan jgħin biex tiġi spjegata l-okkupazzjoni bikrija tiegħu. Ix-xaqliba li fuq inbena s-sit ta' Dougga togħla lejn it-Tramuntana u hija kkonfinata fil-Lvant bl-irdum magħruf bħala Kef Dougga. Iktar lejn il-Lvant, ix-xifer tal-Fossa Regia, foss u konfini maħluq mir-Rumani wara l-qerda ta' Kartaġni, jindika l-pożizzjoni ta' Dougga bħala punt ta' kuntatt bejn id-dinja tal-Puniċi u dik tal-Berberi.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

L-istorja ta' Dougga hija magħrufa l-iktar minn żmien il-ħakma Rumana, minkejja li ġew skoperti bosta monumenti pre-Rumani matul l-iskavi arkeoloġiċi, fosthom nekropoli, mawżolew u diversi tempji. Dawn il-monumenti huma indikazzjoni tal-importanza tas-sit qabel il-wasla tar-Rumani.

Renju tal-Berberi[immodifika | immodifika s-sors]

Il-fdalijiet tal-ħitan li kienu nbnew fl-Antikità Aħħarija, li huwa maħsub li xi darba kienu fortifikazzjonijiet Numidjani.

Milli jidher il-belt ġiet stabbilita fis-seklu 6 Q.K. Xi storiċi jemmnu li Dougga hija l-belt ta' Tocae (bil-Grieg: Τοκαί, Tokaí), li kienet inħatfet mil-logutenent ta' Agatokle ta' Siracusa fl-aħħar tas-seklu 4 Q.K; Dijodoru ta' Sqallija ddeskriva lil Tocae bħala "belt ta' sbuħija mill-aqwa".

Dougga fi kwalunkwe każ kienet insedjament uman bikri u importanti. In-natura urbana tas-sit toħroġ fid-dieher mill-preżenza ta' nekropoli bid-dolmens, l-iżjed sejba arkeoloġika antika f'Dougga, ta' santwarju ddedikat lil Ba'al Hammon, steli neo-Puniċi, mawżolew, frammenti arkitettoniċi, u tempju ddedikat lil Masinissa, li l-fdalijiet tiegħu nstabu matul l-iskavi arkeoloġiċi. Minkejja li l-għarfien tagħna tal-belt qabel il-ħakma Rumana għadha limitata ferm, sejbiet arkeoloġiċi reċenti rrivoluzzjonaw l-istampa li kellna ta' dan il-perjodu.

L-identifikazzjoni tat-tempju ddedikat lil Masinissa taħt il-forum sfaxxat it-teorija ta' Louis Poinssot li l-belt Numidjana kienet tinsab fuq promontorju iżda kienet separata mill-insedjament Ruman iktar ġdid. It-tempju, li nbena fl-għaxar sena tar-renju ta' Micipsa (139 Q.K.), huwa twil 14-il metru u wiesa' 6.3 metri (46 pied b'21 pied). Juri li ż-żona madwar il-forum diġà kienet inbniet qabel il-wasla tal-kolonjalisti Rumani. Fil-qrib ġiet skoperta wkoll binja li tmur lura għas-seklu 2 Q.K. B'mod simili, il-mawżolew ta' Dougga mhuwiex iżolat iżda jinsab fi ħdan nekropoli urbana.

Sejbiet reċenti sfaxxaw it-teoriji bikrin dwar l-hekk imsejħa "ħitan Numidjani". Il-ħitan madwar Dougga fil-fatt mhumiex Numidjani; huma parti mill-fortifikazzjonijiet tal-belt fl-antikità aħħarija. Skavi mmirati wrew ukoll li dak li kien ġie interpretat bħala żewġ torrijiet Numidjani fil-ħitan fil-fatt huma żewġ monumenti funebri mill-era Numidjana li reġgħu ntużaw ferm wara bħala pedamenti u sezzjoni tad-difiża.

L-iskoperta ta' kitbiet imnaqqxa Puniċi-Libjani fis-sit qanqlet dibattitu dwar l-amministrazzjoni tal-belt fi żmien ir-Renju tan-Numidja. Id-dibattitu — dwar l-interpretazzjoni tas-sorsi epigrafiċi — iffoka fuq il-kwistjoni jekk il-belt kinitx għadha taħt l-influwenza Punika jew kinitx qed issir iktar Berbera. Istituzzjonijiet Berberi lokali, distinti minn kwalunkwe forma ta' awtorità Punika, ġew stabbiliti mill-perjodu Numidjan 'il quddiem, iżda Camps jinnota li kien għad hemm maġistrati Puniċi mhux irjali f'diversi bliet, inkluż Dougga, matul l-era Rumana, u dan huwa sinjal tal-influwenza Punika li kienet għadha preżenti u tal-preservazzjoni ta' ċerti elementi taċ-ċivilizzazzjoni Punika ferm wara l-waqgħa ta' Kartaġni.

Imperu Ruman[immodifika | immodifika s-sors]

It-Teatru Ruman ta' Dougga.

Ir-Rumani taw l-istatus ta' belt indiġena (bil-Latin: civitas) lil Dougga wara li ħakmu r-reġjun.

Il-ħolqien tal-kolonja ta' Kartaġni matul ir-renju ta' Awgustu kkumplikat l-istatus istituzzjonali ta' Dougga. Il-belt ġiet inkluża fit-territorju (pertica) tal-kolonja Rumana, iżda f'dan iż-żmien ukoll, feġġet komunità (pagus) ta' kolonjalisti Rumani maġenb l-insedjament eżistenti. B'hekk, għal żewġ sekli, is-sit ġie ggvernat minn żewġ korpi istituzzjonali u ċiviċi: il-belt bil-peregrini tagħha u l-pagus biċ-ċittadini Rumana tagħha. It-tnejn kellhom istituzzjonijiet ċiviċi Rumani: maġistrati u kunsill (ordo) ta' dekurjuni għall-belt, kunsill lokali minn l-aħħar tas-seklu 1 W.K., u amministraturi lokali għall-pagus, li kienu legalment subordinati għall-kolonja distanti iżda setgħana ta' Kartaġni. Barra minn hekk, evidenza epigrafika tindika li maġistratura doppja bi stil Puniku, is-sufetes, kisbet xi statura ċivika hawnhekk ukoll matul il-perjodu imperjali. Fil-fatt, kien hemm żmien li l-belt kellha tliet maġistrati fl-istess ħin, xi ħaġa relattivament rari fil-Mediterran.

Maż-żmien, ir-Rumanizzazzjoni tal-belt qarrbet iż-żewġ komunitajiet flimkien. Membri notevoli tal-peregrini kulma jmur bdew jadottaw il-kultura u l-imġiba Rumana, saru ċittadini Rumani, u l-kunsilli taż-żewġ komunitajiet bdew jieħdu deċiżjonijiet flimkien. Dan għall-ewwel ġie ffaċilitat mill-prossimità ġeografika taż-żewġ komunitajiet — ma kien hemm l-ebda distinzjoni fiżika bejn iż-żewġ insedjamenti tagħhom — u iktar 'il quddiem bejn l-arranġamenti istituzzjonali tagħhom. Matul ir-renju ta' Marku Awrelju, il-belt ingħatat il-liġi Rumana; minn dan il-mument 'il quddiem, il-maġistrati awtomatikament ingħataw iċ-ċittadinanza Rumana u d-drittijiet tal-abitanti tal-belt saru simili għal dawk taċ-ċittadini Rumani. Matul l-istess żmien, il-pagus kiseb ċertu grad ta' awtonomija minn Kartaġni; seta' jirċievi allokazzjonijiet u jamministra l-fondi pubbliċi.

Il-fdalijiet ta' Dougga qalb is-siġar taż-żebbuġ.

Minkejja dan, kien biss fil-205 W.K., matul ir-renju ta' Septimius Severus, li ż-żewġ komunitajiet saru ħaġa waħda bħala muniċipalità (municipium) "ħielsa", filwaqt li l-pertica ta' Kartaġni ċċekknet. Il-belt ġiet appoġġata mill-għoti tal-ġid mill-familji l-kbar ta' individwi għonja, li xi kultant laħaq livelli eżorbitanti, filwaqt li l-interess tagħha ġew irrappreżentati sew permezz ta' appelli lill-imperaturi. L-iżvilupp ta' Dougga laħaq il-qofol tiegħu matul ir-renju ta' Gallienus, meta s-sit kiseb l-istatus ta' kolonja Rumana separata.

Il-monumenti ta' Dougga huma xhieda tal-prosperità tagħha fil-perjodu mir-renju ta' Dijoklezjanu sa dak ta' Teodożju I, iżda laħqet livelli tal-għaġeb mis-seklu 4. Milli jidher il-belt esperjenzat deklin bikri, kif joħroġ fid-dieher mill-ftit fdalijiet sempliċi tal-Kristjaneżmu. Matul il-perjodu tat-tmexxija Biżantina, l-inħawi madwar il-forum ġew ittrasformati f'forti; diversi binjiet importanti nqerdu sabiex il-materjali tagħhom jintużaw għall-kostruzzjoni tiegħu.

