FIFA Puskás Award
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-FIFA Puskás Award huwa unur li ġie stabbilit fl-20 ta' Ottubru 2009 mill-FIFA (Fédération Internationale de Football Association) fuq rikjesta tal-President Sepp Blatter li jingħata lill-plejer li jkun skorja l-isbaħ gowl tas-sena.
L-unur huwa b'ġieħ Ferenc Puskás, kaptan tat-tim nazzjonali Ungeriż fis-snin ħamsin u protagonista tas-suċċessi mar-Real Madrid fis-snin sittin. Puskás huwa kkunsidrat minn ħafna bħala wieħed mill-aktar attakkanti b'saħħithom u prolifiċi li l-futbol Ewropew qatt ipproduċa, u skorja 84 gowl f'85 logħba internazzjonali. Hu kien wieħed mill-aqwa skorers tas-seklu 20 b'512-il gowl f'528 logħba.
L-ewwel serata saret fil-21 ta' Diċembru 2009 fl-Iżvizzera, bil-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo joħroġ rebbieħ.
Kriterji [editja]
- Il-bellezza tal-gowl (kriterju suġġettiv — xutt mid-distanza, azzjoni tat-tim, gowl akrobatiku, gowl individwali, etċ.)
- L-importanza tal-partita (kriterju oġġettiv — limitat għal timijiet internazzjonali "A", kompetizzjonijiet kontinentali u kampjonati tal-ogħla diviżjoni).
- Il-gowl m'għandux ikun frott ta' fortuna, żbalji jew devjazzjoni ta' sieħeb jew l-avversarju.
- Il-gowl għandu jsostni l-fair play, jiġifieri, il-plejer ma kellux iġib ruħu ħażin fil-logħba jew ikun instab akkużat b'doping.
Rebbieħa [editja]
| Sena | Poż. | Plejer | Tim | Avversarju | Riżultat | Kompetizzjoni | Persentaġġ |
|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 2009 | |||||||
| 1 | 0–1 | Kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League 2008–09 | 17.68% | ||||
| 2 | 1–1 | Semifinali tal-UEFA Champions League 2008–09 | 15.64% | ||||
| 3 | 5–1 | Fußball-Bundesliga 2008–09 | 13.39% | ||||
| 2010 | |||||||
| 1 | 0–2 | Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012 - Grupp A | 40.55% | ||||
| 2 | 2–0 | Superettan 2010 | 13.23% | ||||
| 3 | 1–0 | Semifinali tat-Tazza tad-Dinja 2010 | 10.61% | ||||
| 2011 | |||||||
| 1 | 4–5 | Campeonato Brasileiro Série A 2011 | 17.68% | ||||
| 2 | 2–1 | Premier League 2010–11 | 15.64% | ||||
| 3 | 3–1 | Kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League 2010–11 | 13.39% |