Aqbeż għall-kontentut

Tomasz Kuszczak

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Tomasz Kuszczak
Informazzjoni personali
Isem sħiħTomasz Mirosław Kuszczak
Twelid20 ta' Marzu 1982 (1982-03-20) (44 sena)
Krosno Odrzańskie, Polonja
Tul1.91[1]
RwolGowler
Mixtliet
1998–1999Śląsk Wrocław
1999–2000Uerdingen
Karriera professjonali
SninKlabb
2000–2004Hertha BSC II
2001–2004Hertha BSC
2004–2007West Bromwich Albion
2006–2007Manchester United (self)
2007–2012Manchester United
2012Watford (self)
2012–2014Brighton & Hove Albion
2014–2015Wolves
2015–2019Birmingham City
Tim nazzjonali
1998Polonja U16
2000Polonja U18
2001–2003Polonja U21
2003–2012Polonja

Tomasz Mirosław Kuszczak (twieled fl-20 ta' Marzu 1982) huwa eks-plejer tal-futbol Pollakk li kien jilgħab bħala gowler.

Kuszczak beda l-karriera tiegħu ma' Śląsk Wrocław fil-Polonja, u suċċessivament ingħaqad mat-timijiet Ġermaniżi ta' KFC Uerdingen 05 u Hertha BSC Berlin, qabel ma' fl-2004 ingħaqad mat-tim Ingliż ta' West Bromwich Albion. Matul is-sajf tal-2006 hu ttrasferixxa mat-tim ta' Manchester United wara staġun mal-ewwel tim ta' West Brom fil-Premiership.

Kuszczak għamel erbatax-il apparenza għat-tim nazzjonali tal-Polonja ta' taħt il-21 sena, u sitt apparenzi mat-tim tal-kbar.

Hertha Berlin

[immodifika | immodifika s-sors]

Kuszczak ingħaqad ma' Hertha Berlin fis-sena 2000, u qatta' sena mat-tim tar-riservi qabel ma kien promoss mal-ewwel tim fl-2001. Hu sussegwentament dam tliet staġuni bħala t-tielet għażla ta' gowler mal-klabb, wara Gábor Király u Christian Fiedler, u naqas biex jagħmel apparenza fil-Bundesliga. Hu kien barra mill-kuntratt ma' Hertha u wara ffirma mat-tim ta' West Brom fl-14 ta' Lulju 2004.[2]

West Bromwich Albion

[immodifika | immodifika s-sors]

Hu ddebutta mat-tim ta' West Brom fit-18 ta' Settembru 2004 f'logħba tal-Premiership kontra Fulham f'The Hawthorns, li spiċċat pari ta' 1-1. Wara hu lagħab partita tal-League Cup kontra Colchester United fil-21 ta' Settembru 2004 fejn Albion tilfu 1–2.

Kuszczak kien bejn il-lasti f'partita waħda tal-Premier League qabel il-logħba ta' West Brom kontra Manchester United fil-partita ta' qabel tal-aħħar tal-istaġun 2004-05, bil-"Baggies" f'battalja tar-relegazzjoni. Hu għamel prestazzjoni tajba ħafna, fejn issostitwixxa lill-ewwel gowler Russell Hoult li kien weġġa' fl-ewwel taqsima. West Brom spiċċaw pari ta' 1–1, b'Kuszczak jibqa' inbattibli għal 68 minuta fil-grawnd. Din il-prestazzjoni tatu l-ewwel unur tal-Plejer tal-Partita fil-Premiership. Il-ġimgħa ta' wara, fl-aħħar partita tal-istaġun kontra Portsmouth, Kuszczak kellu logħba oħra mpressjonanti, fejn West Brom irnexxielhom jirbħu 2–0, u b'hekk jevitaw ir-relegazzjoni. Fl-2005-06, Kuszczak kien suppost kellu jkun il-gowler riserva ta' Chris Kirkland. B'Kirkland imweġġa, Kuszczak għamel l-ewwel apparenza fil-Premiership ta' dak l-istaġun fit-30 ta' Ottubru 2005, imma ma setax jevita lil Newcastle United milli jirbħu 3–0. Il-prestazzjoni tjiebet, fejn irnexxielu jsir il-gowler tal-ewwel għażla. Din kompliet anki jekk Kirkland kien irritorna mill-uġigħ li kien żammu barra.

Fil-15 ta' Jannar 2006, Kuszczak kellu partita mpressjonati kontra Wigan, fejn għamel intervent importanti fuq Jason Roberts, li ippermetta li West Brom biex jirbħu 1–0.

