André Weil

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn in-navigazzjoni Aqbeż lejn it-tfittxija
André Weil
Weil.jpg
Ħajja
Isem propju André Abraham Weil
Twelid Pariġi, 6 Mejju 1906
Nazzjonalità Franza
Grupp etniku il-Lhud
Mewt Princeton, 6 Awwissu 1998
Post tad-dfin Ċimiterju ta' Princeton
Familja
Ulied
Aħwa
Edukazzjoni
Alma mater Fakultà tax-Xjenza ta' Pariġi 1928) Doctorate in France (en) Translate : matematika
Lycée Montaigne (en) Translate
(1912 - 1914)
Lycée Saint-Louis
(1918 - 1922)
École Normale Supérieure (en) Translate
(1922 - 1925)
Università ta' Göttingen
(1927 - 1927)
Teżi '
Direttur tat-teżi Jacques Hadamard (en) Translate
Charles Émile Picard (en) Translate
Studenti dottorali Peter Swinnerton-Dyer (en) Translate
Pierre Cartier (en) Translate
Harley Flanders (en) Translate
Teruhisa Matsusaka (en) Translate
William Alvin Howard (en) Translate
Arnold S. Shapiro (en) Translate
Norman Tyson Hamilton (en) Translate
Frank Douglas Quigley (en) Translate
David Hertzig (en) Translate
William Lind Hoyt (en) Translate
Martin Segal (en) Translate
Alexandre Augusto Martins Rodrigues (en) Translate
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
storiku tal-matematika
għalliem fl-università
Impjegaturi Università Musulmana ta' Aligarh  (1930 -  1932)
Università ta' Strasburgu  (1932 -  1939)
Haverford College (en) Translate  (1941 -  1943)
Lehigh University (en) Translate  (1943 -  1945)
Università ta’ São Paulo  (1945 -  1947)
Università ta' Chicago  (1947 -  1958)
Institute for Advanced Study (en) Translate  (1958 -  1976)
Xogħlijiet importanti Borel–Weil theorem (en) Translate
De Rham–Weil theorem (en) Translate
Mordell–Weil theorem (en) Translate
Oka–Weil theorem (en) Translate
Shafarevich–Weil theorem (en) Translate
Borel–Weil–Bott theorem (en) Translate
Weil conjectures (en) Translate
Siegel–Weil formula (en) Translate
Bergman–Weil formula (en) Translate
Chern–Weil theory (en) Translate
Chern–Weil homomorphism (en) Translate
Hasse–Weil zeta function (en) Translate
Weil algebra (en) Translate
Weil group (en) Translate
Mordell-Weil group (en) Translate
Weil–Châtelet group (en) Translate
Weil–Brezin Map (en) Translate
Weil's criterion (en) Translate
Weil divisor (en) Translate
Weil–Petersson metric (en) Translate
Weil reciprocity law (en) Translate
Weil restriction (en) Translate
Premjijiet
Sħubija Soċjetà Rjali
Akkademja Franċiża tax-Xjenzi
Nicolas Bourbaki
Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi
Akkademja Bavarjana tax-Xjenzi
Akkademja Internazzjonali tal-Istorja tax-Xjenza

André Weil (/veɪ/; pronunzja bil-Franċiż: [ɑ̃dʁe vɛj]; twieled fis-6 ta' Mejju 1906 – miet fis-6 ta' Awwissu 1998)[1] kien matematiku Franċiż[2], magħruf għax-xogħol fundamentali tiegħu fit-teorija tan-numri u fil-ġeometrija alġebrajka. Huwa kien membru fundatur u l-mexxej bikri de facto tal-grupp matematiku ta' Bourbaki. Il-filosfa Simone Weil kienet oħtu[3] filwaqt li l-kittieba Sylvie Weil hija bintu.[4]

Ħajja[immodifika | immodifika s-sors]

André Weil twieled f'Pariġi. Kien it-tifel ta' ġenituri Lhud anjostiċi minn Alsace li kienu ħarbu l-annessjoni ta' Alsace-Lorraine mill-Imperu Ġermaniż wara l-Gwerra Franko-Prussjana fl-1870-1871.[5] Simone Weil, li iktar 'il quddiem saret filosfa famuża, kienet oħtu ż-żgħira. Huwa studja f'Pariġi, f'Ruma u f'Göttingen u kiseb id-dottorat tiegħu fl-1928. Meta kien il-Ġermanja, Weil għamel ħbieb ma' Carl Ludwig Siegel. Mill-1930, huwa qatta' sentejn akkademiċi fl-Università Musulmana ta' Aligarh fl-Indja. Minbarra l-matematika, Weil kellu interessi tul ħajtu kollha fil-letteratura klassika Griega u Latina, fl-Induiżmu u fil-letteratura Sanskrita: hu kien tgħallem is-Sanskritu waħdu fl-1920.[6][7] Wara li għallem għal sena fl-Università ta' Aix-Marseille, huwa għallem għal sitt snin fl-Università ta' Strasburgu. Huwa żżewweġ lil Éveline de Possel (imwielda Éveline Gillet) fl-1937.[8]

