Cienfuegos
Cienfuegos | ||
---|---|---|
Kuba | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat gżira | Kuba | |
Province of Cuba | Provinċja ta' Cienfuegos | |
Kodiċi postali |
55100–55500 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 22°08′44″N 80°26′11″W / 22.1456°N 80.4364°WKoordinati: 22°08′44″N 80°26′11″W / 22.1456°N 80.4364°W | |
Superfiċjenti | 333 kilometru kwadru | |
Għoli | 25 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 164,924 abitanti (2012) | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | Il-ĦamisambUTCIl-Ħamis | |
Kodiċi tat-telefon |
43 | |
Żona tal-Ħin | UTC-5 | |
bliet ġemellati | Bahía Blanca, Tacomau Cambridge |
Cienfuegos (pronunzja bl-Ispanjol tal-Amerka t'Isfel: [sjeɱˈfweɣos]), belt kapitali tal-Provinċja ta' Cienfuegos, hija belt mal-kosta tan-Nofsinhar ta' Kuba.[1] Tinsab madwar 250 kilometru (160 mil) minn Ħavana u kellha popolazzjoni ta' 178,368 ruħ fl-2022.[2] Mill-aħħar tas-snin 60 tas-seklu 20, Cienfuegos saret waħda miċ-ċentri industrijali prinċipali ta' Kuba, speċjalment fis-setturi tal-enerġija u taz-zokkor.[3] Il-belt hija mlaqqma La Perla del Sur (Il-Ġawhra tan-Nofsinhar). Minkejja li hija magħrufa wkoll bħala belt industrijali bil-fabbriki u b'diversi impjanti nukleari/elettriċi, u l-isem Cienfuegos litteralment ifisser "mitt nar" (cien, "mitt"; fuegos, "nar"), fil-fatt il-belt ħadet isimha minn kunjom José Cienfuegos Jovellanos, il-Kaptan Ġeneral ta' Kuba (1816–1819), imwieled fl-Asturias, Spanja.
Bejn tmiem is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, il-belt ġiet insedjata minn bosta Spanjoli, l-iktar Katalani u Asturjani li ġemgħu ġid kbir bħala negozjanti f'fergħat differenti, fosthom l-industrija taz-zokkor. B'hekk saru għonja matul is-soġġorn tagħhom f'Kuba, u kkummissjonaw bosta mill-binjiet emblematiċi ta' Cienfuegos li għadhom hemm sal-lum. Residenti magħrufa oħra kienu John O'Bourke, imwieled l-Irlanda, li kellu għaxart itfal fuq il-gżira, tlieta minnhom li mbagħad saru ġellieda għall-indipendenza Kubana mill-monarkija Spanjola, il-mestizos Juan O'Bourke y Palacio, Rafael O'Bourke y Borroto, u Don Miguel O'Bourke y Ramos. Kien hemm ukoll personalitajiet artistiċi li twieldu f'Kuba u li taw kontribut fl-istorja kulturali tal-belt.
Fl-2005 il-belt tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bit-titlu uffiċjali ta' Ċentru Storiku Urban ta' Cienfuegos, minħabba li tqieset bħala l-aqwa eżempju eżistenti tal-implimentazzjoni tal-Illuminiżmu Spanjol fl-ippjanar urban tal-bidu tas-seklu 19. Iċ-ċentru storiku tal-belt fih sitt binjiet mill-1819–1850, 327 binja mill-1851–1900, u 1,188 binja mis-seklu 20.[4]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Iż-żona li fiha tinsab il-belt ġiet identifikata bħala Cacicazgo de Jagua mill-konkwistaturi Spanjoli bikrin. Oriġinarjament ġiet insedjata mill-poplu indiġenu Ciboney (Taino). Cacicazgo mil-lingwa Taino tfisser "post immexxi minn kap". Cacicazgo de Jagua għaldaqstant kien il-post immexxi mill-Kap Jagua.
Iktar 'il quddiem il-belt ġiet insedjata minn immigranti Franċiżi minn Bordeaux u minn Louisiana mmexxija minn Don Louis de Clouet fit-22 ta' April 1819. L-insedjaturi lill-belt semmewha Fernandina de Jagua f'ġieħ ir-Re Ferdinandu VII ta' Spanja u l-Kap Jagua. Suċċessivament l-insedjament sar raħal (villa) fl-1829, u ngħata kunjom l-Asturjan José Cienfuegos Jovellanos, il-Kaptan Ġeneral ta' Kuba (1816–1819), u belt fl-1880. Bosta mit-toroq fiċ-ċentru storiku jirriflettu l-oriġini Franċiżi kif joħroġ fid-dieher mill-ismijiet tagħhom: pereżempju Bouyón, D'Clouet, Hourruitiner, Gacel u Griffo.
