Jonny Evans
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Jonny Evans |
||
| Informazzjoni personali | ||
|---|---|---|
| Isem sħiħ | Jonathan Grant Evans | |
| Twelid | 2 ta' Jannar 1988 Belfast |
|
| Pajjiż | ||
| Tul | 1.88 m | |
| Rwol | Difensur | |
| Informazzjoni fuq il-klabb | ||
| Klabb kurrenti | Manchester United | |
| Numru | 23 | |
| Klabbs ġovanili | ||
| 2004–2006 | Manchester United | |
| Klabbs professjonali | ||
| Snin | Klabb | Preż (Gwl)* |
| 2006– 2006 2007 2008 |
Manchester United → Royal Antwerp (self) → Sunderland (self) → Sunderland (self) |
17 (0) 14 (2) 18 (1) 15 (0) |
| Tim nazzjonali | ||
| 2006– | Irlanda ta' Fuq | 16 (1) |
|
Aġġornament: 06:40, 25 Ġunju 2009 (UTC) |
||
Jonathan Grant Evans (Belfast, 2 ta' Jannar 1988) hu plejer tal-futbol mill-Irlanda ta' Fuq li attwalment jilgħab mat-tim Ingliż ta' Manchester United.
Werrej |
[editja] Karriera
Evans beda l-karriera tiegħu ma' Greenisland FC, fejn fis-sajf tal-2006 ingħaqad mat-tim ta' United. Suċċessivament mar taħt self ma' Royal Antwerp u ma' Sunderland, qabel ma reġa' ngħaqad ma' Manchester United fis-sajf tal-2007. Evans iddebutta mal-ewwel tim ta' Manchester United fil-League Cup 2007–08 u lagħab ukoll fil-UEFA Champions League. Madanakollu, f'Jannar tal-2008, intbagħat għal darb'oħra taħt self lit-tim ta' Sunderland biex jakkwista aktar esperjenza. Lura lejn Manchester, Evans għamel id-debutt fil-kampjonat Ingliż fil-21 ta' Settembru 2008 fil-partita kontra Chelsea, meta ħa post is-Serb Nemanja Vidić li kien sospiż. Il-partita spiċċat 1–1.[1] F'Diċembru 2008, Evans għamel żewġ preżenzi bħala sostitut bil-flokk ta' United fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, fosthom fil-finali fejn daħal ftit wara l-bidu tat-tieni taqsima wara t-tkeċċija ta' Nemanja Vidić. Evans kompla jżid fil-preżenzi fil-kampjonat u fil-finali tal-League Cup.
Fuq il-lat internazzjonali, minkejja li kien għadu ma deherx f'ebda partita mat-tim ta' Manchester United, Evans ġie msejjaħ fl-iskwadra tal-Irlanda ta' Fuq għall-ewwel darba f'Settembru tal-2006, fejn iddebutta fir-rebħa memorabbli ta' 3–2 fuq Spanja.[2] Minn dakinhar, Evans żamm post regulari fl-iskwadra.
[editja] Statistika tal-karriera
| Klabb | Staġun | Kampjonat | FA Cup | League Cup | Ewropa | Oħrajn[3] | Total | ||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | ||
| Manchester United | 2006–07 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |
| Royal Antwerp | 2006–07 | 11 | 2 | 3 | 0 | – | 0 | 0 | 0 | 0 | 14 | 2 | |
| Sunderland (self) | 2006–07 | 18 | 1 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 19 | 1 |
| Manchester United | 2007–08 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 3 | 0 |
| Sunderland (self) | 2007–08 | 15 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 16 | 0 |
| Manchester United | 2008–09 | 17 | 0 | 3 | 0 | 5 | 0 | 7 | 0 | 2 | 0 | 34 | 0 |
| Total | 17 | 0 | 3 | 0 | 6 | 0 | 9 | 0 | 2 | 0 | 37 | 0 | |
| Total tal-karriera | 61 | 3 | 8 | 0 | 6 | 0 | 9 | 0 | 2 | 0 | 86 | 3 | |
Korretti sas-27 ta' Mejju 2009[4]
[editja] Unuri
[editja] Klabb
- Football League Championship: 2006–07
- Premier League: 2008–09
- League Cup: 2008–09
- Tazza tad-Dinja tal-Klabbs: 2008
[editja] Referenzi
- ^ McNulty, Phil (21-09-2008). Chelsea 1-1 Man Utd (Ingliż). BBC Sport. Aċċessata nhar il-02-12-2008.
- ^ Northern Ireland 3-2 Spain (Ingliż), BBC Sport, 06-09-2006 (Aċċessata nhar il-19-12-2007).
- ^ Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħra, fosthom l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs
- ^ Jonny Evans (Ingliż). StretfordEnd.co.uk. Aċċessata nhar il-26-06-2009.
[editja] Ħoloq esterni
- Statistika fuq Soccerbase.com
- Profil fuq ManUtd.com
- Profil fuq irishfa.com
|
|||||