Darren Fletcher
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Darren Fletcher | ||
| Informazzjoni personali | ||
|---|---|---|
| Isem sħiħ | Darren Barr Fletcher | |
| Twelid | 1 ta' Frar 1984 Edinburgu |
|
| Pajjiż | ||
| Tul | 1.84 m | |
| Rwol | Midfilder | |
| Informazzjoni fuq il-klabb | ||
| Klabb kurrenti | Manchester United | |
| Numru | 24 | |
| Klabbs ġovanili | ||
2000–2001 |
Tynecastle Boys Club Manchester United |
|
| Klabbs professjonali | ||
| Snin | Klabb | Preż (Gwl)* |
| 2001– | Manchester United | 133 (10) |
| Tim nazzjonali | ||
| 2003– | Skozja | 42 (4) |
|
Aġġornament: 17:42, 17 Ġunju 2009 (UTC) |
||
Darren Barr Fletcher (Edinburgu, 1 ta' Frar 1984) hu plejer tal-futbol Skoċċiż li attwalment jilgħab mat-tim tal-Premier League Manchester United u hu l-viċi-kaptan tat-tim nazzjonali Skoċċiż.
Werrej |
[editja] Karriera
Fletcher ingħaqad ma' Manchester United f'Lulju tas-sena 2000 u ffirma l-ewwel kuntratt professjonali fi Frar tal-2001. Għall-bidu kien jilgħab fuq in-naħa leminija ta' nofs il-grawnd fl-istess pożizzjoni ta' David Beckham, u ħafna kienu dawk li raw li l-opportunitajiet ta' Fletcher mal-ewwel tim kienu se jiżdiedu u li se se jinfiltra faċilment mal-ewwel tim faċilment u jibqa' hemmhekk għal ħafna snin.[1] L-ewwel ftit staġuni mal-klabb, però, kienu deludenti fejn qatta' numru ta' żmien barra minħabba uġigħ li sofra, waqt li sadanittant beda jiżviluppa aktar bħala midfilder ċentrali.
Kien fl-istaġun 2003–04 li Fletcher żblokka mat-tim ta' Manchester United, fejn lagħab numru ta' partiti importanti, fost l-oħrajn fil-finali tal-FA Cup kontra Millwall f'Mejju tal-2004.[2]
Minkejja numru żgħir ta' dehriet kompetittivi fil-bidu tal-kampanja 2004–05, għal darb'oħra Fletcher sab ruħu mill-ġdid fiss mal-ewwel tim. Fl-1 ta' Jannar 2005, Fletcher skorja l-ewwel gowl tiegħu fuq livell ta' klabb, fir-rebħa ta' 2–0 fuq Middlesbrough.
Fletcher kien wieħed mill-plejers li ġew ikkritikati mill-kaptan tal-klabb Roy Keane wara t-telfa imbarazzanti ta' 4–1 li United sofrew kontra Middlesbrough f'Ottubru tal-2005[3] Fletcher irrisponda għal din il-kritika permezz ta' prestazzjoni tajba fil-partita vitali tal-kampjonat kontra Chelsea, fejn skorja l-unika gowl tal-konfront permezz ta' daqqa ta' ras. Dan il-gowl temm l-erbgħin logħba ta' imbattibilità li Chelsea għamlu fil-Premier League.
Fl-istaġun 2006–07, hu baqa' l-ewwel għażla mal-ewwel tim fil-bidu tal-istaġun u skorja fir-rebħa barra minn darhom kontra Charlton Athletic, kif ukoll gowl b'daqqa ta' ras kontra Middlesbrough f'Diċembru u gowl ieħor bir-ras kontra Charlton fi Frar, biex b'hekk skorja darbtejn kontra dan il-klabb f'dan l-istaġun. Hekk kif l-istaġun kompla, Alex Ferguson ipprefera il-kwartet ta' nofs il-grawnd ta' Cristiano Ronaldo, Paul Scholes, Michael Carrick u Ryan Giggs, fejn illimita lil Fletcher għal apparenzi bħala sostitut. Però, minħabba s-sospensjoni ta' Paul Scholes, hu beda mal-ewwel tim fir-rebħa kbira ta' 7–1 ta' United kontra Roma fil-kwarti tal-finali taċ-Champions League.
Fl-istaġun 2007–08, bil-wasla ta' Owen Hargreaves, Anderson u Nani li kollha jkopru l-irwol ta' nofs il-grawnd, Fletcher sabha bi tqila biex jilgħab iktar mill-istaġun preċedenti, u kien hemm għajdut li seta' jħalli lill-klabb minħabba li ma kienx qed jilgħab biżżejjed. Fil-fatt, bħall-qabel, Ferguson baqa' jippreferi lil Carrick, Scholes, Giggs u Ronaldo f'nofs il-grawnd, u hu wkoll lagħab inqas mill-plejers il-ġodda.