Weil kien il-Finlandja meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija; hu kien ilu jivvjaġġa fl-Iskandinavja minn April 1939. Martu Éveline rritornat fi Franza mingħajru. Weil ġie arrestat bi żball fil-Finlandja malli faqqgħet il-Gwerra tax-Xitwa fuq suspett li kien spjun; madankollu, il-ġrajjiet fejn kien jingħad li ħajtu kienet fil-periklu ntwerew li kienu esaġerati.[9] Weil irritorna fi Franza billi għadda mill-Iżvezja u mir-Renju Unit, u ġie arrestat f'Le Havre f'Jannar 1940. Huwa ġie akkużat li ma weġibx għas-sejħa biex jaqdi dmiru fis-servizz, u ntefa' l-ħabs f'Le Havre u mbagħad f'Rouen. Kien fil-ħabs militari f'Bonne-Nouvelle, distrett ta' Rouen, minn Frar sa Mejju, li Weil lesta x-xogħol li bnielu r-reputazzjoni tiegħu. Huwa għadda ġuri fit-3 ta' Mejju 1940 u ngħata sentenza ta' ħames snin ħabs. Minflok, huwa talab li jiġi stazzjonat ma' unità militari u ngħata ċ-ċans li jingħaqad ma' riġment f'Cherbourg. Wara l-waqgħa ta' Franza f'Ġunju 1940, huwa ltaqa' mal-familja tiegħu f'Marsilja, fejn wasal bil-baħar. Imbagħad mar f'Clermont-Ferrand, fejn irnexxielu jingħaqad ma' martu Éveline, li kienet qed tgħix fin-naħa ta' Franza okkupata mill-Ġermaniżi.

F'Jannar 1941, Weil u l-familja tiegħu baħħru minn Marsilja lejn il-Belt ta' New York. Huwa qatta' l-bqija tal-gwerra fl-Istati Uniti, fejn ġie appoġġat mill-Fondazzjoni Rockefeller u mill-Fondazzjoni Guggenheim. Għal sentejn, huwa għallem il-matematika fl-Università ta' Lehigh, fejn ma kienx apprezzat, kien jaħdem iż-żejjed u ma kienx imħallas tajjeb, għalkemm ma kellux għalfejn jinkwieta li jintgħażel għall-gwerra, għad-differenza tal-istudenti Amerikani tiegħu. Huwa telaq mill-impjieg tiegħu f'Lehigh u mar jgħix fil-Brażil, u għallem fl-Università ta' São Paulo mill-1945 sal-1947, fejn ħadem ma' Oscar Zariski. Weil u martu kellhom żewġt itfal bniet, Sylvie (li twieldet fl-1942) u Nicolette (li twieldet fl-1946).[8]

Iktar 'il quddiem huwa rritorna lejn l-Istati Uniti u għallem fl-Università ta' Chicago mill-1947 sal-1958, qabel ma' mar jaħdem mal-Istitut għall-Istudju Avvanzat, fejn baqa' għall-kumplament tal-karriera tiegħu. Huwa kien Kelliem fil-Plenarja tal-ICM fl-1950 f'Cambridge, Massachusetts[10], fl-1954 f'Amsterdam, in-Netherlands[11], u fl-1978 f'Helsinki, il-Finlandja.[12] Weil ġie elett Membru Barrani tas-Soċjetà Rjali (bl-Ingliż: Royal Society) fl-1966.[1] Fl-1979, huwa kkondivida t-tieni Premju Wolf fil-Matematika ma' Jean Leray.

