Danny Simpson

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Danny Simpson Football pictogram.svg
Danny Simpson (1).jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Daniel Peter Simpson
Twelid 4 ta' Jannar 1987 (1987-01-04) (età 22)
Salford
Pajjiż Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra
Tul 1.75 m
Rwol Difensur lemini
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 25
Klabbs ġovanili
2003–2006 Manchester United
Klabbs professjonali
Snin Klabb Preż (Gwl)*
2006–
2006
2006–2007
2007
2008
2008–2009
Manchester United
Royal Antwerp (self)
Royal Antwerp (self)
Sunderland (self)
Ipswich Town (self)
Blackburn Rovers (self)
03 (0)
14 (0)
16 (1)
14 (0)
08 (0)
12 (0)   

* Preżenzi (Gowls)

Daniel Peter "Danny" Simpson (Salford, 4 ta' Jannar 1987) hu plejer tal-futbol Ingliż li attwalment jilgħab bħala difensur lemini mat-tim ta' Manchester United. Prodott tal-akkademja ta' Manchester United, Simpson lagħab ukoll għal Sunderland, Ipswich Town u Blackburn Rovers fl-Ingilterra, u ma' Royal Antwerp ġewwa l-Belġju.

Werrej

[editja] Karriera

Imwieled f'Salford, Greater Manchester, Simpson lagħab għal Parkwydnn JFC f'Eccles bħala tfajjel qabel ma ngħaqad ma' Manchester United. Hu hu prodott tas-sistema ġovanili ta' Manchester United, fejn tela' minn qabel il-ħafna livelli ta' futbol sakemm ingħaqad mal-iskwadra tar-riservi fl-2005.

Simpson iddebutta kontra t-tim mill-Afrika t'Isfel Kaizer Chiefs, fit-18 ta' Lulju 2006, partita li r-Reds rebħuha 1–0.[1] Simpson qatta' l-ewwel nofs tal-istaġun 2006–07 taħt self mal-klabb Olandiż ta' Royal Antwerp u rritorna lejn Manchester United f'Jannar tal-2007.[2] Suċċessivament, flimkien ma' sieħbu Jonny Evans, Simpson ġie msellef lill-klabb ta' Sunderland.[3]

Simpson iffirma kuntratt ġdid ma' Manchester United f'Settembru tal-2007 li se jżommu mal-klabb sal-2010.[4] Id-debutt kompetittiv tiegħu għal United wasal fis-26 ta' Settembru 2007 fit-telfa ta' 2–0 kontra Coventry City fil-Carling Cup,[5] waqt li nhar is-6 ta' Ottubru 2007 wasal id-debutt fil-kampjonat Ingliż meta daħal fit-30 minuta għall-imweġġa' John O'Shea kontra Wigan Athletic. Kien hu li qassam għall-gowl ta' Wayne Rooney, li ssiġilla r-rebħa ta' 4–0.[6] Fl-Ewropa, l-ewwel apparenza tiegħu waslet fit-23 ta' Ottubru 2007, meta daħal bħala sostitut fit-80 minuta għal Ryan Giggs kontra Dynamo Kyiv.[7]

Nhar il-21 ta' Marzu 2008, Simpson iffirma qbil ta' self ma' Ipswich Town. B'Gary Neville qrib li jirritorna lura fl-iskwadra, il-kowċ ta' United Alex Ferguson iddeċieda li kien fl-aħjar ta' Simpson li jikseb aktar opportunitajiet mal-ewwel tim, xi ħaġa aktarx diffiċli f'Old Trafford b'Gary Neville u Wes Brown quddiem Simpson fl-għażla tal-iskwadra.[8]

Fl-4 ta' Awwissu 2008, Simpson ingħaqad ma' Blackburn Rovers għal perjodu ta' sena taħt self.[9] Simpson iddebutta ma' Blackburn fis-27 ta' Awwissu 2008, fit-Tieni Rawnd tal-Carling Cup kontra Grimsby Town.[10] Id-debutt tiegħu fil-Premier League wasal tliet ġimgħat wara, fit-13 ta' Settembru 2008, fit-telfa ġewwa darhom ta' 4–0 kontra Arsenal.[11]

[editja] Unuri

[editja] Klabb

Bandiera tal-Ingilterra Sunderland

[editja] Referenzi

  1. ^ Kaizer Chiefs 0-1 Man Utd (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 18-07-2006 (Aċċessata nhar il-10-11-2008).
  2. ^ Bartram, Steve. Youngsters join Antwerp (Ingliż), ManUtd.com, Manchester United, 18-08-2006 (Aċċessata nhar il-10-11-2008).
  3. ^ Sunderland sign Simpson on loan (Ingliż), British Broadcasting Corporation, 25-01-2007 (Aċċessata nhar il-10-11-2008).
  4. ^ Man Utd hand new deal to Simpson (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 05-09-2007 (Aċċessata nhar il-10-11-2008).
  5. ^ Man Utd 0-2 Coventry (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 26-09-2007 (Aċċessata nhar il-10-11-2008).
  6. ^ Sinnott, John. Man Utd 4-0 Wigan (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 06-10-2007 (Aċċessata nhar il-06-10-2007).
  7. ^ Chowdhury, Saj. Dynamo Kiev 2-4 Man Utd (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 23-10-2007 (Aċċessata nhar il-10-11-2008).
  8. ^ Bostock, Adam. Simpson out as Nev nears return (Ingliż), ManUtd.com, Manchester United, 21-03-2008 (Aċċessata nhar il-21-03-2008).
  9. ^ Bartram, Steve. Simmo joins Rovers on loan (Ingliż), ManUtd.com, Manchester United, 04-09-2008 (Aċċessata nhar il-04-09-2008).
  10. ^ Blackburn 4-1 Grimsby (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 27-08-2008 (Aċċessata nhar il-28-08-2008).
  11. ^ Lyon, Sam. Blackburn 0-4 Arsenal (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 13-09-2008 (Aċċessata nhar il-13-09-2008).

[editja] Ħoloq esterni

Commons-logo.svg
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali relatati ma':