Aqbeż għall-kontentut

Cidade Velha

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Cidade Velha
 Cabo Verde
Amministrazzjoni
Stat sovranCabo Verde
Administrative territorial entity of Cape VerdeGżejjer ta' Sotavento
Concelho of Cape VerdeRibeira Grande de Santiago
Ġeografija
Koordinati 14°55′00″N 23°36′15″W / 14.9167°N 23.6042°W / 14.9167; -23.6042Koordinati: 14°55′00″N 23°36′15″W / 14.9167°N 23.6042°W / 14.9167; -23.6042
Cidade Velha is located in Cape Verde
Cidade Velha
Cidade Velha
Cidade Velha (Cape Verde)
Superfiċjenti 209.1 ha, 1,795.6 ha
Għoli 1 m
Demografija
Popolazzjoni 2,148 abitanti
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1462

Cidade Velha (pronunzja: [siˈðaðɨ ˈvɛʎɐ]; li bil-Portugiż litteralment tfisser "belt antika", magħrufa wkoll bħala: Santiago de Cabo Verde) hija belt fin-naħa tan-Nofsinhar tal-gżira ta' Santiago, Cabo Verde.[1] Stabbilita fl-1462, hija l-eqdem insedjament f'Cabo Verde u hija l-eks belt kapitali tal-pajjiż. Fl-imgħoddi kienet tissejjaħ Ribeira Grande, u isimha nbidel għal Cidade Velha fl-aħħar tas-seklu 18. Hija s-sede tal-muniċipalità ta' Ribeira Grande de Santiago.[2]

Din il-belt, li tinsab lil hinn mill-kosta tal-Majjistral tal-Afrika, kienet l-ewwel insedjament kolonjali Ewropew fit-tropiċi. Parti mid-disinn oriġinali ppjanat bir-reqqa tas-sit għadu intatt, inkluż fortizza rjali, żewġ knejjes u pjazza tas-seklu 16. Illum il-ġurnata, Cidade Velha hija waqfa fl-Atlantiku għat-trasport marittimu u ċentru tal-kultura Creole. Il-belt saret Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u waħda mis-Seba' Għeġubijiet ta' Oriġini Portugiża fid-Dinja fl-2009.[3]

Cidade Velha tinsab tul il-kosta tan-Nofsinhar ta' Santiago, fil-ħalq tax-xmara Ribeira Grande de Santiago. Tinsab 10 kilometri (6 mili) biss fil-Punent tal-belt kapitali Praia. Fost is-suddiviżjonijiet tal-belt hemm Largo Pelourinho, São Sebastião, Santo António u São Pedro.

Pittura bl-akkwarelli tal-1646 ta' Cidade Velha ta' Caspar Schmalkalden.

Il-gżira ta' Santiago ġiet skoperta minn António da Noli, persuna minn Genova fis-servizz Portugiż, fl-1460.[4] Da Noli mar jgħix f'Ribeira Grande mal-membri tal-familja tiegħu u flimkien ma' Portugiżi minn Algarve u Alentejo fl-1462.[5] Il-kundizzjonijiet għall-insedjament kienu tajbin minħabba l-abbundanza ta' ilma mix-xmara Ribeira Grande, li tatha vantaġġ meta mqabbla ma' insedjament ieħor f'Santiago, Alcatrazes.[6] L-insedjament sar port ewlieni għall-kolonizzazzjoni Portugiża lejn l-Afrika u l-Amerka t'Isfel. Fis-sekli 16 u 17, kienet ċentru tal-kummerċ marittimu bejn l-Afrika, il-Kap, il-Brażil u l-Karibew. Minħabba l-prossimità tagħha mal-kosta Afrikana, kienet pjattaforma essenzjali għall-kummerċ tal-iskjavi.

Il-Knisja ta' Nossa Senhora do Rosário.

Il-port ta' Cidade Velha kien waqfa għal żewġ navigaturi kbar: Vasco da Gama, fl-1497, fi triqtu lejn l-Indja, u Kristofru Kolombu, fl-1498, matul it-tielet vjaġġ tiegħu lejn l-Amerki. Fl-1522, kien waqfa għall-ispedizzjoni tal-esploratur Ferdinand Magellan, taħt Spanja fl-aħħar parti taċ-ċirkumnavigazzjoni tad-dinja.

Cidade Velha għandha l-eqdem knisja kolonjali fid-dinja, il-knisja tal-Madonna tar-Rużarju (Nossa Senhora do Rosário), li nbniet fl-1495. Fl-1533, Cidade Velha saret is-sede tad-Djoċesi Kattolika Rumana l-ġdida ta' Santiago de Cabo Verde, li nħolqot permezz tad-digriet Papali tal-Papa Klement VII. Attwalment is-sede tinsab f'Praia.

Il-fdalijiet tal-katidral antik.