Xogħol[immodifika | immodifika s-sors]

Weil ta kontributi sostanzjali f'għadd ta' oqsma; l-iktar wieħed importanti kien l-iskoperta ta' rabtiet sfiqa bejn il-ġeometrija alġebrajka u t-teorija tan-numri. Din l-iskoperta bdiet fil-ħidma tiegħu għad-dottorat li wasslet għat-teorema ta' Mordell-Weil (fl-1928, u applikata għal żmien qasir fit-teorema ta' Siegel dwar il-punti integrali).[13] It-teorema ta' Mordell kellha prova ad hoc;[14] Weil beda s-separazzjoni tal-argument tal-inżul infinit f'żewġ tipi ta' approċċi strutturali, permezz ta' funzjonijiet tal-għoli għat-tqassim tad-daqsijiet tal-punti razzjonali, u permezz ta' koomoloġija ta' Galois, li ġiet ikkategorizzata b'dan il-mod xi żewġ deċennji wara. Iż-żewġ aspetti tal-ħidma ta' Weil żviluppaw sew f'teoriji sostanzjali.

Fost l-ikbar kisbiet tiegħu kien hemm il-prova tas-snin 40 tas-seklu 20 tal-ipoteżi ta' Riemann għall-funzjonijiet żeta tal-kurvi fuq kampi finiti[15], u l-bini sussegwenti li għamel ta' pedamenti siewja għall-ġeometrija alġebrajka biex jappoġġa dak ir-riżultat (bl-iktar mod intensiv mill-1942 sal-1946). L-hekk imsejħa konġetturi ta' Weil kienu influwenti ferm minn madwar l-1950; il-provi rigward dawn id-dikjarazzjonijiet iktar 'il quddiem instabu minn Bernard Dwork[16], Alexander Grothendieck[17][18][19], Michael Artin, u finalment minn Pierre Deligne, li lesta l-iktar pass diffiċli fl-1973.[20][21][22][23][24]

Weil introduċa ċ-ċirku ta' adeli[25] fl-aħħar tas-snin 30 tas-seklu 20, wara x-xogħol ta' Claude Chevalley bl-ideli, u ta prova tat-teorema ta' Riemann-Roch bihom (verżjoni dehret fix-xogħol tiegħu Basic Number Theory fl-1967).[26] It-teorema ta' Riemann-Roch tad-"diviżur tal-matriċi" tiegħu (raggruppament ta' vetturi avant la lettre), mill-1938 kienet antiċipazzjoni bikrija ħafna ta' ideat suċċessivi bħall-ispazji tal-moduli tar-raggruppamenti. Il-konġettura ta' Weil dwar in-numri ta' Tamagawa baqgħet reżistenti għal ħafna snin.[27] Eventwalment, l-approċċ tal-adeli sar bażiku fit-teorija tar-rappreżentazzjoni awtomorfika. Huwa sab konġettura ta' Weil akkreditata oħra għall-ħabta tal-1967, li iktar 'il quddiem taħt pressjoni minn Serge Lang, saret magħrufa bħala l-konġettura ta' Taniyama-Shimura, ibbażata fuq mistoqsija fformulata b'mod approssimattiv minn Taniyama fil-konferenza ta' Nikkō fl-1955. L-attitudni tiegħu lejn il-konġetturi kienet li wieħed ma għandux jistabbilixxi qata' mill-ewwel bħala konġettura, u fil-każ ta' Taniyama, l-evidenza nstabet biss wara xogħol komputazzjonali estensiv li twettaq fl-aħħar tas-snin 60 tas-seklu 20.[28]

Huwa kiseb riżultati sinifikanti oħra fir-rigward tad-duwalità ta' Pontryagin u l-ġeometrija differenzjali.[29] Huwa introduċa l-kunċett ta' spazju uniformi fit-topoloġija ġenerali, bħala prodott sekondarju tal-kollaborazzjoni tiegħu ma' Nicolas Bourbaki. Ix-xogħol tiegħu fuq it-teorija tal-qatet bil-kemm jidher fix-xogħol ippubblikat tiegħu, iżda korrispondenza ma' Henri Cartan fl-aħħar tas-snin 40 tas-seklu 20, li ġiet stampata mill-ġdid fil-ġabra ta' xogħlijiet tiegħu, uriet kemm dan ix-xogħol kien influwenti. Huwa għażel ukoll is-simbolu ∅, li oriġina mill-ittra Ø fl-alfabett Norveġiż (li hu biss fi ħdan il-grupp ta' Bourbaki kien familjari miegħu), biex jirrappreżenta sett vojt.[30]

Weil ta kontribut magħruf sew ukoll fil-ġeometrija ta' Riemann fl-ewwel xogħol tiegħu fl-1926, meta wera li l-inugwaljanza isoperimetrika klassika tibqa' valida fir-rigward ta' superfiċi mhux pożittivament kurvi. Din stabbiliet il-każ bidimensjonali li iktar 'il quddiem sar magħruf bħala l-konġettura ta' Cartan-Hadamard.

