John O'Shea

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Għal nies oħra bl-isem ta' John O'Shea, ara John O'Shea (diżambigwazzjoni).
John O'Shea
CIMG2475.JPG
Informazzjoni personali
Isem sħiħ John Francis O'Shea
Twelid 30 ta' April 1981 (1981-04-30) (età 28)
Waterford
Pajjiż Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda
Tul 1.91 m
Rwol Difensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 22
Klabbs ġovanili
Manchester United
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż (Gwls)
1999– Manchester United 232 (10)
2000 Bournemouth (self) 10 (1)
2001 Royal Antwerp (self) 14 (0)
Tim nazzjonali
2001– Irlanda 58 (1)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
† Preżenzi (Gowls).
Aġġornament: 07:54, 18 Ġunju 2009 (UTC)

John Francis O'Shea (Waterford, 30 ta' April 1981) hu plejer tal-futbol li kurrentament jilgħab ma' Manchester United.

Werrej

[editja] Karriera

O'Shea, wara li kompla l-iskola f'Waterfod u tejjeb it-teknika tiegħu fil-futbol mal-klabbs lokali ta' Ferrybank AFC u Bohemians, hu mar lejn Manchester biex ingħaqad ma' Manchester United wara li qatta' sjuf jivvjaġġa għall-Ingilterra bil-ferrovija mal-akkademja. Hu ffirma kuntratt professjonali f'età ta' 17-il sena, u d-debutt professjonali kien fis-sena 1999 kontra Aston Villa f'Villa Park. Wara self mat-timijiet ta' Bournemouth u Royal Antwerp, hu rritorna Manchester biex jibda' jkun plejer mal-ewwel tim għall-istaġun 2002–03, fejn wera il-versatilità ta' logħob fosthom fin-naħa leminija, xellugija u dik ċentrali tad-difiża u anki fil-pożizzjoni ċentrali ta' nofs il-grawnd matul l-istaġun tas-suċċess fil-kampanja tal-Premiership 2002–03.

John O'Shea kiseb l-ewwel apparenza mat-tim nazzjonali Irlandiż fil-15 ta' Awissu 2001 meta daħal bħala sostitut fl-84 minuta kontra l-Kroazja. Id-debutt kien wieħed diżappuntanti minħabba li rregala penalty fil-ħin miżjud, li rriżulta bl-Irlanda titlef il-vantaġġ u l-partita tispiċċa 2–2.

Fl-istaġun 2004–05 ma tantx wera l-aqwa forma tiegħu u kien hemm għajdut li l-Irlandiż seta' jitlaq minn Manchester, b'Newcastle United u Liverpool kienu fost l-interessati. Waħda minn fost il-ftit okkażjonijiet denji ta' nota għal dak l-istaġun kemmxejn diżappuntanti ta' United kienet ir-rebħa barra minn darhom ta' 4–2 fuq Arsenal, fejn O'Shea skorja r-raba' gowl meta qabbeż fuq il-gowler ta' Arsenal Manuel Almunia minn tarf il-kaxxa.

Iż-żmien barra mil-logħob ta' Gary Neville, taw lil O'Shea aktar opportunitajiet mal-ewwel tim fl-istaġun 2005–06. Hu kien ikkritikat għall-prestazzjonijiet negattivi, u kien ġie rappurtat li kien wieħed mill-plejers li kienu ġew ikkritikati mill-veteran ta' United, Roy Keane, f'intervista kontroversjali fuq l-istazzjon televiż tal-klabb MUTV.

Fl-4 ta' Fra 2007, waqt il-logħba tal-kampjonat kontra Tottenham Hotspur, O'Shea ħa post Edwin van der Sar bejn il-lasti hekk kif van der Sar kellu joħroġ barra mill-grawnd minħabba li kien kiser imnieħru, u Manchester United kienu diġà wżaw it-tliet sostituzzjonijiet kollha. Matul dan il-ħin hu rnexxielu jopponi lill-kompatrijott oppost, Robbie Keane, milli jiskorja b'salvataġġ bi ftit minuti mit-tmiem. Wara dan l-inċident, il-partitarji ta' United kantaw fuq it-tribuni tal-istadju "Ireland's number one" ("L-ewwel wieħed tal-Irlanda") ad unur ta' O'Shea.

Xahar wara hu rebaħ bil-kbir fuq il-benjamini ta' United wara li skorja gowl fil-ħin miżjud kontra r-rivali eterni Liverpool f'Anfield fil-kampjonat, wara li kien daħal bħala sostitut għal Wayne Rooney. Dan il-gowl kien importanti għal United fi triqithom biex jiksbu t-trofew tal-Premiership għall-istaġun 2006–07. Hu wkoll salva lit-tim kontra Everton fl-aħħar partita tal-istaġun meta l-gowler ta' Everton Iain Turner ma kkontrollax il-ballun minn corner ta' Ryan Giggs, u hu tefa' l-ballun fix-xibka. United ħarġu 4–2 rebbieħa. Dan kien gowl aktar deċiżiv, hekk kif Bolton kienu qegħdin pari ma' Chelsea fl-istess ħin u telfa kien jerġa' jitfa' lil Chelsea fit-tellieqa għar-rebħ tat-titlu.[1]

Matul l-istaġun 2007–08, Manchester United użaw lil O'Shea bħala attakkant ta' emerġenza minħabba problemi ta' plejers barra minħabba li kienu mweġġa. L-użu tiegħu bħala attakkant tatu d-distinzjoni li lagħab f'kull pożizzjoni għal Manchester United.

Fit-23 ta' Novembru 2007, John O'Shea estenda l-kuntratt ma' Manchester United, li b'hekk se jżommu mal-klabb sal-2012. O'Shea ingħata l-faxxa ta' kaptan għall-ewwel darba, fit-telfa li Manchester United sofrew kontra Coventry City fir-raba' rawnd tal-League Cup bl-iskor ta' 2–0 biż-żewġ gowls jaslu min-nazzjonali Malti Michael Mifsud.

Matul l-istaġun 2008–09, O'Shea sar regulari fi ħdan it-tim, fejn kien is-sostitut ideali għal Wes Brown u Gary Neville, li t-tnejn kienu mweġġgħin. O'Shea beda l-finali tal-League Cup 2009, qabel ma' Nemanja Vidić ħadlu post fis-76 minuta, b'United joħorġu 4–1 rebbieħa bil-penalties. Fid-29 ta' April 2009, O'Shea skorja l-ewwel gowl tal-partita mill-ewwel leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League kontra Arsenal, li ħejja t-triq għall-progress għall-finali, wara skor aggregat ta' 4–1 wara t-tieni leg. Fil-finali tal-istess kompetizzjoni, O'Shea lagħab id-disgħin minuta fil-konfront kontra Barcelona, li rriżultat f'telfa ta' 2–0 għat-tim Ingliż.[2]

O'Shea libes il-faxxa ta' kaptan għall-ewwel darba fl-ewwel partita tal-istaġun 2009–10 kontra Birmingham City, waqt li ċċelebra t-350 logħba tiegħu bil-flokk tal-United kontra Stoke City fid-29 ta' Settembru 2009, bl-ewwel gowl tiegħu f'iktar minn sentejn.[3]

[editja] Unuri

[editja] Klabb

Bandiera tal-Ingilterra Manchester United

[editja] Referenzi

  1. ^ BBC Sport: Everton 2-4 Manchester United
  2. ^ BBC Sport: O'Shea picked to start Euro final
  3. ^ Caroline Cheese (26-09-2009). Saturday football as it happened (Ingliż). BBC Sport. Aċċessata nhar il-26-09-2009.

[editja] Ħoloq esterni