Aqbeż għall-kontentut

Ġove (mitoloġija)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ġove alla tar-ragħad (Leocares)

Ġove huwa figura tal-mitoloġija Rumana u kien l-alla tas-sema ta' l-Italja, u kien personalizzat bil-wasla ta' l-Etruski f'Ruma. Ismu ġej mill-italjanizzazzjoni ta' Iove ablativ ta' Iuppiter (fil-mitoloġija Griega huwa l-ekwivalenti ta' Żews).

Flimkien ma' Ġunone u Minerva, Ġove kien jifforma parti mit-triju ta' divinità l-kbar, u għalihom, ir-Rumani bnew tempju fuq il-Campidoglio. B'hekk twieled f'Ruma l-kult ta' Ġove Ottimo Massimo, f'liema tempju kienu jmorru l-ġenerali waqt it-trijonf tagħhom.

Ġove kien:

  • alla tad-Dawl, Lucetius
  • dak li jagħti t-telfa, Stator, u r-rebħ
  • dak li jgħaqqad il-komunità, Feretrio.

B'dan il-mod, kien il-protettur fi żmien il-gwerra u dak li kien jiggarantixxi il-benessere fi żminijiet ta' paċi. Iżżewweġ lil Ġunone, u kellhom tlitt itfal.

Anki Ġove, bħal parti l-kbira tad-divinità Rumani, m'għandux mitoloġija propja u ġie assimilat ma' Żeus tal-mitloġija Griega, fejn ġie anki assoċjat ma' leġġendi li il-veru Ġove Ruman qatt ma ħa sehem fihom.

Ġove normalment jiġi rraffigurat bħala raġel imdaħħal fiż-żmien, bi spallejn wesgħin u b'daqna folta.

Ġove fl-arti

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]



Mitoloġija Rumana

Ġove | Ġunone | Nettunu | Apollo | Merkurju | Venere | Marte | Minerva | Diana | Bakku | Plutone | Muse
Kupidu | Saturno | Vulkan | Giano | Nike | Cerere | Ruma | Abbondanza | Esculapio | Flora | Awrora
Persunaġġi
Enea | Romolo | Remo | Erkole | Karonte | Didone | Askanjo