Aqbeż għall-kontentut

Diskussjoni:Ġove (mitoloġija)

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Minn it.wiki

Viene raffigurato come uomo di età matura, con spalle possenti e folta barba.

Età matura sa fejn naf jien tista' tiġi tradotta għal raġel matur mhux raġel ta' mezzetà.

X'taħsbu? --Roderick Mallia 07:14, 16 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]

Filwaqt li fit-Taljan, maturo, fost l-oħrajn, jirreferi kemm għal (i) chi si trova in età adulta, avanzata u (ii) che ha raggiunto un completo sviluppo psichico e intelletuale, fil-Malti - f'din id-distinzjoni li se nissimplifikaha għal bejn l-iżvilupp tal-ġisem u tal-moħħ - matur tirreferi biss għat-tieni waħda. Bniedem matur nifhmu li hu bniedem li laħaq il-maturità fil-karattru jew fil-personalità, li juri sensibbiltà u sensittività daqskemm żvilupp mentali. Retrieved from "http://mt.wikipedia.org/wiki/User_talk:Ferdinand"


Ġove normalment jiġi rraffigurat bħala raġel ta' mezzetà, bi spallejn wesgħin u b'daqna folta.

Il-fatt li fl-artiklu Ġove qed jiġi deskritt fiżikament (spallejh, daqna) u anki fl-artiklu bit-Taljan jgħidlek Viene raffigurato (en. to portray; to depict in art) jiena wisq nassumi li maturo trid tfisser matur fis-sens imdaħħal fiż-żmien, mhux psikoloġikament. Fil-Malti, bħat-Taljan, matur tista' tiġi wżata għat-tnejn imma taf tqarraq bil-qarrej.

Jien qajjimt dal-punt għax mezzetà normalment tirreferi għal xi ħadd qrib l-40 sena - maturo tqarreb iktar lejn ix-xjuħija. Naħseb huwa iktar adattat u korrett li tuża mdaħħal fiż-żmien minflok mezzetà. Tinstema' isbaħ minn matur jew mezzetà, u fl-istess ħin tqarreb iktar lejn il-ħsieb oriġinali. --Roderick Mallia 08:22, 16 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]


Naqbel mad-distinzjoni li għamilt bejn "mezzetà" u "imdaħħal fiż-żmien", u nippreferi bħalek it-tieni waħda. Ma jidhirlix, però, li matur fil-Malti trodd is-sens ta' żvilupp fiżiku minbarra s-sens ta' żvilupp mentali, psikoloġiku u l-bqija, meta użata għall-bnedmin. Ngħidu aħna, jekk frotta jew iktar u iktar kont (bankarju) jimmaturaw nifhmu li għadda ż-żmien minn fuqhom, imma jekk raġel jimmatura ma jidhirlix li nifhmu biha li sar xiħ. --217.15.96.18 17:32, 16 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]

L-ewwel nett ma nixtiqekx taħseb li dak li qed ngħidlek li jien tajjeb żgur u int le. Infatti jista' jkun li għandek raġun. Jista' jkun ukoll (għallinqas kif qed naħseb jien) li matur tista' tiġi wżata għall-iżvilupp fiżiku iżda fil-Malti hemm kelma oħra li tiġi wżata iktar komunement. Kieku jkolli nfisser il-kelma 'matur' nagħti din l-ispjega: "kiber u ssawwar biż-żmien, ġarrab xi kambajmenti biż-żmien" - allura minħabba dan ir-raġunament wasalt għal dik il-konklużjoni li semmejtlek. Imma issa din id-diskursata qabbditni ċertu kurżita u bi ħsiebni nistaqsiha lil xi ħadd naqra iktar intiż fil-lingwa minni :) Inżommok infurmat bir-risposta.

Mela rigward l-artiklu dwar Ġove, ħa nbiddel "raġel imdaħħal fiż-żmien" minflok "mezzetà" la taqbel magħha int ukoll. --Roderick Mallia 17:53, 16 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]