Kaliffat[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sit ta' Dougga qatt ma ġie abbandunat għalkollox wara l-invażjonijiet Musulmani fl-inħawi. Għal żmien twil, Dougga baqa' s-sit ta' villaġġ żgħir popolat mid-dixxendenti tal-abitanti ta' qabel, kif joħroġ fid-dieher mill-moskea żgħira li tinsab fit-Tempju tal-Ħniena ta' Awgustu u l-banju ż-żgħir li jmur lura għall-perjodu tal-Aglabidi fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-forum.

Xogħol arkeoloġiku[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel viżitaturi mill-Punent li kitbu l-esperjenzi tagħhom rigward il-fdalijiet waslu fis-sit fis-seklu 17. Din ix-xejra kompliet fis-seklu 18 u fil-bidu tas-seklu 19. Ġew deskritti l-iżjed monumenti ppreservati sew, inkluż il-mawżolew, u lejn tmiem dan il-perjodu saru studji arkitettoniċi fuqhom.

L-istabbiliment ta' protettorat Tuneżin ta' Franza fl-1881 wassal għall-ħolqien ta' istitut nazzjonali tal-antikitajiet (bil-Franċiż: Institut national du patrimoine), li għaliha l-iskavi tas-sit ta' Dougga kienu prijorità mill-1901, flimkien max-xogħlijiet li kienu qed isiru f'Kartaġni. Ix-xogħlijiet f'Dougga għall-ewwel ikkonċentraw fuq l-inħawi madwar il-forum; skoperti oħra żguraw li jkun hemm kważi sensiela kostanti ta' skavi fis-sit sal-1939. Flimkien ma' dawn l-iskavi, sar xogħol ta' restawr fuq il-Kapitol, fejn il-faċċata u l-bażi tal-ħajt taċ-ċella biss kienu għadhom weqfin, u xogħol ta' restawr tal-mawżolew, b'mod partikolari bejn l-1908 u l-1910 .

Wara l-indipendenza tat-Tuneżija, ġew skavati binjiet oħra, inkluż it-Tempju tar-Rebħa ta' Caracalla fil-Ġermanja. Matul l-istess perjodu, l-aħħar abitanti tas-sit tkeċċew u ġew rilokati lejn villaġġ fil-pjanura diversi kilometri 'l bogħod mis-sit tal-qedem, li issa sar jismu Dougga l-Ġdida. Fl-1991 ittieħdet id-deċiżjoni li s-sit isir park arkeoloġiku nazzjonali. Programm xjentifiku kooperattiv għandu l-għan li jippromwovi l-istudju tal-kitbiet imnaqqxa fis-sit u tat-tempji pagani. Fl-1997 is-sit arkeoloġiku ta' Dougga tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Minkejja l-importanza u l-istat eċċezzjonali tiegħu, is-sit ta' Dougga ma tantx huwa popolari fost it-turisti u jilqa' madwar 50,000 viżitatur fis-sena biss. Sabiex isir iktar attraenti, bdiet titqies il-kostruzzjoni ta' mużew fis-sit, filwaqt li l-istitut nazzjonali tal-antikitajiet stabbilixxa sit web li jippreżenta s-sit u r-reġjun tal-madwar.

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sit arkeoloġiku ta' Dougga/Thugga ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]

"Libertà" ta' Dougga[immodifika | immodifika s-sors]

Kitba mnaqqxa f'ġieħ Marcius Maximus li tpoġġiet b'mod konġunt mill-pagus u miċ-civitas.

Mill-205 W.K., meta l-belt (civitas) u l-komunità (pagus) saru muniċipalità (municipium) waħda, Dougga ngħatat it-titlu ta' liberum, u t-tifsira tiegħu mhix ċerta. It-terminu jidher fit-titli ta' għadd ta' muniċipalitajiet oħra li ġew stabbiliti dak iż-żmien: Thibursicum Bure, Aulodes, u Thysdrus. Diversi interpretazzjonijiet tat-tifsira tat-titlu ġew issuġġeriti. Skont Merlin u Poinssot, it-terminu oriġina mill-isem tad-divinità Liber, li għaliha ġie iddedikat tempju f'Dougga. L-epitet Liberum b'hekk jippermetti l-istess mudell bħala Frugifer u Concordia, li jitfaċċaw fit-titlu ta' Thibursicum Bure. Madankollu, Thibursicum Bure hija eċċezzjoni għal din ir-regola; it-titli tal-muniċipalitajiet l-oħra li jinkludu t-terminu liberum ma jinkludux l-ismijiet ta' xi divinitajiet, u din l-ipoteżi għaldaqstant ġiet abbandunata. Min-naħa l-oħra, liberum titqies bħala referenza għal status ħieles (libertas, "libertà"). Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata minn kitba mnaqqxa f'Dougga li tonora lil Alessandru Severus bħala l-"preservatur tal-libertà" (conservator libertatis).

Madankollu, mhuwiex ċar x'tip ta' libertà kienet din il-libertà. Toutain huwa tal-fehma li din hija deżinjazzjoni għal tip partikolari ta' municipium — bliet ħielsa fejn il-gvernatur Ruman ma kellux id-dritt li jikkontrolla lill-maġistrati muniċipali. Madankollu ma hemmx evidenza li Dougga kienet tgawdi minn xi privileġġi legali tat-tip assoċjat ma' ċerti bliet ħielsa bħal Afrodisja fl-Asja Minuri. Veyne għaldaqstant issuġġerixxa li l-"libertà" ta' Dougga mhi xejn għajr espressjoni tal-kunċett ta' libertà mingħajr ebda tifsira legali; u l-fatt li kisbet l-istatus ta' municipium illiberat il-belt mis-suġġogazzjoni tagħha u b'hekk seta' jkollha l-"ornamenti tal-libertà" (ornamenta libertatis). Il-libertà tal-belt ġiet iċċelebrata l-istess bħad-dinjità mfaħħra tagħha; l-imperatur Probus huwa "preservatur tal-libertà u tad-dinjità" (conservator libertatis et dignitatis). Gascou, skont l-interpretazzjoni ta' Veyne, jiddeskrivi s-sitwazzjoni bħala: "Liberum, fit-titlu ta' Thugga, huwa terminu […] li l-belt kienet stenniet għal żmien twil għall-istatus ta' municipium, tiftaħar bih".

Kitba mnaqqxa li tpoġġiet miċ-civitas ftit qabel il-fużjoni mal-pagus. Kitbiet imnaqqxa bħal din prattikament huma l-unika rekord li għandna tal-istituzzjonijiet tal-belt.

Minkejja l-konklużjoni ta' Gascou, saru sforzi iktar reċentement biex jiġu identifikati l-aspetti konkreti tal-libertà ta' Dougga. Lepelley jemmen minn naħa li din x'aktarx li kienet referenza għar-relazzjonijiet bejn il-belt u Ruma u min-naħa l-oħra li t-terminu jista' jkopri firxa ta' privileġġi differenti oħra. Huwa magħruf li t-territorju ta' Kartaġni, li kien jagħmel miegħu l-pagus ta' Dougga sal-205 W.K., kien igawdi minn dawn il-privileġġi: l-abitanti tal-pagus bagħtu wkoll appell matul ir-renju ta' Trajanu biex tiġi difiża l-immunità fiskali tat-territorju ta' Kartaġni (immunitas perticae Carthaginiensium). Iċ-civitas ta' Dougga ma ngħatatx din il-konċessjoni, għaldaqstant il-fużjoni tal-pagus maċ-civitas kienet tfisser li ċ-ċittadini tal-pagus issograw li jitilfu l-privileġġi li kellhom. Il-libertà tal-municipia stabbiliti matul ir-renju ta' Septimius Severus għaldaqstant tista' tkun referenza għall-immunità fiskali bis-saħħa tal-ġid kbir tar-reġjun u tal-ġenerożità tal-imperatur fil-konfront ta' kull municipium f'dak iż-żmien tal-fużjoni. Matul ir-renju ta' Gallienus, ċertu Aulus Vitellius Felix Honoratus, individwu magħruf sew f'Dougga, appella lill-imperatur "sabiex jiżgura l-libertà pubblika". Lepelley jemmen li din hija indikazzjoni li l-privileġġ tal-belt kien qed jiġi ddubitat, għalkemm milli jidher Dougga parzjalment kienet kapaċi tippreserva l-konċessjonijiet tagħha, kif joħroġ fid-dieher f'kitba mnaqqxa f'ġieħ "Probus, id-difensur tal-libertà tagħha".

Madankollu, skont Christol, din l-interpretazzjoni tirrestrinġi ferm it-tifsira tat-terminu libertas. Fil-fehma ta' Christol, huwa importanti li wieħed ma jinsiex li d-deċiżjoni tal-imperatur fil-205 x'aktarx li ttieħdet bħala rispons għal talba li saret miċ-civitas u x'aktarx li qieset ir-relazzjonijiet li diġà kienu jeżistu bejnha u l-pagus. L-awtonomija li kisbet iċ-civitas matul ir-renju ta' Marku Awrelju u l-għoti tal-liġi Rumana żiedu l-possibbiltà ta' fużjoni taż-żewġ komunitajiet, li bla dubju pprovokaw it-tkemmix tax-xofftejn fost il-pagus. L-abitanti tal-pagus x'aktarx li esprimew "tħassib jew saħansitra rifjut meta kellhom jiffaċċjaw il-pretensjonijiet tal-eqreb ġirien tagħhom". Dan jispjega l-unur attribwit lil Commodus (conservator pagi, "protettur tal-komunità") mill-pagus.

