Darron Gibson
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Darron Gibson |
||
| Informazzjoni personali | ||
|---|---|---|
| Isem sħiħ | Darron Thomas Daniel Gibson | |
| Twelid | 25 ta' Ottubru 1987 Derry |
|
| Pajjiż | ||
| Nazzjonalità | ||
| Tul | 1.83 m | |
| Rwol | Midfilder | |
| Informazzjoni fuq il-klabb | ||
| Klabb kurrenti | Manchester United | |
| Numru | 28 | |
| Klabbs ġovanili | ||
| ?–2004 2004–2005 |
Institute Manchester United |
|
| Klabbs professjonali | ||
| Snin | Klabb | Preż (Gwl)* |
| 2005– 2006–2007 2007–2008 |
Manchester United → Royal Antwerp (self) → Wolves (self) |
3 (1) 33 (1) 21 (1) |
| Tim nazzjonali | ||
| 2007– | Repubblika tal-Irlanda | 5 (0) |
|
* Preżenzi (Gowls) |
||
Darron Thomas Daniel Gibson (Derry, 25 ta' Ottubru 1987) hu plejer tal-futbol Irlandiż li attwalment jilgħab ma' Manchester United, wara li qatta' perjodi ma' Royal Antwerp u Wolves.
Werrej |
[editja] Karriera
Gibson ingħaqad ma' Manchester United fl-2004. Id-debutt mat-tim tal-kbar wasal fil-partita mil-League Cup kontra Barnet tas-26 ta' Ottubru 2005, fejn kien daħal bħala sostitut għal Lee Martin. Matul l-istaġun 2005–06 hu kien figura prominenti fit-tim tar-Riservi ta' Manchester United fejn għenhom jirbħu t-Tripletta. Hu għamel total ta' dsatax-il dehra, b'żewġ gowls. F'Mejju tal-2006 hu rebaħ l-Unur Jimmy Murphy bħala l-plejer żagħżugħ tas-sena u lagħab regularment għat-tim tal-kbar ta' United matul il-logħob tal-ħbiberija waqt l-istaġun tas-sajf.[1] Flimkien ma' Dong Fangzhuo, Jonny Evans, Fraizer Campbell u Danny Simpson, hu kien wieħed fost id-diversi plejers ta' United li qattgħu l-istaġun 2005–06 taħt self ma' Royal Antwerp. F'Ottubru tal-2007, hu ġie msellef għal darba oħra, din id-darba ma' Wolverhampton Wanderers.
Id-debutt fil-Premier League wasal fil-15 ta' Novembru 2008, fejn deher bħala sostitut fit-tieni taqsima tal-partita kontra Stoke City, qabel ma deher għall-ewwel darba fil-UEFA Champions League għaxart ijiem wara, bħala sostitut għal Darren Fletcher kontra Villarreal. Fl-4 ta' Jannar 2009, Gibson sab l-ewwel gowl tiegħu mal-klabb, bil-gowl ikun l-aħħar wieħed tar-rebħa ta' 3–0 fuq Southampton fit-Tielet Rawnd tal-FA Cup. Hu skorja ieħor fil-Ħames Rawnd tal-kompetizzjoni, fejn skorja t-tieni gowl ta' United fir-rebħa barra minn darhom ta' 4–1 kontra Derby County fil-15 ta' Frar 2009. Il-prestazzjoni tiegħu f'din il-partita ġiet regalata bl-unur tal-Plejer tal-Partita.
Fl-1 ta' Marzu 2009, Gibson beda f'nofs il-grawnd mal-veteran Paul Scholes kontra Tottenham Hotspur fil-finali tal-Football League 2009 f'Wembley Stadium, fejn lagħab id-90 minuta, qabel ma postu ħadu Ryan Giggs għall-bidu tal-ħin supplementari. United rebħu 4–1 bil-penalties, fejn din kienet it-tieni midalja għal Gibson wara dik tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs mirbuħa f'Diċembru 2008.[2]
L-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat wasal fl-24 ta' Mejju fl-aħħar partita tal-istaġun 2008–09 kontra Hull City. Minn fuq il-faxxa xellugija, Federico Macheda lagħblu ballun u Gibson minn tarf il-kaxxa xuttja xutt minn madwar 20 metru li baqa' dieħel ġox-xibka.[3]
[editja] Internazzjonali
Gibson kien fiċ-ċentru ta' disgwit bejn il-Federazzjoni tal-futbol Irlandiża u dik tal-Irlanda ta' Fuq fuq l-eliġibbilità ta' plejers li twieldu fl-Irlanda ta' Fuq biex jirrapreżentaw lir-Repubblika tal-Irlanda. Normalment, plejers li jkunu twieldu barra mit-territorju li jkunu jridu jirrapreżentaw iridu juru lill-FIFA li huma għandhom "konnessjoni" valida (atenati jew residenza) f'dak it-territorju. Madanakollu, l-unika pożizzjoni kostituzzjonaali tal-Irlanda ta' Fuq, skont kif inhu speċifikat fil-Qbil tal-Ġimgħa l-Kbira, iċ-ċittandinanza Irlandiża hi d-dritt ta' kull persuna mwieled fil-gżira tal-Irlanda jekk iridu dan, u b'riżultat t'hekk Gibson kien eleġibbli li jilgħab għar-Repubblika tal-Irlanda fuq livell internazzjonali.
Gibson għall-bidu rrapreżenta lill-Irlanda ta' Fuq fil-livell ta' taħt is-sittax-il sena u kien inkluż fl-iskwadri tal-Victory Shield. Madanakollu, hu ġie mwaqqa mit-tim wara li attenda xi provi ma' Manchester United u sussegwentament iddeċieda li jibda jilgħab għall-Irlanda. Wara li lagħab fil-livell ta' taħt is-sbatax, id-dsatax u l-għoxrin sena, hu kien ġie inkluż għal diversi drabi fl-iskwadra tar-Repubblika tal-Irlanda għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008,[4] qabel ma finalment iddebutta fir-rebħa ta' 4–0 kontra d-Danimarka. L-ewwel partita tiegħu mal-ewwel ħdax mat-tim nazzjonali waslet fir-rebħa ta' 1–0 kontra Ċipru fil-15 ta' Ottubrui 2008.
[editja] Unuri
[editja] Klabb
- League Cup: 2008–09
- Tazza tad-Dinja tal-Klabbs: 2008
[editja] Referenzi
- ^ Darron Gibson Manchester United FC
- ^ McNulty, Phil. Man Utd 0-0 Tottenham (aet) (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 01-03-2009 (Aċċessata nhar il-07-07-2009).
- ^ Hughes, Ian. Hull 0-1 Man Utd (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 24-05-2009 (Aċċessata nhar il-07-07-2009).
- ^ Gibson included in Republic squad (Ingliż), BBC Sport, 30-01-2007 (Aċċessata nhar il-25-06-2007).
[editja] Ħoloq esterni
- Statistika fuq Soccerbase.com
- Profil fuq ManUtd.com
|
|||||