Huwa skopra l-hekk imsejħa rappreżentazzjoni ta' Weil, li preċedentement kienet introdotta fil-mekkanika kwantistika minn Irving Segal u David Shale, li pprovdiet qafas kontemporanju għall-fehim tat-teorija klassika tal-forom kwadratiċi. Dan kien il-bidu wkoll ta' żvilupp sostanzjali minn oħrajn, li kkollega t-teorija tar-rappreżentazzjoni mal-funzjonijiet teta.[31]

Bħala espożitur[immodifika | immodifika s-sors]

L-ideat ta' Weil taw kontribut importanti għall-kitbiet u għas-seminars ta' Bourbaki, qabel u wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Huwa kiteb ukoll diversi kotba dwar l-istorja tat-Teorija tan-Numri.

Twemmin[immodifika | immodifika s-sors]

Il-ħsieb Induista kellu influwenza kbira fuq Weil.[32] Huwa kien anjostiku[33] u kien jirrispetta r-reliġjonijiet.[34]

Legat[immodifika | immodifika s-sors]

L-asterojde 289085 Andreweil, li ġiet skoperta mill-astronomi fl-Osservatorju ta' Saint-Sulpice fi Franza fl-2004, ingħatat ismu u kunjomu biex jibqa' mfakkar.[35] Il-kwotazzjoni bl-isem uffiċjali ġiet ippubblikata miċ-Ċentru tal-Pjaneti Minuri fl-14 ta' Frar 2014 (M.P.C. 87143).[36]

Biblijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Xogħlijiet matematiċi:

  • Arithmétique et géométrie sur les variétés algébriques (1935)
  • Sur les espaces à structure uniforme et sur la topologie générale (1937)
  • L'intégration dans les groupes topologiques et ses applications (1940)
  • Foundations of Algebraic Geometry (1946)
  • Sur les courbes algébriques et les variétés qui s'en déduisent (1948)
  • Variétés abéliennes et courbes algébriques (1948)
  • Introduction à l'étude des variétés kählériennes (1958)
  • Discontinuous subgroups of classical groups (1958)
  • Basic number theory (1967)
  • Dirichlet Series and Automorphic Forms, Lezioni Fermiane (1971)
  • Essais historiques sur la théorie des nombres (1975)
  • Elliptic Functions According to Eisenstein and Kronecker (1976)
  • Number Theory for Beginners (1979) ma' Maxwell Rosenlicht
  • Adeles and Algebraic Groups (1982)
  • Number Theory: An Approach Through History From Hammurapi to Legendre (1984)

Ġabra ta' xogħlijiet:

  • Œuvres Scientifiques, Collected Works, three volumes (1979)
    • Œuvres Scientifiques Vol. 1
    • Œuvres Scientifiques Vol. 2
    • Œuvres Scientifiques Vol. 3

Awtobijografija:

  • bil-Franċiż: Souvenirs d'Apprentissage (1991)
  • traduzzjoni bl-Ingliż: The Apprenticeship of a Mathematician (1992)

Mafkar bil-miktub magħmul minn bintu:

  • At Home with André and Simone Weil ta' Sylvie Weil (2010)