Fis-7 ta' Lulju 2006, kien konfermat mill-kowċ ta' West Bromwich Albion Bryan Robson li Manchester United urew ix-xewqa li jakkwistaw il-plejer għal madwar £2 miljun. Fit-3 ta' Awwissu, West Bromwich Albion irrifjutaw somma ta' £2.5 miljun flimkien mas-self ta' Giuseppe Rossi, għal Kuszczak. Fl-10 ta' Awwissu 2006, Kuszczak ingħaqad ma' Manchester United fejn il-ftehim kien jinvolvi t-trasferiment tal-gowler ta' tmintax-il sena Luke Steele u d-difensur Paul McShane għal West Brom.

Manchester United

[immodifika | immodifika s-sors]

Kuszczak iddebutta fil-Premier League kontra Arsenal fis-17 ta' Settembru 2006 u hu mal-ewwel kiseb ir-rispett ta' diversi partitarji ta' Manchester United hekk kif salva penalty ta' Gilberto Silva. Imma hu, ma setax jipprevjeni l-gowl ta' Emmanuel Adebayor li ta r-rebħa ta' 1–0.

Minkejja li Kuszczak ma lagħabx logħob biżżejjed fil-Premiership għall-istaġun 2006–07, hu xorta rċieva medalja tar-rebbieħa permezz ta' applikazzjoni speċjali lill-Premier League.

Fit-2 ta' Lulju 2007, Manchester United ħabbar li t-trasferiment sar wieħed permanenti.[3]

Fit-8 ta' Mejju, f'partita tal-FA Cup kontra Portsmourh, Kuszczak irċieva karta ħamra wara daħla fuq Milan Baroš.[4] Kuzcszak kien daħal bħala sostitut għal van der Sar li kien weġġa' matul il-logħba, u b'hekk Rio Ferdinand kellu jidħol bejn il-lasti, però ma setax jipprevejeni l-penalty li wassal għall-eliminazzjoni ta' United mill-FA Cup.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Kuszczak iddebutta fil-11 ta' Diċembru 2003 kontra Malta, fejn il-Polonja ħarġu 4-0 rebbieħa.

Minħabba l-prestazzjoni tajba ma' West Brown, hu kien imsejjaħ mat-23 plejer li kienu se jieħdu sehem għall-Polonja fit-Tazza tad-Dinja 2006. Madanakollu, Kuszczak kien ir-riserva tal-gowler Artur Boruc u ma lagħbx matul it-turnew.

F'Mejju tal-2008 hu kien imsejjaħ fl-iskwadra Pollakka għall-Euro 2008 imma kellu jirtira l-parteċipazzjoni tiegħu minħabba uġigħ f'darhu.[5] Postu ħadu l-gowler ta' Korona Kielce Wojciech Kowalewski.

Manchester United

Statistika tal-karriera

[immodifika | immodifika s-sors]

Aġġornati sas-27 ta' April 2009

Klabb Staġun Kampjonat Tazza Tazza tal-Kampjonat Ewropa Oħrajn[a] Total
AppGowlsAppGowlsAppGowlsAppGowlsAppGowlsAppGowls
Hertha BSC 2001–02 00000000
2002–03 00000000
2003–04 00000000
Total 00000000
West Bromwich Albion 2004–05 30101050
2005–06 2800020300
2006–07 00000000
Total 3101030350
Manchester United (self) 2006–07 6050200000130
Manchester United 2007–08 9010105000160
2008–09 400020200080
2009–10 8010302000140
2010–11 5010202000100
2011–12 000000000000
Total 3208010011000610
Watford (self) 2011–12 130130
Total 13000000000130
Brighton & Hove Albion 2012–13 42000100000430
Total 42000100000430
Total fil-Karriera 118090140110001520
Noti
  1. Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħrajn, fejn tinkludi l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
  1. "Player Profile - Tomasz Kuszczak". Premier League. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-08-19. Miġbur 2011-01-09.
  2. "West Brom bag keeper" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2004-07-14. Miġbur 2007-09-20.
  3. "Kuszczak pens four-year United deal". ABC Sport. 2008-08-12. Miġbur 2008-10-31.
  4. Phil McNulty (2008-03-08). "Man Utd 0-1 Portsmouth" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-03-08.
  5. "Poland keeper Kuszczak out of European Championship" (bl-Ingliż). International Herald Tribune. 2008-06-06. Miġbur 2007-07-04.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]