Aqbeż għall-kontentut

Ġeorġja fil-Festival tal-Eurovision

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Ġeorġja fil-Eurovision)
Ġeorġja
Ġeorġja
Stazzjon membru GPB
Parteċipazzjoni
Dehriet 4
L-ewwel dehra 2007
L-aqwa riżultat 9 (2010, 2011)
L-agħar riżultat 12 (2007
Ħoloq esterni
Paġna fuq Eurovision.tv

Il-Ġeorġja iddebutat fl-2007 għat-52 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision.

Debutt fl-2007

[immodifika | immodifika s-sors]
Diana Gurtskaya f'Belgrad (2008)

Fis-27 ta' Ottubru 2006, il-Ġeorġja, ikkonferma li huma xtaqu jieħdu sehem fil-Eurovision. F'dak iż-żmien, l-EBU kienu għadhom jillimitaw il-massimu ta' 40 pajjiż. Madanakollu, f'Marzu tal-2007, ġie imħabbar li t-42 appikant se jieħdu sehem fl-edizzjoni tal-2007 f'Ħelsinki. Huma rnexxielhom jikkwalifikaw mis-semifinali (fejn kisbu 123 punt u t-tmien post), u fil-finali kisbu t-tnax-il post (minn 24 parteċipant).

Daħla fl-2008

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Ġeorġja għamlu t-tieni dehra tagħhom f'dan il-festival fl-edizzjoni tal-2008. Wara li għaddew mis-semifinali (fejn spiċċaw fil-ħames post b'107 punti), fil-finali marru post aħjar mill-edizzjoni preċedenti wara li kklassifikaw fil-ħdax-il post (minn 25).

Irtirar fl-2009

[immodifika | immodifika s-sors]

Minħabba l-gwerra fl-Ossezja t'Isfel fl-2008, sar dibattitu min-naħa tal-Georgian Public Broadcasting (GBP) fuq jekk il-Ġeorġja għandhiex tieħu sehem f'Moska.[1] Iċ-ċermen tal-GPB stqarr li ma kinitx tkun xi ħaġa irrazzjonali jekk kienu jiddeċiedu li jirtiraw, imma kienu jinsabu lura fil-ħin minħabba li finali nazzjonali kienet se tiġi organizzata jekk kienu se jiddeċiedu li jipparteċipaw. Fit-28 ta' Awwissu 2008, ġie imħabbar li l-Ġeorġja se tirtira mill-edizzjoni tal-2009, fejn sostnew li huma jirrifjutaw li jikkompetu f'"pajjiż li jivvjola d-drittijiet tal-bniedem u l-liġijiet internazzjonali", u kif ukoll minħabba dubji fuq is-sigurtà tal-parteċipanti tagħhom.[2] Wara r-rebħ tal-Festival tal-Eurovision tat-Tfal tal-2008, li fih irċievu tnax-il punt mir-Russja, il-Ġeorġja reġgħet ħadet il-kuraġġ biex terġa' tipparteċipa fl-2009.[3]

Wara l-finali nazzjonali li saret fit-18 ta' Frar 2009, ġie magħżul il-grupp Stefane & 3G bil-kanzunetta fuq stil sebgħinijiet "We Don't Wanna Put In".[4] Madanakollu l-kanzunetta qajmet kontroversja kbira fuq il-lirika tagħha, li kienet tinkludi referenza politika persistenti lejn il-Prim Ministru Russu Vladimir Putin, liema stqarrija l-GPB ċaħdet.[5] L-EBU ma ħallietx lil din il-kanzunetta tikkompeti minħabba l-lirika tagħha, u staqsiet lill-GPB biex jew tbiddel il-lirika jew tintgħażel kanzunetta oħra. Il-GPB sostnew li ċ-ċaħda min-naħa tal-EBU kienet sforz il-pressjoni politika tar-Russja, u fil-11 ta' Marzu irtiraw definittivament mill-kompetizzjoni.[6]

Rappreżentanti

[immodifika | immodifika s-sors]
Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2007 Sopho Khalvashi Visionary Dream 12 97 8 123
2008 Diana Gurtskaya Peace Will Come 11 83 5 107
2010 Sopho Nizharadze Shine 9 136 3 106
2011 Eldrine One More Day 9 110 6 74
2012 Anri Jokhadze I'm A Joker X X 14 36
2013 Nodi Tatishvili & Sophie Gelovani Waterfall

Il-Ġeorġja rċiviet l-aktar punti minn (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1 Bandiera tal-Litwanja Litwanja 17
2 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna 16
3 Bandiera tal-Armenja Armenja 15
4 Bandiera tal-Latvja Latvja 14
= Bandiera tar-Russja Russja 14
5 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja 12

Il-Ġeorġja tat l-aktar punti lil (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1 Bandiera tal-Armenja Armenja 24
2 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna 20
3 Bandiera tar-Russja Russja 15
4 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja 8
= Bandiera tal-Greċja Greċja 8
= Bandiera tat-Turkija Turkija 8
5 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan 7
  1. ^ Economou, Thanasis (2008-08-11). "Georgian participation in Eurovision 2009 now questioned" (bl-Ingliż). Oikotimes. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-06. Miġbur 2008-08-11.
  2. ^ van Tongeren, Mario (2008-08-28). "GPB officially withdraws from Eurovision 2009" (bl-Ingliż). Oikotimes. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-06. Miġbur 2008-08-28.
  3. ^ Floras, Stella (2008-12-19). "Georgia returns to the Eurovision Song Contest" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2008-12-19.
  4. ^ Marcus, Klier (2009-02-18). "Georgia: Stephane & 3G to Eurovision" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2009-02-18.
  5. ^ Lewis, Daniel (2009-03-10). "Georgian Eurovision entry sparks news frenzy" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2009-03-10.
  6. ^ "Georgia drops out of Eurovision over Putin song" (bl-Ingliż). 2009-03-11. Miġbur 2009-03-11.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]