Gary Neville

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Gary Neville Football pictogram.svg
Gary Neville crop.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Gary Neville
Twelid 18 ta' Frar 1975 (1975-02-18) (età 34)
Bury
Pajjiż Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra
Tul 1.80 m
Rwol Difensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 2
Klabbs ġovanili
1991–1992 Manchester United
Klabbs professjonali
Snin Klabb Preż (Gwl)*
1992– Manchester United 380 (5)   
Tim nazzjonali
1995– Ingilterra 085 (0)

Aġġornament: 16:46, 24 Mejju 2009 (UTC)
* Preżenzi (Gowls)

Gary Neville (Bury, 18 ta' Frar 1975) hu plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab bħala difensur lemini. Neville beda l-karriera tiegħu mat-tim minn Old Trafford, Manchester United, fejn għadu parti minn dan il-klabb. Id-debutt internazzjonali wasal fl-1995 u għal aktar minn għaxar snin hu kien l-ewwel għażla fuq il-faxxa leminija tad-difiża għall-klabb u anki għall-pajjiż.

Hu għandu ħuh, Phil Neville, li jilgħab mat-tim ta' Everton fil-Premier League, wara li qatta' mill-1993 sal-2005 mat-tim ta' Manchester United.

Werrej

[editja] Karriera

Gary Neville iddebutta mat-tim ta' United f'Settembru 1992 kontra Torpedo Moscow fit-Tazza UEFA. Gary kien parti minn skwadra fenomenali tas-snin disgħin ta' Alex Ferguson li kienet orjentata minn żgħażagħ fosthom ħuh Phil, Ryan Giggs, David Beckham, Nicky Butt u Paul Scholes. Fl-1999 sar figura regulari mal-ewwel tim u baqa' jżomm dan il-post sa issa. Fis-sajf tal-2004 Neville iffirma kuntratt ieħor ta' erba' snin.

F'Diċembru tal-2005, Gary inħatar il-kaptan il-ġdid ta' Manchester United, wara t-tluq ta' Roy Keane.

F'Jannar tal-2006, l-azzjonijiet tiegħu kienu suġġett għal kontroversja bejn il-partitarji ta' Manchester United u dawk ta' Liverpool, avversarju storiku tar-"Red Devils". Wara l-gowl ta' Rio Ferdinand fid-90 minuta, Neville mar jiċċelebra taħt is-settur tal-benjamini ta' Liverpool li kienu f'Old Trafford. Dawn l-azzjonijiet kienu kkritikati mill-plejer ta' Liverpool Jamie Carragher, sezzjonijiet tal-istampa, u anki mill-pulizija li tawh it-tort talli ħoloq disturb bejn il-partitarji fil-logħba. Hu kien sussegwentament immultat mill-Football Association. Neville ikkontesta din id-deċiżjoni, però kien xorta immultat £5,000 u mwiddeb fuq il-kondotta tal-futur.

Sa issa, Gary Neville rebaħ seba' titli tal-Premiership, tliet FA Cups, żewġ Tazzi taċ-Ċampjins u League Cup, fejn din tal-aħħar kien l-ewwel trofew bħala kaptan.

Neville irkupra minn uġigħ li sofra kontra Bolton Wanderers f'Marzu tal-2007 u fl-ewwel partita lura, f'logħba tar-riservi kontra Everton f'Jannar tal-2008, hu skorja gowl rari fil-21 minuta biex għen lil Manchester United jakkwistaw pari ta' 2-2.[1]

Fid-9 ta' April 2008, Nevilla għamel ir-ritorn tant mistenni kontra AS Roma fit-tieni leg tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League f'Old Trafford meta ssostitwixxa lil Anderson. Neville kien milqugħ lura fil-grawnd permezz ta' ovazzjoni kbira mill-benjamini, u mal-ewwel ingħata l-faxxa tal-kaptan. Din kienet id-99 apparenza ta' Neville fiċ-Champions League.

Neville beda l-ewwel partita fi sbatax-il xahar meta mexxa lil Manchester United għar-rebħ tal-FA Community Shield kontra Portsmourth, fl-10 ta' Awwissu 2008. Fil-21 ta' Settembru 2008, Neville beda l-ewwel partita tiegħu fil-kampjonat għal madwar tmintax-il xahar meta lagħab kontra Chelsea. F'Ġunju tal-2009 estenda l-kuntratt li se jżommu mal-klabb sal-2013.[2]

[editja] Internazzjonali

Gary Neville għamel id-debutt mat-tim nazzjonali Ingliż fl-1995, fejn kien issostitwixxa lil Terry Venables f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Ġappun. Hu kien id-difensur lemini regulari tat-tim nazzjonali, fejn lagħab għal ħames kowċis differenti. Hu kien l-uniku plejer 'il fuq minn 30 sena li kien magħżul fl-ewwel tim ta' Steve McClaren fl-2006, bl-omissjoni ta' David Beckham, David James u Sol Campbell (minkejja li dawn kienu msejjħin wara).