Fi Frar tal-2008, Fletcher beda mal-ewwel ħdax fil-partita kontra Arsenal, fil-ħames rawnd tal-FA Cup, fejn hu skorja darbtejn biex United eliminaw lil Arsenal mill-kompetizzjoni. Fl-istaġun il-ġdid 2008–09, hu skorja kontra Newcastle United fil-partita tal-ftuħ tal-kampjonat biex kiseb pari importanti ta' 1–1 għal United. Fletcher skorja t-tieni gowl tiegħu fil-partita suċċessiva kontra Portsmouth. Dan il-gowl kien il-gowl tar-rebħa għal Manchester United. Fit-3 ta' Ottubru 2008, Fletcher iffirma estenzjoni tal-kuntratt ma' United, fejn b'hekk se jżommu mal-klabb sal-2012.[4] It-tielet gowl tal-istaġun wasal kontra Everton fil-25 ta' Ottubru, waqt li fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2008 daħal bħala sostitut fis-semifinali kontra Gamba Osaka u skorja r-raba' gowl fir-rebħa ta' 5–3. Fit-tieni leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League kontra l-Arsenal ta' nhar il-5 ta' Mejju 2009, Fletcher ġie muri l-karta l-ħamra u b'hekk se jitlef il-finali tal-kompetizzjoni. Minkejja li m'hemm l-ebda proċedura biex wieħed jappella għal karti ħomor fiċ-Champions League,[5] Manchester United bagħtu nhar is-7 ta' Mejju 2009, appell lill-UEFA biex il-karta l-ħamra tiġi mneħħija,[6] liema appell ġie sussegwentament miċħud mill-UEFA.[7]
[editja] Internazzjonali
Fletcher stabilixxa ruħu bħala plejer regulari mat-tim Skoċċiż u l-ewwel gowl nazzjonali wasal fi-rrebħa ta' 1–0 kontra l-Litwanja wara li kien għadu kif daħal bħala sostitut waqt it-tieni apparenza tiegħu. Fis-26 ta' Mejju 2004, hu kien kaptan tal-Iskozja fir-rebħa ta' 1–0 waqt logħba ta' ħbiberija kontra l-Estonja f'Tallinn. Din għamlitu l-iżgħar kaptan tal-Iskozja minn meta John Lambie ta' Queen's Park mexxa lit-tim li rebaħ lill-Irlanda 7–2 fl-20 ta' Marzu 1886. Lambie kien biss 17-il sena u 92 ġurnata.[8]
Il-progress ta' Fletcher mat-tim nazzjonali kien immarkat permezz ta' gowl f'Ottubru tal-2005 minn 25 metru fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Islovenja. Fletcher hu preżentament il-viċi-kaptan tal-Iskozja, fejn jieħu post tal-kaptan regulari Barry Ferguson meta jkun assenti. Hu kien kaptan tat-tim għal tliet darbiet.
[editja] Unuri
[editja] Klabb
- Premier League: 2006–07, 2007–08
- FA Cup: 2003–04
- League Cup: 2006
- Community Shield: 2007
- UEFA Champions League: 2007–08
- Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs: 2008
[editja] Nazzjonal
- Kirin Cup: 2006
[editja] Referenzi
- ↑ Fletcher is ready to fill Beckham's boots (Ingliż), ESPN Soccernet, 27-07-2000.
- ↑ Man Utd win FA Cup (Ingliż), BBC, 22-05-2004.
- ↑ Keane gagged by United after TV attack on players (Ingliż), Guardian, 01-11-2005.
- ↑ Scholes & Fletcher sign new deals (Ingliż). BBC Sports (03-10-2008). Aċċessata nhar il-27-10-2008.
- ↑ UEFA rule out reprieve for heart-broken Fletcher (Ingliż), TimesOfMalta.com, 07-05-2009 (Aċċessata nhar il-07-05-2009).
- ↑ United Lodge Fletcher Appeal (Ingliż), Sky Sports, 07-05-2009 (Aċċessata nhar il-07-05-2009).
- ↑ Fletcher appeal rejected (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 11-05-2009 (Aċċessata nhar il-11-05-2009).
- ↑ Sat 20 Mar 1886 Ireland 2 Scotland 7 (Ingliż). Aċċessata nhar il-27-11-2006.
[editja] Ħoloq esterni
- Statistika fuq Soccerbase.com
- Profil fuq scottishfa.co.uk
- Profil fuq ManUtd.com
|
|||||