Il-port ta' Cienfuegos, minkejja li kien wieħed mill-aħħar insedjamenti stabbiliti matul l-era kolonjali, malajr kiber u sar raħal b'saħħtu bis-saħħa tal-għelieqi għammiela ta' madwaru u l-pożizzjoni tiegħu tul ir-rotta kummerċjali bejn il-Ġamajka u l-bliet tal-Amerka t'Isfel lejn ix-Xlokk u l-periferiji tal-belt kapitali provinċjali ta' Santa Clara lejn il-Grigal. Il-pożizzjoni kummerċjali vantaġġuża tal-port fil-Bajja ta' Jagua storikament importanti kienet tiġi sfruttata mill-oligarkija Kubana taz-zokkor meta nbniet linja ferrovjarja bejn iż-żewġ bliet bejn l-1853 u l-1860.
Qrib Cienfuegos seħħet battalja matul il-Gwerra bejn Spanja u l-Amerka fil-11 ta' Mejju 1898, bejn il-Flotta Navali Amerikana li ppruvat taqta' l-linji ta' komunikazzjoni Spanjoli ta' taħt l-ilma u d-difensuri Spanjoli.
Bejn tmiem is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, il-belt ġiet insedjata minn bosta Spanjoli, l-iktar Katalani u Asturjani li ġemgħu ġid kbir bħala negozjanti f'fergħat differenti. Uħud saru għonja waqt is-soġġorn tagħhom f'Kuba permezz tal-industrija taz-zokkor, u kkummissjonaw bosta mill-binjiet emblematiċi ta' Cienfuegos li għadhom jeżistu sal-lum. Residenti magħrufa oħra kienu John O'Bourke, imwieled l-Irlanda, li kellu għaxart itfal fuq il-gżira, tlieta minnhom li mbagħad saru ġellieda għall-indipendenza Kubana mill-monarkija Spanjola, il-mestizos Juan O'Bourke y Palacio, Rafael O'Bourke y Borroto, u Don Miguel O'Bourke y Ramos. Kien hemm ukoll personalitajiet artistiċi li twieldu f'Kuba u li taw kontribut fl-istorja kulturali tal-belt.
L-arkitetti tal-binjiet ta' Cienfuegos minn sekli differenti kienu Taljani u Spanjoli mwielda Kuba.
Matul ir-Rivoluzzjoni Kubana, fil-belt kien hemm rewwixta kontra Fulgencio Batista u ġiet ibbumbardjata b'ritaljazzjoni fil-5 ta' Settembru 1957. Iktar 'il quddiem il-belt saret ċentru industrijali ewlieni, parti mill-politika tal-ippjanar "antiurban" tal-gvern rivoluzzjonarju, bi proġetti industrijali li kienu jinkludu l-impjant nukleari ta' Juraguá li qatt ma tlesta, ir-raffinerija taż-żejt ta' Camilo Cienfuegos, u l-fabbrika tas-siment ta' Carlos Marx.
Fl-1969 u fl-1970, flotta ta' bastimenti navali Sovjetiċi żaret il-belt, u kienet tinkludi żewġ barkuni li kienu jintużaw għall-ħżin u għat-trasport tal-iskart nukleari u bastiment sottomarin tal-manutenzjoni. Il-preżenza tagħhom ġiet rilevata mill-inġenji tal-ajru tar-rikonjizzjoni U-2 tal-Forza tal-Ajru tal-Istati Uniti li ntbagħtu biex iwettqu monitoraġġ tal-kosta Kubana wara talba Sovjetika suspettuża biex jiġu nnegozjati mill-ġdid it-termini tal-ftehimiet ta' Kennedy–Khrushchev tal-1962 li kienu saru wara l-Kriżi tal-Missili Kubani, u bosta analisti tal-intelligence Amerikani kkonkludew li l-Flotta Navali Sovjetika kienet qed tippjana l-kostruzzjoni ta' bażi ta' sottomarini f'Cienfuegos. Uħud dan interpretawh bħala tkasbir tal-ftehimiet tal-1962 bejn Kennedy u Khrushchev. Madankollu, bis-saħħa tal-illaxkar fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti mill-1962, ma kien hemm l-ebda konfrontazzjoni militari jew diplomatika ewlenija, u s-Sovjetiċi qablu li jirtiraw il-bastimenti tagħhom wara li l-Konsulent Amerikan tas-Sigurtà Nazzjonali Henry Kissinger informa lill-ambaxxatur Sovjetiku għall-Istati Uniti Anatoly Dobrynin li l-gvern tal-Istati Uniti kien jemmen li l-preżenza ta' dawn il-bastimenti navali kienet tkasbir tal-ftehimiet li kienu saru tmien snin qabel.
