Aqbeż għall-kontentut

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-Tuneżija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-fdalijiet ta' Dougga.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] It-Tuneżija rratifikat il-Konvenzjoni fl-10 ta' Marzu 1975, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

B'kollox it-Tuneżija għandha disa' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, tmienja kulturali u wieħed naturali. L-ewwel tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżlu mit-Tuneżija kienu l-Medina ta' Tuneż, l-Anfiteatru ta' El Jem, u s-Sit Arkeoloġiku ta' Kartaġni fl-1979. L-iżjed sit reċenti mit-Tuneżija li tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huwa Djerba: Xhieda ta' Xejra ta' Insedjament fi Gżira fl-2023.

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Sit Arkeoloġiku ta' Kartaġni Governorat ta' Tuneż, it-Tuneżija

36°51′10″N 10°19′24″E

kulturali:

(ii)(iii)(vi)

616 (1,520) 1979 Stabbilita fis-seklu 9 Q.K., Kartaġni żviluppata f'imperu kummerċjali mal-Mediterran kollu. Il-belt inqerdet fil-146 Q.K. fil-Gwerer Puniċi min-naħa tar-Rumani, iżda iktar 'il quddiem ġiet stabbilita mill-ġdid.[5]
Dougga / Thugga Governorat ta' Béja,

it-Tuneżija 36°25′25″N 9°13′13″E

kulturali:

(ii)(iii)

70 (170) 1997 Is-sit jinkludi l-fdalijiet ta' Dougga, eks belt kapitali ta' stat Libjan-Puniku, li ffjorixxa taħt ir-Rumani u l-Biżantini, iżda li qabad it-triq tan-niżla fil-perjodu Iżlamiku.[6]
Anfiteatru ta' El Jem Governorat ta' Mahdia,

it-Tuneżija

kulturali:

(iv)(vi)

70 (170) 1979 L-Anfiteatru ta' El Jem inbena fis-seklu 3 W.K. u huwa l-ikbar anfiteatru tat-Tramuntana tal-Afrika, u l-ikbar wieħed li nbena 'l barra mill-Italja. B'kollox jesa' 35,000 spettatur, u jitqies fost l-aqwa eżempji ta' arkitettura Rumana ta' din ix-xorta.[7]
Park Nazzjonali ta' Ichkeul Governorat ta' Bizerte,

it-Tuneżija

naturali:

(x)

12,600 (31,000) 1980 Il-Lag ta' Ichkeul u l-artijiet mistagħdra tal-madwar huma destinazzjoni importanti għal eluf ta' għasafar tal-passa, inkluż papri, wiżż, ċikonji u fjammingi roża. Fl-imgħoddi kien parti minn katina muntanjuża li kienet estiża tul it-Tramuntana tal-Afrika.[8]
Kairouan Governorat ta' Kairouan, it-Tuneżija

35°40′54″N 10°06′14″E / 35.68167°N 10.10389°E / 35.68167; 10.10389

kulturali:

(i)(ii)(iii)(v)(vi)

68 (170) 1988 Stabbilita fis-670, Kairouan kienet l-eks belt kapitali ta' Ifriqija u ffjorixxiet fis-seklu 9. Il-wirt tagħha jinkludi l-Moskea ta' Uqba u l-Moskea tat-Tliet Daħliet.[9]
Medina ta' Sousse Governorat ta' Sousse, it-Tuneżija

35°49′40″N 10°38′19″E / 35.82778°N 10.63861°E / 35.82778; 10.63861

kulturali:

(iii)(iv)(v)

32 (79) 1988 Sousse hija eżempju prim ta' belt mill-perjodu Iżlamiku bikri. Il-belt kienet port kummerċjali u militari importanti matul is-seklu 9.[10]
Medina ta' Tuneż Governorat ta' Tuneż, it-Tuneżija

36°49′00″N 10°10′00″E / 36.8166667°N 10.1666667°E / 36.8166667; 10.1666667

kulturali:

(ii)(iii)(v)

296 (730) 1979 Il-Medina ta' Tuneż tħaddan xi 700 monument, fosthom palazzi, moskej, mawżolej, madrasa u funtani, li huma xhieda tal-epoka tad-deheb ta' Tuneż mis-seklu 12 sas-seklu 16.[11]
Raħal Puniku ta' Kerkuane u n-Nekropoli tiegħu Governorat ta' Nabeul, it-Tuneżija

36°56′47″N 11°05′57″E / 36.94639°N 11.09917°E / 36.94639; 11.09917

kulturali:

(iii)

1985 Kerkuane ġiet abbandunata fil-250 Q.K. matul l-Ewwel Gwerra Punika u qatt ma ġiet rikostruwita. Il-belt hija l-unika eżempju eżistenti ta' insedjament Puniku-Feniċju.[12]
Djerba: Xhieda ta' Xejra ta' Insedjament fi Gżira Governorat ta' Medenine

33°47′09″N 10°53′14″E / 33.78583°N 10.88722°E / 33.78583; 10.88722

kulturali:

(v)

51,400 (127,000) 2023 Dan is-sit huwa xhieda ta' xejra ta' insedjament li żviluppat fil-gżira ta' Djerba għall-ħabta tas-seklu 9 W.K. f'ambjent semiaridu u bi skarsezza ta' ilma. Il-karatteristika ewlenija tas-sit kienet id-densità baxxa tagħha: kienet tinvolvi d-diviżjoni tal-gżira f'kwartieri, raggruppati flimkien, li kienu awtosostenibbli ekonomikament u kienu kkollegati ma' xulxin u mal-postijiet reliġjużi u kummerċjali tal-gżira, permezz ta' network kumpless ta' toroq. L-insedjament uman distintiv ta' Djerba rriżulta minn taħlita ta' fatturi ambjentali, soċjokulturali u ekonomiċi, u joħroġ fid-dieher il-mod kif in-nies lokali adattaw l-istil ta' għajxien tagħhom għall-kundizzjonijiet ta' skarsezza tal-ilma fl-ambjent tagħhom.[13]
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tunisia - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Site of Carthage". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Dougga / Thugga". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Amphitheatre of El Jem". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ichkeul National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-04.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kairouan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Medina of Sousse". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Medina of Tunis". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Punic Town of Kerkuane and its Necropolis". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Djerba: Testimony to a settlement pattern in an island territory". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.