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b Serre, Jean-Pierre (1999-11-01). "André Weil. 6 May 1906 — 6 August 1998". Biographical Memoirs of Fellows of the Royal Society. 45: 519–529.
  2. ^ Horgan, J (1994). "Profile: Andre Weil – The Last Universal Mathematician". Scientific American. 270 (6): 33–34.
  3. ^ "André Weil - Biography". Maths History (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-06.
  4. ^ "Weil family". Maths History (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-06.
  5. ^ "André Weil - The Mathematics Genealogy Project". mathgenealogy.org. Miġbur 2021-08-06.
  6. ^ Amir D. Aczel, The Artist and the Mathematician, Basic Books, 2009, p. 25.
  7. ^ "Borel, Armand" (PDF).
  8. ^ a b YPSILANTIS, Olivier (2017-03-31). "En lisant « Chez les Weil. André et Simone » – 2/2" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-06.
  9. ^ Osmo Pekonen: L'affaire Weil à Helsinki en 1939, Gazette des mathématiciens 52 (April 1992), pp. 13-20.
  10. ^ Weil, André, "Number theory and algebraic geometry", 1950, In Proc. Intern. Math. Congres., Cambridge, Mass., vol. 2, pp. 90-100.
  11. ^ Weil, A. "Abstract versus classical algebraic geometry". In: Proceedings of International Congress of Mathematicians, 1954, Amsterdam. vol. 3. pp. 550-558.
  12. ^ Weil, A. "History of mathematics: How and why" (PDF). In: Proceedings of International Congress of Mathematicians, (Helsinki, 1978). vol. 1. pp. 227-236.
  13. ^ A. Weil, L'arithmétique sur les courbes algébriques, Acta Math 52, (1929) p. 281–315, reprinted in vol 1 of his collected papers ISBN 0-387-90330-5 .
  14. ^ L.J. Mordell, On the rational solutions of the indeterminate equations of the third and fourth degrees, Proc Cam. Phil. Soc. 21, (1922) p. 179.
  15. ^ Weil, André (1949), "Numbers of solutions of equations in finite fields", Bulletin of the American Mathematical Society, 55 (5): 497–508.
  16. ^ Dwork, Bernard (1960), "On the rationality of the zeta function of an algebraic variety", American Journal of Mathematics, American Journal of Mathematics, Vol. 82, No. 3, 82 (3): 631–648.
  17. ^ Grothendieck, Alexander (1960), "The cohomology theory of abstract algebraic varieties", Proc. Internat. Congress Math. (Edinburgh, 1958), Cambridge University Press, pp. 103–118.
  18. ^ Grothendieck, Alexander (1995) [1965], "Formule de Lefschetz et rationalité des fonctions L", Séminaire Bourbaki, 9, Paris: Société Mathématique de France, pp. 41–55.
  19. ^ Grothendieck, Alexander (1972), Groupes de monodromie en géométrie algébrique. I, Lecture Notes in Mathematics, Vol. 288, 288, Berlin, New York: Springer-Verlag, ISBN 978-3-540-05987-5.
  20. ^ Deligne, Pierre (1971), "Formes modulaires et représentations l-adiques", Séminaire Bourbaki vol. 1968/69 Exposés 347–363, Lecture Notes in Mathematics, 179, Berlin, New York: Springer-Verlag, ISBN 978-3-540-05356-9
  21. ^ Deligne, Pierre (1974), "La conjecture de Weil. I", Publications Mathématiques de l'IHÉS, 43 (43): 273–307
  22. ^ "SGA 4.5". web.archive.org. 2009-05-15. Miġbur 2021-08-06.
  23. ^ Deligne, Pierre (1980), "La conjecture de Weil. II", Publications Mathématiques de l'IHÉS, 52 (52): 137–252
  24. ^ Deligne, Pierre; Katz, Nicholas (1973), Groupes de monodromie en géométrie algébrique. II, Lecture Notes in Mathematics, Vol. 340, 340, Berlin, New York: Springer-Verlag, ISBN 978-3-540-06433-6
  25. ^ A. Weil, Adeles and algebraic groups, Birkhauser, Boston, 1982
  26. ^ Weil, André (1967), Basic number theory., Die Grundlehren der mathematischen Wissenschaften, 144, Springer-Verlag New York, Inc., New York, ISBN 3-540-58655-5
  27. ^ Weil, André (1959), Exp. No. 186, Adèles et groupes algébriques, Séminaire Bourbaki, 5, pp. 249–257.
  28. ^ Lang, S. "Some History of the Shimura-Taniyama Conjecture." Not. Amer. Math. Soc. 42, 1301–1307, 1995
  29. ^ Borel, A. (1999). "André Weil and Algebraic Topology". Notices of the AMS. 46 (4): 422–427.
  30. ^ "Earliest Uses of Symbols of Set Theory and Logic". jeff560.tripod.com. Miġbur 2021-08-06.
  31. ^ Weil, A. (1964). "Sur certains groupes d'opérateurs unitaires". Acta Math. (in French). 111: 143–211.
  32. ^ "André Weil | French mathematician". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-06.
  33. ^ Paul Betz; Mark Christopher Carnes, American Council of Learned Societies (2002). American National Biography: Supplement, Volume 1. Oxford University Press. p. 676. ISBN 978-0-19-515063-6.
  34. ^ I. Grattan-Guinness (2004). I. Grattan-Guinness, Bhuri Singh Yadav (ed.). History of the Mathematical Sciences. Hindustan Book Agency. p. 63. ISBN 978-81-85931-45-6.
  35. ^ "IAU Minor Planet Center". www.minorplanetcenter.net. Miġbur 2021-08-06.
  36. ^ "MPC/MPO/MPS Archive". www.minorplanetcenter.net. Miġbur 2021-08-06.