Skont Christol, it-terminu liberum irid jiġu mifhum f'dan il-kuntest u f'sens astratt. Din il-libertà toriġina mill-fatt li tkun parti minn belt u tesprimi t-tmiem tad-dipendenza taċ-civitas: "l-elevazzjoni ta' komunità ta' peregrini għal-libertà taċ-ċittadinanza Rumana". Din serviet ukoll biex ittaffi l-biżgħat tal-abitanti tal-pagus u biex tiftaħ il-bibien beraħ għal promozzjoni iktar 'il quddiem għall-istatus ta' kolonja. Din il-promozzjoni seħħet fil-261 W.K., matul ir-renju ta' Gallienus, wara appell minn Aulus Vitellius Felix Honoratus fil-verżjoni ta' kif seħħew l-affarijiet skont Christol. Minn hemm 'il quddiem, id-difiża tal-libertas publica ma kinitx kwistjoni ta' difiża ta' privileġġ li kien qed jiġi ssograt, iżda tat-talba ta' għal "libertà totali" (summa libertas) — il-promozzjoni għall-istatus ta' kolonja. Christol jindika wkoll li, minkejja n-natura astratta ta' termini bħal libertas jew dignitas, id-dehra formali tagħhom għandhom jitqiesu bħala referenzi għal avvenimenti konkreti u uniċi.

Konfigurazzjoni ġenerali[immodifika | immodifika s-sors]

Mappa taż-żona madwar il-forum. Lejn il-Lvant, mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, hemm it-Tempju ta' Merkurju u t-Tempju tal-Ħniena ta' Awgustu, il-"pjazza tal-Warda tal-Irjieħ" u s-suq; lejn il-Punent, hemm il-pjazza tal-Punent bil-Kapitol u mill-ewwel fuq ix-xellug tal-Kapitol, hemm is-substrutturi tat-Tempju ta' Massinissa; bil-griż hemm il-kontorn tal-forti Biżantin.

Il-belt kif teżisti llum tikkonsisti essenzjalment mill-fdalijiet ta' żmien ir-Rumani għall-biċċa l-kbira tas-seklu 2 u 3. Il-bennejja Rumani kellhom iqisu kemm l-art partikolarment imħarbta tas-sit kif ukoll ta' kostruzzjonijiet preċedenti, u b'hekk iddeċidew li jabbandunaw il-konfigurazzjoni normali tal-insedjamenti Rumani, kif huwa partikolarment evidenti f'postijiet bħal Timgad.

L-iskavi arkeoloġiċi reċenti kkonfermaw il-kontinwità tal-iżvilupp urban tal-belt. Il-qalba tal-belt dejjem kienet fil-quċċata tal-għolja, fejn il-forum issostitwixxa l-agora Numidjana. Skont Hédi Slim, permezz tal-iżvilupp f'Dougga, il-kostruzzjoni urbana okkupat il-ġenb tal-għolja, tant li l-belt x'aktarx li kienet tixbah "massa kumpatta".

L-iskavi arkeoloġiċi bikrin iffukaw fuq il-binjiet pubbliċi, u dan kien ifisser li l-binjiet privati għall-ewwel kienu jiġu żvelati fl-aħħar tat-trunċieri mħaffra għal dan l-iskop. Iktar 'il quddiem, it-trunċieri tħaffru bl-iskop li jiġu żvelati l-binjiet privati partikolarment karatteristiċi.

Residenza Numidjana[immodifika | immodifika s-sors]

Traċċi ta' residenza li tmur lura għall-era Numidjana ġew identifikati mal-pedamenti tat-tempju ddedikat lil Liber. Għlkemm dawn it-traċċi huma sottili ħafna, intużaw biex jiġu rrifjutati t-teoriji tal-ewwel arkeologi, inkluż Louis Poinssot, li l-insedjamenti Rumani u pre-Rumani kienu jinsabu f'siti separati. Iż-żewġ insedjamenti evidentement kienu jidħlu f'xulxin.

Villa tat-trifolium[immodifika | immodifika s-sors]

Il-bitħa tal-villa tat-trifolium.

Din ir-residenza, li tmur lura għas-sekli 2 jew 3, tinsab iktar 'l isfel mill-kwartieri madwar il-forum u l-monumenti pubbliċi prinċipali fil-belt, f'żona fejn it-toroq iserrpu.

Il-villa tat-trifolium, imsemmija għal kamra b'għamla ta' trifolju li bla dubju kienet tintuża bħala triclinium, hija l-ikbar dar privata skavata sa issa f'Dougga. Id-dar kellha żewġ sulari, iżda ma fadal xejn mis-sulari ta' fuq. Tinsab fin-Nofsinhar tal-belt, nofs triq 'il fuq fl-għolja. Id-dar hija partikolarment interessanti minħabba l-mod kif inbniet allinjata max-xaqliba tal-art; is-sala tad-daħla tal-villa tinżel 'l isfel sa bitħa li madwarha kienu rranġati d-diversi kmamar.

Suq[immodifika | immodifika s-sors]

Il-fdalijiet tas-suq.

The market dates from the middle of the 1st century. It took the form of a square 35.5 m × 28 m (116 ft × 92 ft) in size, surrounded by a portico and shops on two sides. The northern side had a portico, while an exedra occupied the southern side. The exedra probably housed a statue of Mercury.

In order to compensate for the natural incline of the ground on which the market stands, its builders undertook significant earthworks. These earthworks have been dated as being amongst the oldest Roman constructions, and their orientation vis-à-vis the forum seems to suggest that they were not built on any earlier foundations. The modern-day location of the remains from the market near the forum should however not be misunderstood as indicating a link between the two. The market was almost completely destroyed during the construction of the Byzantine fort. It was excavated in 1918-1919.

Banjijiet Liċinjani[immodifika | immodifika s-sors]

The Licinian Baths are interesting for having much of its original walls intact, as well as a long tunnel used by the slaves working at the baths. The baths were donated to the city by the Licinii family in the 3rd century. They were primarily used as winter baths. The frigidarium has triple arcades at both ends and large windows with views over the valley beyond.

Strutturi funebri[immodifika | immodifika s-sors]

Dolmens[immodifika | immodifika s-sors]

Dolmen fin-nekropoli tat-Tramuntana.

The presence of dolmens in North Africa has served to stoke historiographic debates that have been said to have ideological agendas. The dolmens at Dougga have been the subject of archaeological digs, which have also uncovered skeletons and ceramic models.

Although it is difficult to put a date on the erection of the dolmens, as they were in use until the dawn of the Christian era, it seems likely that they date from at least 2000 years BC. Gabriel Camps has suggested that a link to Sicily. He has made the same suggestion for the "haouanet" tombs found in Algeria and Tunisia.

Oqbra bazina Numidjani[immodifika | immodifika s-sors]

F'Dougga ġie skopert tip ta' qabar uniku fid-dinja Numidjana. Dawn l-oqbra jissejħu oqbra bazina jew oqbra monumentali ċirkolari.

Mawżolew Puniku-Libjan[immodifika | immodifika s-sors]

Eżempju ta' qabar bazina.

The Mausoleum of Ateban is one of the very rare examples of royal Numidian architecture. There is another in Sabratha in Libya. Some authors believe that there is a link with the funeral architecture in Anatolia and the necropoleis in Alexandria from the 3rd and 2nd century BC.

This tomb is 21 m (69 ft) tall and was built in the 2nd century BC. A bilingual inscription installed in the mausoleum mentioned that the tomb was dedicated to Ateban, the son of Iepmatath and Palu. In 1842, Sir Thomas Reade, the British consul in Tunis seriously damaged the monument while removing this inscription. This bilingual Punic-Libyan Inscription, now held at the British Museum, made it possible to decode the Libyan characters. It has only recently been established that the inscription was originally located on one side of a fake window on the podium. According to the most recent research, the names cited in the inscription are only those of its architect and of representatives of the different professions involved in its construction. The monument was built by the inhabitants of the city for a Numidian prince; some authors believe that it was intended for Massinissa

Il-mawżolew fl-istat attwali tiegħu.

The monument owes its current appearance to the work of French archaeologist Louis Poinssot, who essentially reconstructed it from pieces that were left lying on the ground. The tomb is accessed via a pedestal with five steps. On the northern side of the podium (the lowest of three levels in the monument), there is an opening to the funeral chamber that is closed with a stone slab. The other sides are decorated with fake windows and four Aeolic pilasters. The second level is made up of a temple-like colonnade (naiskos); the columns on each side are Ionic. The third level is the most richly decorated of all: in addition to pilasters similar to those on the lowest level, it is capped with a pyramid. Some elements of carved stone have also survived.

Sepulkri Rumani[immodifika | immodifika s-sors]

Stele funebri Rumana f'Dougga.

Although work has in the past been undertaken to uncover the Roman sepulchres, today they have been reclaimed in part by olive trees.

The different necropoleis mark the zones of settlement at Dougga. There are five areas that have been identified as necropoleis: the first in the northeast, around the Temple of Saturn and the Victoria Church, the second in the northwest, a zone which also encompasses the dolmens on the site, the third in the west, between the Aïn Mizeb and Aïn El Hammam cisterns and to the north of the Temple of Juno Caelestis, the fourth and the fifth in the south and the south-east, one around the mausoleum and the other around Septimius Severus’ triumphal arch.