Neville hu kkunsidrat bħala kandidat tajjeb, jekk ma jkunx imweġġa', li jilħaq il-100 preżenza fin-nazzjonali, jew inkella jsir l-aktar difensur lemini li għamel preżenzi, fejn bħallisa qed jaqsam ir-rekord ma' Kenny Sansom bi kwota 85 apparenza.

Minn Marzu 2007 wara li Neville kien weġġa', is-sostitut tiegħu kien iż-żagħżugħ Micah Richards. Fl-1996 kien il-plejer l-iktar żagħżugħ li pparteċipa fil-Kampjonati Ewropej 1996, fejn lagħab fil-partiti kollha minbarra s-semi-finali minħabba skwalifikazzjoni. Ħa sehem anki fit-Tazza tad-Dinja 1998 u anki fil-Kampjonati Ewropej 2000. Ix-xewqat li jilgħab fit-Tazza tad-Dinja 2002 sfumaw hekk kif kiser saqajh, imma hu mal-ewwel irritorna lura fl-iskwadra u kien regulari anki waqt il-Kampjonati Ewropej 2004.

Neville tilef l-aħħar stadji ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2006 minħabba uġigħ. Hu rritorna mat-tim Ingliż f'Marzu 2006 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Urugwaj.

Kif kien mistenni, Neville kien magħżul għal mal-iskwadra Ingliża għat-Tazza tad-Dinja 2006. Hu lagħab fin-naħa leminija tad-difiża fil-partita ta' ftuħ ta' Grupp B kontra l-Paragwaj. Madanakollu, Neville weġġa' l-parti ta' wara ta' saqajh taħt l-irkoppa waqt taħriġ filgħaxija qabel it-tieni logħba tat-tim kontra t-Trinidad u Tobago. Hu kien imġiegħel jitlef il-logħba, l-aħħar partita tal-fażi tal-grupp kontra l-Iżvezja u l-logħba kontra l-Ekwador fir-rawnd tal-aħħar sittax.

Wara l-eliminazzjoni kontra l-Portugall Gary Neville iddeċieda li jkompli l-avventura mat-tim nazzjonali. Kien anki kandidat biex jakkwista l-faxxa ta' kaptan flimkien ma' Steven Gerrard u John Terry, bil-faxxa tingħata lil dan tal-aħħar.

Fil-11 ta' Ottubru 2006, fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 Gary Neville skorja awto-gowl, it-tieni wieħed fil-karriera tiegħu. Fis-7 ta' Frar 2007 Gary Neville kiseb il-85 preżenza mat-tim nazzjonali f'logħba ta' ħbiberija kontra Spanja, fejn laħaq ir-rekord ta' Kenny Sansom. Dan ir-rekord kien mistenni li jegħlbu fil-partiti kontra l-Andorra u l-Iżrael, imma kellu jieqaf għal madwar disa' xhur.

Neville iżomm xi rekords miksub mat-tim nazzjonali:

  • Fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Italja li ntlagħbet f'Leeds fl-2002, Gary ittotalizza l-preżenza numru 51 fejn għeleb ir-rekord ta' difensur lemini tal-passat, Phil Neal.
  • Il-ħdax-il apparenza fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej (tliet edizzjonijiet) huma rekord.
  • Bħal Jack u Bobby Charlton, anki Gary Neville u ħuh Phil lagħbu flimkien fit-tim nazzjonali, u għamlu total kombinat ta' 142 apparenza.
  • Gary Neville iżomm ir-rekord tal-aktar preżenzi mingħajr ma skorja gowl għat-tim Ingliż. Dan ir-rekord l-inqas prestiġjuż kien miksur fl-2004, fejn qabel kien f'idejn Ray Wilson.

[editja] Unuri

[editja] Klabb

Bandiera tal-Ingilterra Manchester United

[editja] Referenzi

  1. ^ Reserves: Everton 2 United 2 (Ingliż). ManUtd.com.
  2. ^ New deal for 'amazing' Neville (Ingliż), ManUtd.com, 20-02-2009 (Aċċessata nhar il-20-02-2009).

[editja] Ħoloq esterni

Pożizzjonijiet sportivi
Predeċessur
Roy Keane
Kaptan ta' Manchester United
2005–

Suċċessur
Kariga attwali