Kristofru Kolombu
| Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
| Kristofru Kolombu | |||||
|---|---|---|---|---|---|
|
| |||||
17 April 1492 - 20 Mejju 1506
1492 - 23 Awwissu 1500 - Francisco de Bobadilla (en) | |||||
| Ħajja | |||||
| Isem propju | Christophorus Columbus | ||||
| Twelid | Genova, 1451, 1450, 31 Ottubru 1451, 1 Settembru 1451, 1451, 1451 | ||||
| Nazzjonalità | Repubblika ta' Genova | ||||
| Mewt | Valladolid, 20 Mejju 1506 | ||||
| Post tad-dfin | Katidral ta' Sivilja | ||||
| Kawża tal-mewt | kawżi naturali (attakk tal-qalb) | ||||
| Familja | |||||
| Missier | Domenico Colombo | ||||
| Omm | Susanna Fontanarossa | ||||
| Konjuga/i |
Filipa Moniz Perestrelo (en) | ||||
| Koppja/i |
Beatriz Enríquez de Arana (en) | ||||
| Ulied |
uri
| ||||
| Aħwa |
uri
| ||||
| Tribù | familja Kolombu | ||||
| Edukazzjoni | |||||
| Lingwi |
Spanjol Portugiż renaissance Latin (en) | ||||
| Okkupazzjoni | |||||
| Okkupazzjoni |
esploratur baħħar vjaġġatur baħri inventur | ||||
| Influwenzat minn |
Pierre d'Ailly (mul) Paolo dal Pozzo Toscanelli (mul) Tolomew Marco Polo John Mandeville (en) | ||||
| Sħubija |
Columbus conquistador force (en) | ||||
| Grad |
Almirante del Mar Océano (en) ammirall | ||||
Kristofru Kolombu (c. 1451 – 20 ta' Mejju 1506) kien esploratur Taljan li qasam l-Oċean Atlantiku u li kixef l-Amerki fit-12 ta' Ottubru 1492.
Kristofru Kolombu kien żagħżugħ qalbieni li dejjem ħabb l-avventura. Hu xtaq li jsib triq ġdida lejn il-Lvant billi jbaħħar fl-Oċean Atlantiku li dwaru ftit li xejn kien magħruf. It-twettiq ta' din il-ħolma kellha tbiddel il-mappa tad-dinja. Aktarx li twieled f'Genova fl-1451 u beda jbaħħar minn meta kien għadu tfajjel. Kien iħobb jaqra ħafna, l-aktar dwar il-vjaġġi. Il-vjaġġi ta' Marco Polo qanqlu lil Kolumbu biex imur ifittex hu wkoll.
L-ewwel vjaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Meta r-Re tal-Portugall ma laqax it-talba tiegħu għall-għajnuna biex jaqsam l-Atlantiku, telaq lejn Spanja. L-għorrief Spanjoli bdew jisimgħuh iżda ftit tawh widen. Fl-1492, wara seba' snin ta' taħbit, Kristofru Kolombu ngħata permess biex ibaħħar taħt il-bandiera Spanjola. Fil-bidu ta' Awwissu tal-istess sena, tliet karavelli tħejjew għall-vjaġġ. L-ekwipaġġ kien imħallat. Kien hemm nies ta' qattagħni, ħabsin, u oħrajn li ħsiebhom kien li jistagħnew fi żmien qasir. Maż-żerniq tal-Ġimgħa, it-3 ta' Awwissu, il-ġifen Santa Marija (bastiment) baħħar mill-port ta' Palos, fi Spanja, flimkien man-"Niña" u mal-"Pinta". Reħewlha lejn il-Gżejjer Kanarji u l-ewwel vjaġġ beda fis-6 ta' Settembru.

Is-Santa Marija kienet tiżen biss madwar mitt tunnellata u kellha ekwipaġġ ta' erbgħin baħri biss. Iżda il-fidi qawwija ta' bniedem bħal Kolombu ma naqset qatt. Il-qlubija tiegħu ħeġġet lin-nies jagħmlu sforzi kbar.
Wara bosta jiem ta' tbaħħir, bdew jidhru xi friegħi u ħaxix tal-baħar frisk jgħumu f'wiċċ l-ilma, u xi għasafar tal-passa għaddew mill-qrib ukoll. Kienu sinjali ċari li xi art kienet fil-qrib. Fit-12 ta' Ottubru, sebgħin jum wara li kienu telqu minn Spanja, imstemgħet għajta minn baħri "l-art...l-art". Kienu lemħu art ġdida. Wara tħasseb ftit. Hu ħaseb li kien wasal l-Asja, għalkemm effettivament Kolombu kien wasal l-Amerka u mhux l-Asja.