L-ipoġew.

Ipoġew[immodifika | immodifika s-sors]

L-ipoġew huwa binja nofsha taħt l-art tas-seklu 3. Inbena f'nofs l-eqdem nekropoli, li ġiet skavata fl-1913. L-ipoġew kien maħsub biex jospita urni funebri f'niċeċ żgħar fil-ħitan; meta ġie skopert, kien fih ukoll sarkofagi, u dan jissuġġerixxi li kien ilu jintuża għal żmien twil.

Monumenti politiċi[immodifika | immodifika s-sors]

Arkati trijonfali[immodifika | immodifika s-sors]

L-arkata ta' Septimius Severus.
L-arkata ta' Alessandru Severus.

Is-sit ta' Dougga għad għandu żewġ arkati trijonfali, f'kundizzjonijiet ta' żamma differenti.

L-arkata ta' Septimius Severus, li ġarrbet ħsarat estensivi, tinsab qrib il-mawżolew u fir-rotta li tagħti minn Kartaġni għal Théveste. Inbniet fil-205 W.K.

L-arkata ta' Alessandru Severus, li tmur lura għall-222-235, għadha ppreservata relattivament tajjeb, minkejja li ntilfu l-elementi ta' fuq tagħha. Tinsab fl-istess bogħod mill-Kapitol u mit-Tempju ta' Ġunone tas-Smewwiet. Il-ħnejja tagħha hija għolja 4 metri (13-il pied).

Arkata trijonfali oħra, li kienet tmur lura għal żmien it-Tetrarkat, intilfet għalkollox.

Forum[immodifika | immodifika s-sors]

Veduta tas-sezzjoni tal-Punent tal-forum mill-Kapitol.

Il-forum tal-belt tkopri 924 m2 (9,950 pied kwadru). Partijiet minnu huma ppreservati aħjar milli partijiet oħra, peress li l-kostruzzjoni tal-forti Biżantin ikkawżat xi ħsara lil sezzjoni kbira minnu. Il-Kapitol, li jinsab f'żona mdawra bil-portiċi, qiegħed f'pożizzjoni dominanti madwar il-forum. Il-pjazza tal-"Warda tal-Irjieħ" (li hija mlaqqma hekk minħabba element dekorattiv) iktar qisha spazju miftuħ li jagħti għat-Tempju ta' Merkurju, li jinsab fin-naħa tat-Tramuntana tiegħu. Il-kurja tal-belt u tribuna għad-diskorsi x'aktarx li kienu jinsabu hawnhekk ukoll.

Żmien twil ilu, l-arkeologi kienu jemmnu li ex nihilo kien hemm insedjament Ruman f'Dougga. Dan is-suġġeriment ġie rrifjutat bl-iskoperta ta' santwarju ddedikat lil Massinissa fost is-substrutturi fuq in-naħa ta' wara tal-Kapitol.

Faċilitajiet rikreattivi[immodifika | immodifika s-sors]

Teatru[immodifika | immodifika s-sors]

It-teatru Ruman ta' Dougga.

It-teatri Rumani huma element fundamentali mill-bixra monumentali ta' belt mir-renju ta' Awgustu.

It-teatru, li nbena fil-168 jew fil-169 W.K., huwa wieħed mill-iżjed eżempji ppreservati sew fl-Afrika Rumana. Kien jesa' sa 3,500 spettatur bilqiegħda, allavolja Dougga kellha 5,000 abitant biss. Kien wieħed minn sensiela ta' binjiet imperjali li nbnew matul żewġ sekli f'Dougga u li jiddevjaw mill-"impronti" klassiċi peress li ġew adattati għall-art lokali. Saru xi aġġustamenti żgħar u l-arkitetti lokali kellhom ċertu libertà fir-rigward tat-tiżjin tal-binjiet.

It-teatru fil-bidu tas-seklu 20.

Dedika mnaqqxa fil-pedament tal-palk u fuq il-portiku tiddomina l-belt u tfakkar lil dak li kkommissjona l-binja, P. Marcius Quadratus, li "bnieh għal art twelidu bi flusu stess"; id-dedika ġiet iċċelebrata b'"rappreżentazzjonijiet xeniċi, distribuzzjonijiet tal-ħajja, festival u logħbiet atletiċi".

It-teatru għadu jintuża għal spettakli tat-teatru klassiku, b'mod partikolari matul il-festival ta' Dougga, u sar xogħol ta' konservazzjoni fuqu.

Awditorju[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sit magħruf bħala l-awditorju huwa parti annessa tat-Tempju ta' Liber, li x'aktarx kien jintuża għall-prattika min-novizzji. Minkejja l-isem modern tiegħu, l-awditorju ma kienx sit fejn jittellgħu l-ispettakli; għalkemm il-forma tiegħu tissuġġerixxi mod ieħor. L-awditorju huwa 20 metru b'20 metru (66 pied b'66 pied).

Ċirkwit[immodifika | immodifika s-sors]

Mużajk tas-sewwieq rebbieħ taż-żwiemel bil-karru li nstab f'Dougga u li qiegħed għall-wiri fil-Mużew Nazzjonali ta' Bardo.

Il-belt għandha ċirkwit maħsub għat-tlielaq taż-żwiemel bil-karru, iżda bilkemm jidher illum il-ġurnata. Oriġinarjament, iċ-ċirkwit kien jikkonsisti minn xejn iktar minn għalqa; kitba mnaqqxa fit-tempju tar-rebħa ta' Caracalla fil-Ġermanja tinnota li l-art kienet ingħatat b'donazzjoni mill-Gabinii fil-214 u tiddeskriviha bħala ager qui appellatur circus (għalqa li tintuża bħala ċirkwit). Minkejja dan, fil-225 is-sit tħejja u nbena ċ-ċirkwit. Dan ġie ffinanzjat mill-maġistrati (duumviri u aedile) sabiex iżommu ma' wegħda li kienu għamlu b'rispons għal talba mill-popolazzjoni kollha tal-belt. Iċ-ċirkwit inbena biex jieħu vantaġġ massimu mill-pajsaġġ tal-madwar, kif ukoll bil-ħsieb li jiġu limitati l-ispejjeż f'belt ta' daqs medju b'riżorsi limitati, iżda ċertament ukoll bix-xewqa li x-xogħlijiet tal-kostruzzjoni jitlestew malajr kemm jista' jkun, minħabba li l-mandati tal-maġistrati kienu limitati għal sena waħda. Il-kostruzzjoni xorta waħda kienet mistennija li tkun "ta' ċertu kobor"; iċ-ċirkwit, li huwa twil 393 metru (1,289 pied) bi spina ta' 190 metru b'6 metri (623 pied b'20 pied), huwa tassew straordinarju fl-Afrika Rumana. Iċ-ċirkwit jimmarka lil Dougga bħala waħda mill-iżjed bliet importanti fil-provinċja, flimkien ma' Kartaġni, Thysdrus, Leptis Magna, Hadrumet u Utica. Id-donazzjoni tal-art għad-divertiment tal-popolin ġenerali (ad voluptatem populi) u l-iżvilupp tagħha wara talba li saret mill-popolazzjoni kollha (postulante universo populo) huma tfakkira tal-importanza tal-ispettakli fil-ħajja soċjali tal-bliet Rumani u d-domanda għal divertiment popolari.

Anfiteatru[immodifika | immodifika s-sors]

Mhuwiex ċert għalkollox jekk f'Dougga kienx hemm anfiteatru. Tradizzjonalment, depressjoni elittika kbira lejn il-Majjistral tas-sit ġiet interpretata bħala s-sit ta' anfiteatru. Madankollu, l-arkeologi għadhom pjuttost kawti fil-konklużjonijiet tagħhom.

Banjijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Banju taċ-Ċiklopi.

F'Dougga ġew skavati għalkollox tliet banjijiet Rumani; ir-raba' banju għadu parzjalment skavat. Minn dawn l-erba' banjijiet, wieħed ("il-banju tad-dar lejn il-Punent tat-Tempju ta' Tellus") huwa ta' residenza privata, tnejn, il-banju ta' Aïn Doura u l-banju magħruf għal żmien twil bħala l-"banju Liċinjan", kienu, meta wieħed iqis id-daqs tagħhom, miftuħa għall-pubbliku, filwaqt li n-natura tal-aħħar banju, il-banju taċ-Ċiklopi, iktar diffiċli biex jiġi interpretat.

Banju taċ-Ċiklopi[immodifika | immodifika s-sors]

Matul l-iskavi tal-Banju taċ-Ċiklopi, instab mużajk ta' ċiklopi jsawru s-sajjetti ta' Ġove. Dan attwalment jinsab għall-wiri fil-Mużew Nazzjonali ta' Bardo, fejn hemm għall-wiri wkoll diversi latrini ppreservati sew. Abbażi ta' studju tal-mużajk, huwa maħsub li l-binja tmur lura għas-seklu 3 W.K.

Id-daqs tal-binja (bi frigidarium ta' inqas minn 30 m2 (320 pied kwadru)) wassal biex xi esperti jemmnu li kienet banju privat, iżda l-identifikazzjoni ta' domus fil-qrib għadha ma seħħitx. Il-"villa tat-trifolium" hija pjuttost 'il bogħod, u l-eqreb fdalijiet diffiċli li jiġu identifikati peress li ma tantx huma ppreservati sew. Għalhekk, Yvon Thébert jissuġġerixxi li l-banju kien jintuża mill-kwartier lokali.