Fl-2005, l-Uragan Dennis għamel it-tieni ħerba tiegħu qrib Cienfuegos għall-ħabta tas-13:00 ta' waranofsinhar AST (17:00 UTC) b'irjieħ ta' 232 km/h (144 mph) u buffuri sa 285 km/h (177 mph).
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Iċ-Ċentru Storiku Urban ta' Cienfuegos ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005.[4]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[4]
Qrib id-daħla tal-Bajja ta' Cienfuegos hemm il-Castillo de Jagua (isem sħiħ: Castillo de Nuestra Señora de los Angeles de Jagua), li hija fortizza li nbniet fl-1745 għall-protezzjoni kontra l-attakki tal-pirati tal-Karibew.
Cienfuegos, wieħed mill-portijiet marittimi ewlenin ta' Kuba, huwa ċentru tal-kummerċ taz-zokkor kif ukoll tal-kafè u tat-tabakk. Filwaqt li l-kannamiela hija l-għalla prinċipali, il-bdiewa lokali jkabbru wkoll il-kafè u t-tabakk.
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Skont is-sistema tal-Klassifikazzjoni Klimatika ta' Köppen, Cienfuegos għandha klima ta' savanna tropikali, indikata bħala Aw fuq il-mapep klimatiċi.
Data klimatika Cienfuegos | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord °C (°F) | 31.1 (88.0) |
32.8 (91.0) |
33.3 (91.9) |
32.8 (91.0) |
34.4 (93.9) |
35.0 (95.0) |
35.0 (95.0) |
34.4 (93.9) |
35.0 (95.0) |
33.9 (93.0) |
32.8 (91.0) |
31.7 (89.1) |
35.0 (95.0) |
Medja massima kuljum °C (°F) | 27.2 (81.0) |
27.8 (82.0) |
28.9 (84.0) |
29.4 (84.9) |
30.6 (87.1) |
31.7 (89.1) |
32.2 (90.0) |
32.2 (90.0) |
31.7 (89.1) |
31.1 (88.0) |
28.3 (82.9) |
27.8 (82.0) |
29.9 (85.8) |
Medja kuljum °C (°F) | 22.2 (72.0) |
22.3 (72.1) |
23.4 (74.1) |
24.4 (75.9) |
25.6 (78.1) |
26.7 (80.1) |
27.2 (81.0) |
27.2 (81.0) |
26.7 (80.1) |
26.7 (80.1) |
23.9 (75.0) |
22.8 (73.0) |
24.9 (76.8) |
Medja minima kuljum °C (°F) | 17.2 (63.0) |
16.7 (62.1) |
17.8 (64.0) |
19.4 (66.9) |
20.6 (69.1) |
21.7 (71.1) |
22.2 (72.0) |
22.2 (72.0) |
21.7 (71.1) |
21.7 (71.1) |
19.4 (66.9) |
17.8 (64.0) |
19.9 (67.8) |
Temp. baxxa rekord °C (°F) | 7.8 (46.0) |
7.2 (45.0) |
7.2 (45.0) |
10.0 (50.0) |
13.3 (55.9) |
18.9 (66.0) |
20.0 (68.0) |
19.4 (66.9) |
20.0 (68.0) |
15.6 (60.1) |
11.1 (52.0) |
8.9 (48.0) |
7.2 (45.0) |
Medja tax-xita cm (pulzieri) | 18 (0.7) |
25 (1.0) |
33 (1.3) |
46 (1.8) |
119 (4.7) |
152 (6.0) |
122 (4.8) |
160 (6.3) |
173 (6.8) |
160 (6.3) |
41 (1.6) |
23 (0.9) |
1,072 (42.2) |
Sors: Sistema de Clasificación Bioclimática Mundial |
Demografija
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2004, il-muniċipalità ta' Cienfuegos kellha popolazzjoni ta' 163,824 ruħ. B'erja totali ta' 333 km2 (129 mil kwadru), għandha densità tal-popolazzjoni ta' 492.0/km2 (1,274/mil kwadru).
Sport
[immodifika | immodifika s-sors]Cienfuegos għandha tim fil-Kampjonat Nazzjonali Kuban tal-Baseball, is-Cienfuegos Elefantes. Minn mindu t-tim ingħaqad mal-kampjonat fl-1977–1978, l-aqwa pożizzjoni li kiseb it-tim tal-Camaroneros kien it-tielet post fil-kampjonat tal-2010–2011. Minkejja li kisbu l-aqwa punteġġ ta' 59–31, l-Elefantes tilfu s-semifinali f'sitt partiti kontra ċ-ċampjins eventwali, il-Vegueros ta' Pinar del Río.
Attrazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- il-Castillo de Nuestra Señora de los Ángeles de Jagua – fortizza;
- il-Muniċipju ta' Cienfuegos;
- l-Arco de Triunfo – l-unika arkata trijonfali f'Kuba;
- il-Catedral de Nuestra Señora de la Purísima Concepción – katidral b'ħafna ħġieġ ikkulurit, li nbena fl-1833–1869;
- id-Delfinario – post fejn jinżammu d-dniefel u l-iljun tal-baħar f'laguna tal-ilma baħar;
- il-Jardín Botánico de Cienfuegos – ġnien botaniku ta' 97 ettaru;
- il-Museo Provincial – mużew tal-għamara u tal-porċellana;
- il-Palacio del Valle – li nbena fl-1913–1917 bl-istil tal-Għarab Spanjoli;
- il-Palmira Yorubá Pantheon – mużew tas-sinkretiżmu reliġjuż Afro-Kattoliku;
- il-Parque José Martí – park f'Plaza de Armas;
- it-Teatro Tomás Terry – teatru bi stil kolonjali;
- il-Palacio Ferrer;
- il-Malecón de Cienfuegos;
- il-Paseo del Prado – l-itwal triq f'Kuba, mimlija binjiet ikkuluriti;
- il-fabbrika tas-sigarri ta' Quintero;
- l-Università Carlos Rafael Rodríguez ta' Cienfuegos (UCF) – l-istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja tal-provinċja;
- il-Bajja ta' Rancho Luna;
- El Nicho;
- il-Laguna del Cura – laguna awtentika bid-dgħajjes tas-sajd.
Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]Il-belt hija moqdija bl-Ajruport ta' Jaime González, li sal-2024 kellu titjira skedata waħda lejn Toronto, il-Kanada.
Nies notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]- Melissa Vargas, plejer tal-volleyball, membru tat-tim nazzjonali Kuban u iktar 'il quddiem Tork; imwielda fil-belt;
- José Abreu, plejer tal-MLB maċ-Chicago White Sox;
- María Conchita Alonso, kantanta Kubana-Venezwelana-Amerikana; imwielda fil-belt;
- Yordany Álvarez, plejer tal-MLS mar-Real Salt Lake;
- Joe Azcue, plejer tal-MLB maċ-Cincinnati Reds, mal-Kansas City Royals, mal-Cleveland Indians, mal-Boston Red Sox, mal-California Angels, u mal-Milwaukee Brewers;
- Luis Posada Carriles, attivist Kuban kontra Castro li huwa maħsub li kien responsabbli għall-ibbumbardjar tat-Titjira 455 ta' Cubana; imwieled fil-belt;
- Yoán Moncada, plejer tal-MLB player maċ-Chicago White Sox;
- Benny Moré, kantant Kuban;
- Olance Nogueras Rofes, ġurnalist Kuban;
- Gina Pellón, pittriċi Kubana; li għexet f'eżilju f'Pariġi;
- Yasiel Puig, plejer tal-MLB mal-Cleveland Indians; imwieled fil-belt;
- Robeisy Ramirez, lottatur professjonali u rebbieħ ta' żewġ medalji tad-deheb tal-Logħob Olimpiku;
- Osmel Sousa, imprenditur Kuban-Venezwelan u eks President tal-Organizzazzjoni ta' Miss Venezwela;
- José Tartabull, plejer tal-MLB mal-Boston Red Sox;
- Cristóbal Torriente, wieħed mill-aqwa plejers tal-baseball imwieled fil-belt.
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Cienfuegos hija ġemellata mal-bliet li ġejjin:
- Tacoma, Washington, l-Istati Uniti;
- Etzatlán, il-Messiku;
- Cambridge, Massachusetts, l-Istati Uniti;
- Kingston, Ontario, il-Kanada (2005);
- Bahía Blanca, l-Arġentina;
- Saint-Nazaire, Franza;
- Contagem, il-Brażil.
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Cienfuegos" . Encyclopædia Britannica. Vol. 6 (11th ed.). Cambridge University Press. p. 364.
- ^ "Cienfuegos (Municipality, Cuba) - Population Statistics, Charts, Map and Location". www.citypopulation.de. Miġbur 2024-11-30.
- ^ Cederlöf, Gustav (2020). "The Revolutionary City: Socialist Urbanisation and Nuclear Modernity in Cienfuegos, Cuba". Journal of Latin American Studies. 52: 53–76.
- ^ a b ċ "Urban Historic Centre of Cienfuegos - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2024-11-30.