Ir-rikkezzi ta' Ribeira Grande u l-kunflitti bejn il-Portugall u s-setgħat kolonjali rivali Franza u r-Renju Unit attiraw l-attakki tal-pirati, inkluż dawk minn Francis Drake (1585) u Jacques Cassard (1712).[7] Minkejja l-kostruzzjoni tal-Forti Rjali ta' São Filipe fl-1587-1593, Ribeira Grande baqgħet vulnerabbli u marret lura. Il-belt kapitali ġiet ittrasferita lejn Praia fl-1770.[8]

Ribeira Grande (issa Cidade Velha) spiċċat fil-livell ta' villaġġ u l-binjiet ċivili, reliġjużi u militari ddeterjoraw. Mis-snin 60 tas-seklu 20, bdew ix-xogħlijiet tar-restawr. Fl-2009 is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Cidade Velha ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2009.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[3]

Popolazzjoni tal-belt ta' Cidade Velha (1990-2010)
1990 2010[9]
2148 1214

Attrazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Pelourinho (berlina), stabbilit fl-1512 jew fl-1520. Ma' dan il-pilastru tal-irħam kienu jiġu kkastigati pubblikament l-iskjavi ribellużi. Ġie rrestawrat fis-snin 60 tas-seklu 20 u jinsab fil-pjazza prinċipali tal-belt.
  • Il-Forti Rjali ta' São Filipe, li nbena fl-1587-1593. Dan il-forti nbena bħala difiża kontra l-attakki tal-pirati (l-iktar Franċiżi u Ingliżi). Jinsab f'elevazzjoni ta' 120 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.
  • Il-Knisja ta' Nossa Senhora do Rosário, l-eqdem knisja kolonjali fid-dinja, mibnija fl-1495. Għandha kappella laterali fl-istil Gotiku Manwelin.
  • Il-fdalijiet tal-Katidral tas-Sé; il-katidral beda jinbena fl-1556 u tlesta fl-1705, u r-rikkezzi tiegħu nsterqu fl-1712. Il-fdalijiet impressjonanti tiegħu (il-knisja kienet twila 60 metru) ġew ikkonservati fl-2004.
  • Il-fdalijiet tal-Kunvent ta' São Francisco, li nbena fl-1657 fuq xaqliba 'l barra miċ-ċentru tal-belt. Il-knisja tal-kunvent ġew irrestawrata fl-2002.
  • Bosta djar tradizzjonali jinsabu tul it-toroq ta' rua Banana u ta' rua Carreira.

Cidade Velha għandha klima arida sħuna (BWh skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen). Il-preċipitazzjoni annwali medja tagħha tammonta għal 201 millimetru jew 7.91 pulzieri, u t-temperatura medja tiegħu hi 25.2 °C jew 77.4 °F. L-iżjed xahar biered huwa Jannar (b'medja ta' 23.0 °C jew 73.4 °F) u l-iżjed xahar sħun huwa Ottubru (medja ta' 28.0 °C jew 82.4 °F).

Data klimatika għal Cidade Velha, metru 'l fuq mil-livell tal-baħar
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. massima medja ta' kuljum f'°C (°F) 26.7

(80.1)

27.2

(81.0)

27.9

(82.2)

28.3

(82.9)

28.5

(83.3)

29.6

(85.3)

29.4

(84.9)

30

(86)

30.6

(87.1)

31

(88)

29.7

(85.5)

27.3

(81.1)

28.9

(84.0)

Temp. minima medja ta' kuljum f'°C (°F) 19.4

(66.9)

19.2

(66.6)

19.7

(67.5)

20.1

(68.2)

21

(70)

21.8

(71.2)

22.5

(72.5)

23.7

(74.7)

23.9

(75.0)

25

(77)

22.3

(72.1)

20.8

(69.4)

21.6

(70.9)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 2

(0.1)

2

(0.1)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

7

(0.3)

50

(2.0)

90

(3.5)

40

(1.6)

9

(0.4)

1

(0.0)

201

(8)

Sors: climate-data.org[10]
  1. "Statistika nazzjonali" (PDF).
  2. Valor simbólico do centro histórico da Praia, Lourenço Conceição Gomes, Universidade Portucalense, 2008, p. 77.
  3. 1 2 3 Centre, UNESCO World Heritage. "Cidade Velha, Historic Centre of Ribeira Grande". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-03.
  4. Valor simbólico do centro histórico da Praia, Lourenço Conceição Gomes, Universidade Portucalense, 2008, p. 73.
  5. Valor simbólico do centro histórico da Praia, Lourenço Conceição Gomes, Universidade Portucalense, 2008, p. 97.
  6. Valor simbólico do centro histórico da Praia, Lourenço Conceição Gomes, Universidade Portucalense, 2008, p. 80.
  7. Valor simbólico do centro histórico da Praia, Lourenço Conceição Gomes, Universidade Portucalense, 2008, p. 195.
  8. Centre, UNESCO World Heritage. "Centre historique de Praia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-03.
  9. "Arquivo de RGPH Dados por zonas e lugares" (bil-Portugiż). Miġbur 2024-02-03.
  10. "Ribeira Grande de Santiago (Cidade Velha) climate: Average Temperature by month, Ribeira Grande de Santiago (Cidade Velha) water temperature". en.climate-data.org. Miġbur 2024-02-03.