Banju Antonjan jew Liċinjan[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kapitol mill-Banju Antonjan.

Il-Banju Antonjan, li jmur lura għas-seklu 3, kien magħruf bħala l-Banju Liċinjan (għall-imperatur Publius Licinius Egnatius Gallienus) u fih diversi sulari. L-identifikazzjoni ta' Louis Poinssot li l-banju jmur lura għar-renju ta' Gallienus abbażi ta' kitbiet imnaqqxa mhux kompluti u l-prosperità ta' Dougga dak iż-żmien ġiet iddubitata minn riċerka reċenti, li twettqet b'mod partikolari minn Michel Christol. Christol issuġġerixxa li l-banju jmur lura għal żmien ir-renju ta' Caracalla; din it-teorija minn dak iż-żmien ġiet ikkonfermata permezz ta' analiżi tal-kitbiet imnaqqxa. Oħrajn issuġġerew saħansitra li l-banju jmur lura għar-renju tad-dinastija Severana, minħabba partikolarità li saret komuni seklu wara fil-Punent: il-kolonni fil-peristil tal-Majjistral għandhom pedani bl-arkati.

Iktar 'il quddiem il-banju ntuża għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa f'data mhux magħrufa.

Il-binja simetrika għandha daqs medju, b'erha ta' 1,700 m2 (18,000 pied kwadru), bl-esklużjoni tal-palaestra, li 175 m2 (1,880 pied kwadru) minnha huma meħuda mill-frigidarium. Il-kostruzzjoni tal-banju kienet teħtieġ ix-xogħol kemm biex jitbaxxew u jiġu olzati xi sezzjonijiet tax-xaqliba ta' fejn inbena, u dan jista' jispjega għaliex partijiet mill-binja ġew ippreservati aħjar minn oħrajn; is-sezzjoni li nbniet fuq art olzata fil-biċċa l-kbira ntilfet għalkollox.

Banjijiet ta' Aïn Doura[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Banjijiet ta' Aïn Doura.

Qrib ħafna ta' Aïn Doura hemm kumpless parzalment skavat li jaf huwa l-ikbar banju fil-belt, il-Banjijiet ta' Aïn Doura. Abbażi tal-mużajk li nstab hawnhekk, ġie ssuġġerit li l-banju jmur lura għall-aħħar tas-seklu 2 jew għall-bidu tas-seklu 3, u li t-tiżjin tal-mużajk ġie mġedded fis-seklu 4 W.K.

Il-kumpless fil-biċċa l-kbira għadu ma ġiex skavat, iżda milli jidher, skont Yvon Thébert, għandu disinn simetriku, li minnu ġiet skavata sezzjoni biss tal-frigidarium.

Banju tad-dar tal-Punent tat-Tempju ta' Tellus[immodifika | immodifika s-sors]

Dan il-banju, b'erja ta' 75 m2 (810 piedi kwadri), li wieħed jista' jasal għalih mid-dar u mit-triq, ġie skavat fil-bidu tas-seklu 20. L-analiżi arkeoloġika tar-rabta tal-banju mad-dar fejn jinsab wasslet biex Thébert jissuġġerixxi li żdied wara mal-kostruzzjoni oriġinali, għalkemm ma jipproponix data meta dan seħħ.

Binjiet reliġjużi[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm evidenza arkeoloġika jew epigrafika għal iktar minn 20 tempju f'Dougga; numru sinifikanti għal belt żgħira. Hemm fdalijiet arkeoloġiċi u kitbiet imnaqqxa li juru l-eżistenza ta' ħdax-il tempju, fdalijiet arkeoloġiċi ta' tmienja oħra, u kitbiet imnaqqxa li jirreferu għal erbatax oħra. Din l-abbundanza ta' siti reliġjużi hija r-riżultat b'mod partikolari tal-filantropija tal-familji għonja.

Tempju ta' Massinissa[immodifika | immodifika s-sors]

It-Tempju ta' Massinissa jinsab man-naħa tal-Punent tal-Kapitol. L-ewwel arkeologi ħasbu li l-fdalijiet tat-tempju kienu funtana monumentali, għalkemm kitba mnaqqxa li turi l-eżistenza ta' santwarju ddedikat lir-re Numidjan mejjet ġiet skoperta fl-1904. Din il-kitba mnaqqxa tmur lura għall-139 Q.K., matul ir-renju ta' Micipsa.

Il-fdalijiet huma simili għal dawk tat-tempju f'Chemtou u huma evidenza tal-fatt li ċ-ċentru politiku tal-belt Rumana kien fl-istess post bħall-agora Ellenika. Il-fdalijiet tal-ġebel li nstabu f'din iż-żona milli jidher huma ta' diversi strutturi differenti; il-pożizzjoni eżatta tas-santwarju għadha mhix ċerta.

Għalkemm huwa maħsub li s-santwarju stabbilixxa lil Massinissa fuq il-livell ta' divinità, dan jiġi kkontestat minn xi esperti. Gsell jemmen li tempju ddedikat lir-re jirrefletti kontinwazzjoni ta' prattiki tal-Lvant u Elleniċi; Camps isaħħaħ din l-ipoteżi, billi jindika n-nuqqas ta' xi sorsi tal-qedem li jixhdu xi ħaġa għajr espressjonijiet sempliċi ta' rispett min-nies għar-re tagħhom. Skont Camps, it-tempju huwa mafkar biss, jiġifieri sit funebri. Il-kostruzzjoni tiegħu għaxar snin wara l-bidu tar-renju ta' Micipsa tista' tiġi spjegata mis-simboliżmu politiku tiegħu: Micipsa, l-unika mexxej wara l-mewt tal-aħwa tiegħu Gulussa u Mastanabal, ried jafferma l-unità tar-renju tiegħu madwar il-persuna tar-re.

Il-Kapitol[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kapitol fl-2008.

Il-Kapitol huwa tempju Ruman tas-seklu 2, iddedikat prinċipalment lit-trijade protettiva ta' Ruma: Ġove l-Aqwa u l-Ikbar (Jupiter Optimus Maximus), Ġunone r-Reġina (Juno Regina), u Minerva Awgusta (Minerva Augusta). Għandu dedika sekondarja lill-benessri tal-imperaturi Lucius Verus u Marku Awrelju; meta wieħed iqis din ir-referenza, il-Kapitol x'aktarx li tlesta fil-166-167 W.K.

Thomas d’Arcos identifika l-Kapitol bħala tempju ta' Ġove fis-seklu 17. Kien fil-mira ta' iktar riċerka lejn l-aħħar tas-seklu 19, li saret b'mod partikolari mit-tabib Louis Carton fl-1893. Il-ħitan, mibnija bl-istil tal-opus africanum, u l-qafas tal-portiku, ġew irrestawrati bejn l-1903 u l-1910. Claude Poinssot skopra kripta taħt iċ-ċella fl-1955. L-iżjed xogħlijiet reċenti twettqu mill-Institut national du patrimoine Tuneżin bejn l-1994 u l-1996.

Il-Kapitol huwa ppreservat sew ħafna, li hija konsegwenza tal-inklużjoni tiegħu fil-fortifikazzjoni Biżantina. Sensiela ta' ħdax-il tarġa jwasslu sal-portiku ta' quddiem. Il-kolonni Korinzji tan-naħa ta' quddiem tat-tempju huma twal 8 metri (26 pied), u fuqhom hemm il-frontun ippreservat għalkollox. Il-frontun għandu t-tinqix tal-għamla tal-imperatur Antoninus Pius elevat għal divinità. L-imperatur jidher merfugħ minn ajkla.

Il-bażi taċ-ċella għad għandha niċeċ għal tliet statwi. In-niċċa tan-nofs tospita statwa kolossali ta' Ġove.

L-iskoperta ta' ras ta' statwa ta' Ġove wasslet biex Poinssot jissuġġerixxi li l-kripta tmur lura għall-perjodu tat-trijonf tal-Kristjaneżmu fuq ir-reliġjonijiet l-antiki. St-Amans ma jeskludix il-possibbiltà li l-kripta nbniet fl-istess żmien taċ-ċittadella Biżantina, li l-forum u l-Kapitol kienu l-qalba tagħha.

Il-kostruzzjoni tal-Kapitol f'Dougga seħħet fl-istess żmien bħall-kostruzzjoni ta' monumenti oħra tal-istess tip f'inħawi oħra fit-Tramuntana tal-Afrika, u Gros dan jispjegah bħala konsegwenza tal-prossimità kbira tal-qima imperjali u tal-qima ta' Ġove.

Qrib il-Kapitol hemm il-pjazza tal-"Warda tal-Irjieħ" — li ngħatat dak l-isem minħabba warda tal-irjieħ imnaqqxa mal-art — u l-fdalijiet taċ-ċittadella Biżantina, li reġgħet użat sezzjoni tal-fdalijiet wara d-deklin tal-belt.

It-Tempju ta' Merkurju.
It-Tempju tal-Ħniena ta' Awgustu mit-Tramuntana.

