Wikipedija:Vjaġġi Enċiklopediċi
F'Ottubru tal-2020 Toni Sant beda jippreżenta sensiela ta' programmi fuq Campus FM, l-istazzjoni tar-radju tal-Università ta' Malta. F'din is-sensiela huwa tkellem ma' nies attivi fl-iżvilupp tal-Wikipedia f'Malta u f'postijiet oħra madwar id-dinja filwaqt li rrifletta dwar ir-rwol tal-enċiklopediji f'ħajtu.
Tista' tisma' dawn il-programmi meta trid permezz ta' din il-ħolqa fuq il-Mixcloud.
Werrej tal-programmi
[immodifika s-sors]001: Iltqajt ma' missieri, Amante Sant, u miegħu rajt naqra kif daħlu l-enċiklopediji f'ħajti. Esplorajt ukoll x'inhi fatberg.
002: Iltqat mal-President tal-Wikimedia Community Malta, Tony Micallef. Apparti diskussjoni dwar l-għaqda, flimkien rajna ukoll l-istat li nistab fih il-lokalità tal-Gżira.
003: Iltaqt mas-segretarju tal-Wikimedia Community, Neville Borg, li huwa wkoll amministratur tal-Wikipedija bil-Malti. Miegħu ħarist ukoll lejn l-artikolu dwar l-artista Isabelle Borg.
004: Erġajt iltqajt ma' Neville Borg, din id-darba biex nitkellem miegħu dwar ir-riċerka tiegħu għad-dottorat madwar il-QRpedia. Wara waqaft ftit biex nara sewwa sew x'inhi enċiklopedija skont il-Wikipedija.
005: Tkellmt ma' Mark Vella, Uffiċjal għal-Lingwa, Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta. Qalli li qed ifittex kaħħal u spiċċajt nammira l-piramidi tal-Eġittu.
006: Tkellmt mal-artista Enriquè Tabone, li hija wkoll attiva ferm bħala membru ta Wiikimedia Community Malta. Ħadt spunt minn dak lio tkellmet dwaru hi biex tajt ħarsa lejn l-istorja tal-femminiżmu.
007: ltqajt ma' Davide Denti u b'hekk deher l-ewwel mistieden li ma jitkellimx bil-Malti f'din s-sensiela. Il-perspettiva tiegħu bħala membru attv ta' Wikimedia Community Malta interessanti tassew għax mibnija fuq snin ta' esperjenza f'attivitajiet tal-moviment globali tal-Wikimedia. Imnebbaħ mid-differenza lingwistika, għażilt li nfittex ftit dwar l-Esperanto u Lingwi Awżiljarji Internazzjonali.
008: Simon Cutajar huwa l-iżgħar mistieden fis-sensiela s'issa. Huma membru attiv ta' Wikimedia Community Malta u jitkellem dwar l-esperjenzi tiegħu fuq il-Wikipedija, b'mod partikolari l-ħidma fuq il-mudelli u aspetti oħra fl-infrastruttura tal-Wikipedija. Imnebbaħ minn dak li qalli, terraqt biex nara dwar l-idea tas-Serendipità, talent li bih wieħed jagħmel skoperti pjaċevoli (li ma kienx qed jistnneihom) b'kumbinazzjoni.
009: Iltaqjt ma' Rebecca O'Neill li hija l-koordinatriċi tal-proġetti kollha ta' Wikimedia Community Ireland u magħha qabbilna ftit dak li jiġri f'Malta ma' dak li jagħmlu fl-Irlanda. Wara komplejt interraq fid-dinja enċikolpedika billi rajt ftit x'inhu r-rwol ta' kuratur skont il-Wikipedija.
010: Sabina Bonnici hija persuna ta' dixxendenza Maltija li tgħix l-Irlanda. Hija kienet involuta fit-twaqqif ta' Wikimedia Community Ireland u anke serviet bħala ġurat fl-konkos ta' Wiki Loves Monuments f'Malta. Wara li niltaqa' magħha nespora naqra wieħed mill-aktar suġġetti li kienu jaffaxxinawha meta bdiet fittex fl-enċiklopediji: in-Naħla.
011: Angie Balzan hija waħda minn diversi membri attivi ta' Wikimedia Community Malta. Hija titkellem dwar l-attivitajiet li tieħu sehem fihom regolarment biex tittejjeb il-Wikipedija. Wara ngħaddi biex nagħti daqqa t'għajn lejn l-artiklu dwar Birkirkara.