Tempju ta' Merkurju[immodifika | immodifika s-sors]

It-Tempju ta' Merkurju huwa ddedikat ukoll lil Tellus. Iħares lejn is-suq; bejniethom it-tnejn hemm il-pjazza tal-"Warda tal-Irjieħ". It-tempju fil-biċċa l-kbira jinsab fi stat ta' fdalijiet. Għandu tliet ċelel iżda l-ebda spazju miftuħ. Is-santwarju, li wieħed jista' jasal għalih permezz ta' sensiela ta' erba' tarġiet, jinsab fuq podju mikul. Ġie skavat u msaħħaħ bejn l-1904 u l-1908.

Tempju tal-Ħniena ta' Awgustu[immodifika | immodifika s-sors]

It-Tempju ż-żgħir tal-Ħniena ta' Awgustu nbena matul ir-renju ta' Adrijanu. Ġie ffinanzjat permezz tal-filantropija ta' ċertu Caius Pompeius Nahanius. It-tempju jħares lejn il-pjazza tal-"Warda tal-Irjieħ". Parti mill-vestibolu għadha teżisti. Wara t-tempju, fuq il-pedamenti tat-Tempju ta' Fortuna, Venere Concordia u Merkurju, hemm moskea. Il-moskea hija l-aħħar fdal tal-villaġġ żgħir li kien jeżisti fis-sit sal-ħolqien ta' Dougga l-Ġdida.

D'Arcos identifika t-tempju fl-1631 bis-saħħa ta' kitba mnaqqxa li kienet għadha fil-post dak iż-żmien. Il-podju huwa relattivament baxx (1-1.5 metru jew 3 piedi 3 pulzieri – 4 piedi 11-il pulzier); wieħed jista' jitla' għalih permezz ta' sensiela ta' seba' tarġiet fuq in-naħa tan-Nofsinhar.

Tempju ta' Minerva[immodifika | immodifika s-sors]

It-tieni Tempju ta' Minerva mil-Lvant.

L-ewwel Tempju ta' Minerva f'Dougga kien don tal-patrun taċ-civitas fl-aħħar tas-seklu 1, iżda s-sit iktar importanti ddedikat lil din id-divinità huwa binja b'tempju u żona mdawra b'portiku li tmur lura għar-renju ta' Antoninus Pius. Ġiet iffinanzjata permezz tal-filantropija ta' patri mara tal-qima imperjali, Julia Paula Laenatiana. Il-binja kienet iddisinjata biex tieħu vantaġġ mix-xaqliba li fuqha ġiet stabbilita; il-podju jinsab fil-livell tas-saqaf tal-portiku u t-tempju jinsab 'il barra mill-binja tal-madwar. It-tarġiet li jagħtu aċċess għat-tempju jenfasizzaw in-natura inaċċessibbli tad-divinità.

Tempju tar-Rebħa ta' Caracalla fil-Ġermanja[immodifika | immodifika s-sors]

It-Tempju tar-Rebħa ta' Caracalla fil-Ġermanja (fuq il-lemin) fit-triq lejn Aïn Doura.

It-Tempju tar-Rebħa ta' Caracalla fil-Ġermanja hija l-unika binja ddedikata lill-qima imperjali li nbniet preċiżament f'Dougga. Frammenti ta' kitba mnaqqxa fuq il-gwarniċ tat-tempju ġew skoperti fl-1835, iżda t-tempju ma ġiex identifikat qabel l-1966. Fih nymphaeum li tmur lura għar-renju ta' Commodus.

It-tempju, li huwa relattivament dejjaq, għandu disinn mhux tas-soltu. Huwa 41.5 metru b'14.2-il metru (136 pied b'47 pied) u jinsab maġenb it-triq li tinżel mill-forum sal-Banju ta' Aïn Doura. It-tempju huwa assoċjat ma' arkata trijonfali fuq it-triq. Wieħed jista' jaċċessa t-tempju permezz ta' garigor taraġ semiċirkolari; f'kull rokna tal-ispazju miftuħ quddiem it-taraġ hemm ġibjun għall-ilma tax-xita. Iċ-ċella fi ħdan is-santwarju fiha sitt niċeċ laterali li huma ddisinjati biex iżommu l-bażijiet tal-istatwi ta' Apollo, Liber, Nettunu, Merkurju u żewġ divinitajiet oħra li ma għadhom identifikabbli.

It-tempju jidher mill-bogħod, iżda min jgħaddi ħdejh mill-qrib jista' jara biss iċ-ċella, bil-pedamenti mżejna b'mod rustiku. Seba' kolonni huma spazjati tul iċ-ċella u jikkollegaw mad-daħla laterali, li tagħti għat-taraġ. It-tempju b'tetrastil inbena skont l-ordni in antis tat-Toskana. Id-disinn tat-tempju mhuwiex tas-soltu peress li t-tempji tal-qima imperjali ġeneralment kienu jkunu Korinzji u kienu jinsabu f'nofs spazju miftuħ enormi b'portiku; l-ordni tat-Toskana b'hekk kien pjuttost rari fil-provinċji.

Għalhekk, it-tempju jixhed ix-xewqa li tinbena xi ħaġa differenti mill-binjiet l-oħra, bla dubju b'rispons għad-diffikultajiet li ġġib miegħu l-art tal-madwar. Id-dedika fit-tempju tixħet dawl fuq il-kostruzzjoni tiegħu: il-kitba mnaqqxa, li ġiet datata b'mod preċiż ħafna għall-214 W.K., tikkonsagra t-tempju għall-personifikazzjoni tar-rebħa, Victoria, hawnhekk b'rabta mal-kampanji militari tal-imperatur fil-Ġermanja, għall-benessri ta' Caracalla u ta' ommu Iulia Domna.

It-test ifakkar il-proġetti militari ta' iben Septimius Severus u taċ-ċelebrazzjoni tagħhom fi ħdan il-kuntest tal-qima imperjali. Din il-kitba mnaqqxa tispjega wkoll li t-tempju nbena bi spiża ta' 100,000 sestertii skont ix-xewqat ta' mara kbira ta' Dougga msejħa Gabinia Hermiona wara mewtha. Minbarra l-ġenerożità ta' dan l-att ta' filantropija, it-testment tagħha kien jipprevedi li jsir bankett annwali għall-ordo decurionum li kellu jiġi ffinanzjat mill-werrieta tagħha fl-anniversarju tad-dedika tat-tempju. Fl-istess ħin, Gabinia Hermiona ħalliet ukoll l-art għaċ-ċirkwit "għad-divertiment tan-nies".

It-tempju okkupa bla dubju wieħed mill-aħħar spazji vojta qrib il-forum. Il-benefattur tat-tempju ppreferiet dan is-sit fiċ-ċentru tal-belt minflok dawk li kienet sid tagħhom fil-periferiji: is-sit taċ-ċirkwit jew is-sit fejn iktar 'il quddiem inbena t-Tempju ta' Celeste. Il-familja ta' Gabinia, waħda mill-iżjed għonja f'Dougga, kienet imlaħħqa sew fost in-nies notevoli ta' Kartaġni u baqgħet setgħana f'Dougga, saħansitra waqt it-tnaqqis tal-aristokrazija lokali fis-seklu 3. It-termini tat-testment ta' Gabinia pprovdew evidenza tar-rieda tagħha li l-familja tagħha kellha twettaq wara mewtha; il-bankett annwali kellu l-għan li jibqa' jfakkar il-memorja tal-ġenerożità tal-familja u jenfasizza kemm kienet soċjevoli, filwaqt li ċ-ċirkwit kellu l-għan li jipprovdi d-divertiment tal-iżjed nies umli fost l-abitanti tal-belt.

Fl-aħħar tas-seklu 4, it-Tempju tar-Rebħa ta' Caracalla fil-Ġermanja ġie ttrasformat fi knisja. Il-ġibjuni fl-ispazju miftuħ imtlew sabiex jipprovdu l-ispazju għall-fidili, filwaqt li ġew miżjuda pulpti maċ-ċella. It-tiżjin taċ-ċella ġie mmodifikat ukoll.

Tempju ta' Plutone[immodifika | immodifika s-sors]

Il-binja li hi maħsuba li hi t-Tempju ta' Plutone mit-Tramuntana.

Plutone jingħata ġieħ partikolari f'Dougga bħala d-divinità patruna tal-belt, kif joħroġ fid-dieher mill-Genius Thuggae.

Jista' jkun li t-Tempju ta' Plutone jinsab qrib l-arkata trijonfali ta' Septimius Severus fil-parti tal-belt li għadha ġiet skavata parzjalment biss, iżda din l-ipoteżi ma tantx hi soda u hija bbażata fuq l-iskoperta ta' bust fi spazju miftuħ, li ġie datat minn Poinssot li jmur lura għas-seklu 2 jew 3. Il-binja assoċjata ġiet skavata fis-snin 60 tas-seklu 20 iżda ma tantx nafu wisq dwar kif twettqu l-iskavi u x-xogħol ta' stabbilizzazzjoni fis-sit. Ġiet skoperta ċella b'niċċa waħda fuq podju f'nofs spazju miftuħ u ġie ppreservat ukoll l-artal.

Bejn is-sena 2000 u l-2002 twettaq studju arkitettoniku, iżda ma wassal għall-ebda skavi ulterjuri.

Tempju ta' Saturnu[immodifika | immodifika s-sors]

Il-fdalijiet tat-Tempju ta' Saturnu bil-widien fl-isfond.

Saturnu kien is-suċċessur ta' Ba'al Hammon tal-Puniċi u kien il-qaddej (paredros) ta' Tanit jew Ġunone tas-Smewwiet (Juno Caelestis). Matul żmien ir-Rumani, il-belt ta' Dougga kellha mill-inqas żewġ santwarji ddedikati lil Saturnu. L-evidenza tal-eżistenza ta' tempju minn tnejn ġejja l-iktar mill-kitbiet imnaqqxa li nstabu fil-belt. It-tieni tempju, li huwa dak magħruf l-iktar bħala t-Tempju ta' Saturnu f'Dougga, ġie skavat. Il-fdalijiet ta' dan it-tempju, li huma inqas sinifikanti minn dawk tal-Kapitol jew tat-Tempju ta' Ġunone Caelestis, huma ta' interess partikolari minħabba l-pożizzjoni tagħhom. Il-fdalijiet jinsabu fuq promontorju li jħares fuq il-wied mimli ċereali ta' Oued Khalled, 160 metru (520 pied) mit-teatru u 'l barra mill-konfini tal-belt. Matul ix-xogħlijiet tal-iskavi, ġew skoperti l-fdalijiet ta' tempju ta' Ba'al Hammon, b'mod partikolari fosos ritwali (favissae) bl-ex voto. B'hekk it-tempju Ruman issostitwixxa santwarju indiġenu li kien imur lura mill-inqas għas-seklu 2 Q.K. Dan is-santwarju kien jikkonsisti essenzjalment minn spazju miftuħ wiesa' maħsub għall-għoti tal-ex voto u s-sagrifiċċji. Ġie mirdum sabiex tiġi ffaċilitata l-kostruzzjoni tat-Tempju ta' Saturnu, li l-fdalijiet tiegħu għadhom jidhru sal-lum.

It-tempju Ruman inbena matul ir-renju ta' Septimius Severus. Jikkonsisti minn tliet ċelel, spazju miftuħ b'portiku, u vestibolu. L-ilma tax-xita li kien jinżel mis-saqaf tat-tempju kien jinġabar f'ċisterni. Kitba mnaqqxa tagħti dettalji dwar il-kostruzzjoni tat-tempju: inbena permezz tal-fondi allokati fit-testment ta' resident lokali notevoli, Lucius Octavius Victor Roscianus, bi spiża ta' mill-inqas 150,000 sestertii, li tidher bħala spiża għalja iżda tista' tiġi spjegata mill-kobor tax-xogħlijiet meħtieġa biex it-tempju jkollu pedamenti sodi; dawn ix-xogħlijiet xorta waħda ma kinux biżżejjed, għaliex milli jidher sar xi xogħol ta' restawr fuq il-binja qabel ma tħalla fi stat ta' fdalijiet.

Tempju ta' Ġunone tas-Smewwiet[immodifika | immodifika s-sors]

It-Tempju ta' Ġunone tas-Smewwiet.

It-Tempju ta' Ġunone tas-Smewwiet, li nbena fil-periferiji tal-belt, ġie deskritt fis-seklu 17 u ġie skavat fis-snin 90 tas-seklu 19. Sar xogħol ta' restawr sinifikanti bejn l-1904 u l-1914, u twettqu studji ġodda bejn l-1999 u l-2002.

It-tempju ġie ddedikat lil Ġunone tas-Smewwiet (Juno Caelestis), is-suċċessur tad-divinità Punika, Tanit. It-temenos ippreservat sew tiegħu huwa delimitat b'ħajt, sezzjoni kbira minnu ppreservata sew ħafna. L-ispazju miftuħ huwa parzjalment miksi bil-madum u għandu żewġ daħliet simetriċi. Portiku b'25 kompartiment jinsab tul is-sezzjoni ċirkolari tat-temenos. Fuq il-portiku hemm freġju li juri l-kostruzzjoni tat-tempju.

It-Tempju ta' Ġunone tas-Smewwiet fil-bidu tas-seklu 20.

It-tempju essenzjalment jinsab fuq podju għoli li jista' jiġi aċċessat permezz ta' sensiela ta' ħdax-il tarġa. Huwa peripteros eżastil Korinzju. Il-frontun fih dedika lil Alessandru Severus. Iċ-ċella tat-tempju ntilfet għalkollox.

It-tempju, li nbena bejn il-222 u l-235 W.K., tħallas minn ċertu Q. Gabinius Rufus Felix, li fost affarijiet oħra ta b'donazzjoni żewġ statwi tal-fidda ta' Ġunone tas-Smewwiet li kienu jiswew 35,000 sestertii.

It-temenos, b'dijametru ta' 52 metru (171 pied), jixbah nofs qamar, is-simbolu ta' Ġunone tas-Smewwiet.

Dar Lacheb[immodifika | immodifika s-sors]

Id-daħla ta' Dar Lacheb minn ġewwa tal-binja.

L-iskop tal-binja magħrufa bħala Dar Lacheb (bil-Latin: Domus Lachebia) għadu ma ġiex identifikat b'mod ċar. St-Amans jemmen li din hija santwarju ddedikat lil Eskulapju, u b'hekk jaqbel mal-ipoteżi ta' Poinssot li din id-dar fil-fatt kienet tempju.

Dar Lacheb ġiet skavata fl-aħħar tas-seklu 19 minn Carton u mill-1912 ma sarux iktar xogħlijiet. Dar li nbniet fil-qrib bl-użu mill-ġdid ta' fdalijiet antiki nqerdet fil-bidu tas-seklu 20.

Dar Lacheb inbniet bejn il-164 u l-166 W.K., fl-istess żmien bħall-Kapitol, li jinsab 50 metru (160 pied) 'il bogħod. Id-daħla tal-binja ġiet ippreservata għalkollox, l-istess bħal waħda mill-kolonni fiz-zuntier tad-daħla. Fuq ġewwa hemm spazju miftuħ li fl-imgħoddi kien imdawwar b'portiku. Lejn in-Nofsinhar hemm iċ-ċella ta' tempju li nqered għalkollox.

Il-Knisja tal-Vitorja.

Knisja tal-Vitorja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Knisja tal-Vitorja, li tinsab fil-Grigal tas-sit, taħt it-Tempju ta' Saturnu, hija l-unika binja Kristjana li ġiet skavata sa issa f'Dougga. Fl-aħħar tas-seklu 4 jew fil-bidu tas-seklu 5, il-komunità Kristjana bniet din il-knisja żgħir b'disinn mhux tas-soltu fuq ċimiterju pagan. L-ipoġew żgħir jinsab fil-qrib.

Veskovat[immodifika | immodifika s-sors]

Fi żmien il-qedem, Thugga kienet ukoll is-sede tal-isqof ta' Thucca Terenbenthina. Il-veskovat ġie stabbilit matul l-Imperu Ruman u baqa' jeżisti matul ir-Renju tal-Vandali Arjani u matul l-Imperu Biżantin Ortodoss. Il-funzjoni tiegħu ntemmet biss bil-ħakma Musulmana tal-Magreb. Id-djoċesi ġiet stabbilita mill-ġdid mill-Knisja Kattolika Rumana bħala sede titolari fis-seklu 20.

Infrastruttura[immodifika | immodifika s-sors]

Ċisterni u akkwedotti[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-ċisterni ta' Aïn El Hammam quddiem it-Tempju ta' Ġunone tas-Smewwiet.

Il-belt ta' Dougga għandha żewġ networks ta' ċisterni, fit-Tramuntana u fil-Punent, u wieħed minnhom huwa ppreservat sew. Akkwedott li jasal sal-belt, li jinsab ftit 'il bogħod miċ-ċisterni ppreservati, huwa fost l-iżjed eżempji ppreservati ta' din ix-xorta ta' struttura fit-territorju tat-Tuneżija moderna.

Is-sitt ċisterni ta' Aïn El Hammam, li jinsabu qrib it-Tempju ta' Ġunone tas-Smewwiet, għandhom kapaċità totali ta' 6,000 m³ iżda jinsabu fi stat ta' fdalijiet. Dawn kienu alimentati minn għajn 12-il kilometru (7.5 mili) 'il bogħod u minn akkwedott li nbena matul ir-renju ta' Commodus u li ġie rrestawrat fl-aħħar kwart tas-seklu 4 W.K.

Iċ-ċisterni ta' Aïn Mizeb.

Is-sit għadu jintuża darba fis-sena għal festival li jiċċelebra lil Mokhola, li kienet qaddisa u benefattriċi ta' oriġini Marokkina skont it-tradizzjoni orali lokali. Il-venerazzjoni ta' Mokhola tiġi akkumpanjata minn sagrifiċċji ta' annimali. Intwera li din it-tradizzjoni għandha oriġini pagani; l-oġġett tal-venerazzjoni oriġinarjament kienet l-għajn, magħrufa bħala fons moccolitanus

It-tieni network ta' ċisterni, iċ-ċisterni ta' Aïn Mizeb, huwa ppreservat sew ħafna. Dawn it-tmien ċisterni ċirkolari, li jinsabu qrib it-Tempju ta' Minerva, għandhom kapaċità ta' 9,000 m3 (320,000 pied kubu) u fihom baċir li jistgħu jfuru fih. Iċ-ċisterni kienu alimentati minn għajn li tinsab 200 metru (660 pied) 'il bogħod, ikkollegata permezz ta' akkwedott taħt l-art.