012: Neville Borg jikkummenta dwar l-attivitajiet ta' WCM matul l-2020 u jagħti ħarsa lejn dak li hemm ippjanat għall-2021. B'rabta ma' Wikipedija:Rebbiegħa CEE 2020 inħarsu lejn uħud mill-artikli li nħolqu fuq mt.wikipedia waqt dak il-konkors fl-2020.
013: L-aħħar proġramm tal-ewwel sensiela iħares lura lejn x'kellna s'issa u nisimgħu siltiet qosma mill-mistedniin kollha li dehru fit-12-il edizzjoni ta' qabel din.
014: Sarah Borg minn Spazju Kreattiv titkellem dwar il-kollaborazzjoni li għandu ċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kreattività mal-Wikimedia Community Malta. Wara niltaqgħu mal-artista Jean Busuttil Zaleski fuq il-Wikipedija bil-Malti, b'kummenti dwar ir-rabta tagħha ma' Spazju Kreattiv fil-mitt sena mit-twelid tagħha.
015: Fl-ewwel minn diversi programmi b'rabta ma' Wikipedia 20 niltaqgħu Rajeeb Dutta minn Kolkata u eventwalment inħarsu lejn il-Vande Mataram bħala wieħed mill-aspetti tal-kultura Indjana li nsibu fuq il-Wikipedija.
016: Iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Wikipedia 20 ikomplu ma' Steven Loomis, li fassal l-ewwel iterazzjoni tal-Wikipedija bil-Malti fil-11 ta' Settembru 2004. L-ewwel paġna li ħoloq hu kienet dwar il-Lingwa Maltija.
017: Fost diversi vuċijiet oħra mill-moviment globali tal-Wikimedia, nilqgħu stendina biex inisur nafu aktar dwar l-Open Foundation West Africa (OFWA) ma' Ruby Damenshie-Brown mill-Gana. Ħarsa lejn kif inhi rrappreżentata l-Afrika fuq il-Wikipedija tagħlaq dan il-programm marbut ukoll ma' Wikipedia 20.
018: Dimi Dimitrov huwa familjari sew ma' Malta u f'dan il-programm, apparti affarijieit oħra, nisimgħu dwar il-ħidma tiegħu mal-Moviment Globali tal-Wikimedia fl-istutuzzjonijiet Ewropej f'Brussell. Dan iwassal ukoll għal ħarsa ġenerali lejn il-kategorizazzjoni fuq il-Wikipedija bil-Malti.
019: Il-qasam edukattiv huwa kruċjali għat-tkattir tal-Wikipedia u għalhekk niltaqgħu ma' LiAnna Davis li ħadmet direttament f'dan il-qasam għal aktar minn dawn l-aħħar għaxar snin. It-taħdita magħha twassalna wkoll biex naraw naqra dwar il-multilingwiżmu u kif dan jidher fil-kuntest tal-Wiikipedija bil-Malti.
020: John Cummings - l-ewwel parti
021: John Cummings - it-tieni parti
022: Nassima Chahboun, hija perit mill-Marokk li primarjament taħdem fuq proġetti marbuta ma’ Siti ta’ Wirt Dinji mill-UNESCO. Magħha nitkellmu dwar dan is-suġġett, kif ukoll punti oħra mill-esperjenza tagħha bħala Wikipedista bbażata fl-Afrika ta’ Fuq.
023: Niltaqgħu ma' Clyde Triganza, li huwa wieħed mill-membri l-ġodda tal-Wikimedia Community Malta, l-aktar attivi fuq il-Wikipedija bil-Malti, u naraw ukoll l-ewwel artiklu li ħoloq hu: li huwa il-Ġebla ta’ Rosetta.
024: Philip Kopetzsky, li huwa wieħed mill-amministraturi ta’ CEE, l-għaqda tal-Wikimedia miġbura madwar it-tema tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, jitkellem dwar dan is-suġġett.
025: Neville Borg u Enrique Tabone jitkellmu dwar l-attivitajiet ta' Wikimedia Community Malta fl-2021.
026: Toni Sant jagħti ħarsa lura lejn iiit-tieni sensiela ta' Vjaġġi Enċiklopediċi, jiġifieri bejn programm 014 u 025.