Network finali ta' ċisterni sekondarji jinsab qrib il-Banju ta' Aïn Doura, fil-Lbiċ tas-sit.

Tappiera tal-ġebel ta' żmien ir-Rumani li tagħti aċċess għad-dranaġġ ta' Dougga.

Toroq[immodifika | immodifika s-sors]

It-toroq ta' Dougga mhumiex stabbiliti kif preskritt mill-mudell teoriku normali ta' insedjament Ruman — madwar cardo u decumanus — b'hekk il-belt għandha disinn uniku.

Iċ-ċentru tal-belt x'aktarx li kien pavimentat; it-toroq kienu jixbhu mogħdijiet iserrpu. Il-belt kellha sistema tad-dranaġġ, kif joħroġ fid-dieher mit-tappieri tal-ġebel li għadhom f'posthom fit-toroq. Taħt l-għolja, hemm traċċi ta' toroq li kienu jingħaqdu mat-triq prinċipali minn Kartaġni għal Theveste.

Skoperti li saru f'Dougga[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sit ta' Dougga wassal għal bosta skoperti ta' opri tal-arti, li ħafna minnhom tneħħew u tpoġġew f'mużewijiet, l-iktar fil-Mużew Nazzjonali ta' Bardo f'Tuneż.

Xogħlijiet fis-sit[immodifika | immodifika s-sors]

Art bil-mużajk fid-Dar ta' Venere.

Ftit opri tal-arti tħallew fis-sit, bl-eċċezzjoni ta' skultura ta' raġel bit-toga (togatus) fil-pjazza tal-"Warda tal-Irjieħ" u għadd ta' mużajċi, inkluż il-mużajk fil-binja magħrufa bħala d-Dar ta' Venere u b'mod partikolari fil-Banju ta' Aïn Doura. Din hija konsegwenza tal-iskoperta tal-opri tal-art ta' Dougga fi żmien meta t-teżori tas-siti arkeoloġiċi kienu jinsterqu u mbagħad is-siti kienu jiġu abbandunati wara l-iskavi. Dan l-approċċ għamilha possibbli li jiġu ppreservati għadd ta' mużajċi bil-kuluri tagħhom intatti; mużajċi oħra li ġew żvelati iżda ma tneħħewx mis-sit ġarrbu ħsarat minħabba li ġew esposti għall-elementi.

Qed tiġi studjata proposta li saret biex jinbena mużew fis-sit. B'hekk jiġu ppreservati l-iskoperti li saru reċentement u dawk li għadhom iridu jsiru.

Xogħlijiet fil-Mużew Nazzjonali ta' Bardo[immodifika | immodifika s-sors]

Ras Lucius Verus.

Statwi[immodifika | immodifika s-sors]

Għadd ta' rjus ta' imperaturi ġew skoperti matul l-iskavi fis-sit. Fosthom, ir-ritratt ta' Lucius Verus huwa partikolarment notevoli: jintwera b'ħafna xagħar, b'daqna folta u b'vivaċità li wasslet biex din l-opra tal-arti titqies bħala waħda mill-iżjed statwi sinifikanti li ġew skoperti sa issa fl-Afrika Rumana. Dan il-kapulavur Afrikan twettaq bl-irħam minn Carrara u għad għandu traċċi tal-kulur fix-xagħar.

Il-Mużew Nazzjonali ta' Bardo fih ukoll l-istatwa ta' raġel bit-toga (togatus) li tmur lura għas-seklu 3. Turi raġel anzjan, b'daqna qasira u liebes toga. Jidher ċertament li din kienet opra tal-arti li twettqet iktar 'il quddiem u tirrefletti l-gosti kontemporanji tal-arti.

Mużajk[immodifika | immodifika s-sors]

Il-"mużajk tal-qaddej" li jmur lura għal nofs is-seklu 3 juri xena tax-xorb. Żewġ karattri qed iferrgħu lil tnejn oħra, li huma ferm iżgħar, minn anfori fuq spallejhom. Iż-żewġ anfori għandhom l-itti ΡΙΕ (Rie, "Ixrob!" bil-Grieg Antik) u ΖΗϹΗϹ (Zēsēs, "Int se tgħix!"). Maġenb ir-reffiegħa tal-anfori hemm żewġ karattri oħra, wieħed minnhom qed iġorr anfora oħra, u l-ieħor qed iġorr fergħa tar-rand u qoffa ward. Dan il-mużajk huwa tislija lill-mistednin kollha u wegħda ta' ospitalità. L-istess jgħodd għal mużajk ieħor li jinsab għall-wiri fil-mużew, bil-frażi Omnia tibi felicia ("J'Alla jogħġbok kollox").

Il-"mużajk tar-rikkieb rebbieħ taż-żwiemel bil-karru" sar wara dawn l-opri tal-arti. Imur lura għat-tieni nofs tas-seklu 4, u fih il-frażi Eros omnia per te ("Kollox jgħaddi minnek, Eros"). L-immaġni tas-sewwieq taż-żwiemel bil-karru fiha attenzjoni kbira għar-realiżmu, l-istess bħal dawk taż-żwiemel, tnejn minnhom imsejħa Amandus u Frunitus. Iż-żwiemel huma rranġati b'mod simetriku; dawn is-simetriji kienu popolari ħafna dak iż-żmien. Is-sewwieq taż-żwiemel bil-karru għandu frosta f'idu, kuruna bil-friegħi tar-rand u fergħa ta' siġra tal-palm. Il-blokok tal-bidu taċ-ċirkwit jidhru fl-isfond. Din l-opra tal-arti nstabet f'residenza prinvata u milli jidher trid tiġi interpretata bħala monument mogħti b'donazzjoni mis-sid bħala ċelebrazzjoni tar-rebħa ta' sewwieq taż-żwiemel bil-karru msejjaħ Eros.

Il-"mużajk ta' Ulisse" huwa xogħol ispirat mill-Odissea: l-eroj Grieg Odissew (Ulisse għar-Rumani) jidher bilwieqfa fuq dgħajsa mżejna b'ras ta' bniedem, b'fergħa ta' siġra tal-palm, b'żewġ qlugħ u b'muntun. Idejn Ulisse huma marbutin mal-arblu prinċipali sabiex ma jċedix għat-tentazzjoni tas-seħer fatali tal-mużika tas-sireni. Sħab Ulisse jidhru bilqiegħda madwaru, b'widnejhom imblukkati bix-xama' kif deskritt fil-leġġenda. Hemm tliet sireni fuq il-bażi ta' biċċa blata. Dawn jidhru bin-naħa ta' fuq ta' ġisimhom ta' mara, iżda mbagħad bil-ġwienaħ u bir-riġlejn ta' għasfur. Waħda minnhom għandha flawt, oħra għandha lira, u oħra ma għandhiex strument mużikali, u huwa maħsub li hija s-sirena kantanta. Quddiem id-dgħajsa ta' Ulisse, hemm opra tal-baħar żgħira b'sajjied b'awwista f'idu, ta' daqs esaġerat. Il-mużajk imur lura għall-ħabta tal-260-268 W.K.; ġie skopert fid-"Dar ta' Ulisse u l-Pirati".

Il-"mużajk ta' Nettunu u l-pirati" oriġina mill-istess peristil bħall-opra tal-arti msemmija l-aħħar hawn fuq. Juri l-kastig tal-pirati fil-Baħar Tirren, b'fużjoni ta' temi marbuta ma' Dijoniżju u temi marittimi iktar komuni. Id-divinità jidher bilwieqfa, lest biex iwaddab il-lanza tiegħu. Huwa appoġġat minn menad, satira u Silenus anzjan, li qed iżomm it-tmun tal-vapur. Leopard qed jattakka wieħed mill-pirati, li jiġu ttrasformati fi dniefel malli jirrikonoxxu n-natura divina tal-avversarju tagħhom. Fuq ix-xellug, genii telgħu abbord vapur ieħor, filwaqt li fuq il-lemin, xi sajjieda qed jippruvaw jaqbdu qarnita b'xibka.

Yacoub jattribwixxi funzjoni protettiva lil dawn iż-żewġ xeni, bħala mezz biex jinvokaw id-destin jew ix-xorti, prattika li x'aktarx hija bbażata fuq tradizzjoni Ellenika.

Il-"mużajk taċ-Ċiklopi jsawru s-sajjetti ta' Ġove" mill-art ta' frigidarium juri tliet Ċiklopi: Brontes, Steropes, u Pyracmon jew Arges. Dawn jidhru għerwenin, isawru s-sajjetti ta' Ġove, li Vulkan, bilqiegħda quddiemhom, qed iżomm fuq inkwina. Dan l-aħħar element intilef. Il-mużajk imur lura għall-aħħar tas-seklu 3 u ġie skopert fil-"Banju taċ-Ċiklopi".

Xogħlijiet miżmuma f'mużewijiet oħra[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kitba bilingwi mnaqqxa fil-mawżolew li ttieħdet mill-konslu Brittaniku Read tinsab fil-Mużew Brittaniku. Il-kitba minquxa bil-Puniku-Libjan fiha l-istess test bil-Puniku u bil-Berberu.

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Dougga / Thugga". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-24.
  2. ^ "africa agostiniana: Douggha". www.cassiciaco.it. Miġbur 2023-12-24.