Samantha Cristoforetti
Samantha Cristoforetti | |||
---|---|---|---|
29 Settembru 2022 - 14 Ottubru 2022 ← Oleg Artemyev (en) - Sergey Prokopyev (en) → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Milan, 26 April 1977 (47 sena) | ||
Nazzjonalità |
Franza Italja | ||
L-ewwel lingwa | Taljan | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater |
Università Teknika ta' Munich Università ta' Napli Federico II lawrija Akkademja Ajrunawtika St. Paul Central High School (en) | ||
Lingwi |
Ġermaniż Ingliż Franċiż Russu Taljan | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
astronawta bdot militari inġinier mekkaniku operatur tar-radju dilettant Trekkie uffiċjal tal-forzi tal-ajru | ||
Parteċipant | |||
Impjegaturi |
Aġenzija Spazjali Ewropea Aġenzija Spazjali Taljana | ||
Premjijiet | |||
Servizz militari | |||
Fergħa militari | Forza tal-Ajru Taljana | ||
Grad | kaptan |
Samantha Cristoforetti, OMRI (pronunzja: [saˈmanta kristofoˈretti]; twieldet f'Milan fis-26 ta' April 1977) hija astronawta Taljana tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, eks bdot tal-Forza tal-Ajru tal-Italja u inġinier. Hija għandha r-rekord tal-itwal titjira spazjali mingħajr interruzzjonijiet li qatt wettaq astronawta Ewropew (199 jum u 16-il siegħa)[1][2][3], u sa Ġunju 2017 kellha r-rekord tal-itwal titjira spazjali unika li qatt wettqet mara, sakemm dan ir-rekord inkiser minn Peggy Whitson[4][5][6][7] u iktar 'il quddiem minn Christina Koch. Hija wkoll l-ewwel mara Taljana fl-ispazju. Ingħatat il-kmand tal-Ispedizzjoni 68 tal-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS) fl-2022.[8][9]
F'Diċembru 2021, Politico Europe elenkaha bħala waħda min-nies li "joħolmu" fil-lista annwali tagħha tat-28 ruħ l-iktar influwenti fl-Ewropa.[10]
Ħajja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Cristoforetti twieldet f'Milan fl-1977. Hija qattgħet it-tfulija tagħha f'Malè, f'Val di Sole, it-Trentino, l-Italja. Meta għalqet 18-il sena, hija ħadet sehem f'programm ta' skambju tal-AFS lejn l-Istati Uniti u attendiet l-iSpace Camp.[11]
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Cristoforetti studjat f'Bolzano u fi Trento u ggradwat mill-Università Teknika ta' Munich b'lawrja fl-Inġinerija Mekkanika. Hija studjat fl-École nationale supérieure de l'aéronautique et de l'espace f'Toulouse, Franza, u fl-Università Mendeleev Russa tal-Kimika u tat-Teknoloġija f'Moska, ir-Russja. Hija ggradwat fix-Xjenza Ajrunawtika (l-Università Federico II, Napli)[12] fl-Akkademja Ajrunawtika f'Pozzuoli, u saret l-ewwel mara li laħqet logutenent u bdot tal-ajruplani militari fil-Forza tal-Ajru Taljana. Hija t-tieni membru tal-iSpace Camp li telgħet fl-orbita.[13] Bħala parti mit-taħriġ tagħha, hija lestiet it-taħriġ konġunt Euro-NATO tal-bdoti tal-ġettijiet. Hija wettqet iktar minn 500 siegħa ta' titjiriet fuq sitt tipi ta' inġenji tal-ajru militari: SF-260, T-37, T-38, MB-339A, MB-339CD u AM-X.
ESA
[immodifika | immodifika s-sors]Cristoforetti ntgħażlet uffiċjalment bħala astronawta fl-2009 mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, minn popolazzjoni ta' 8,000 applikant.[14]
Spedizzjoni 42/43
[immodifika | immodifika s-sors]Fit-3 ta' Lulju 2012, l-Aġenzija Spazjali Ewropea ħabbret li Cristoforetti kienet se twettaq missjoni fit-tul lejn l-ISS fl-2014.[15]
Fit-23 ta' Novembru 2014, l-inġenju spazjali Soyuz TMA-15M, b'Cristoforetti u żewġ astronawti oħra ttella' mill-Kożmodrom ta' Baikonur fil-Każakistan. L-inġenju spazjali rnexxielu jittrakka mal-Istazzjon Spazjali Internazzjonali madwar sitt sigħat wara.[16] Cristoforetti, flimkien mal-membri l-oħra tal-ekwipaġġ, reġgħu lura qawwijin u sħaħ mill-ISS fil-11 ta' Ġunju 2015. Hija baqgħet fl-ispazju għal 199 jum u b'hekk kisbet ir-rekord tal-itwal missjoni spazjali unika li qatt wettqet mara. Preċedentement, l-astronawta tan-NASA Sunita Williams kellha dak ir-rekord b'195 jum wara l-missjoni tal-Ispedizzjoni 33 lejn l-ISS. Ir-rekord ta' Cristoforetti nkiser fil-5 ta' Ġunju 2017 minn Peggy Whitson matul l-Ispedizzjoni 52[17] u fit-28 ta' Diċembru 2019 minn Christina Koch matul l-Ispedizzjoni 60.[18]
L-ewwel missjoni ta' Cristoforetti lejn l-ISS kienet tissejjaħ Futura. Matul is-soġġorn tagħha fl-istazzjon spazjali wettqet bosta esperimenti xjentifiċi ta' simulazzjoni ta' soġġorn fit-tul fl-ispazju, kif ukoll fl-orbita tal-Qamar u ta' Marte. Hija kienet l-operatur primarju matul l-iżganċar tal-ATV-5. Fi Frar 2015 bdiet il-programm ta' sensibilizzazzjoni "Mission X: Train Like an Astronaut", fejn studenti ta' 8 u 12-il sena ġew sfidati biex itejbu s-saħħa tagħhom matul programm ta' disa' ġimgħat sakemm Cristoforetti kienet qed titħarreġ fl-ispazju.[19] Attivitajiet oħra ta' sensibilizzazzjoni jinkludu t-tagħlim dwar kif l-alga Spirulina tista' tkun sors ta' ikel, filwaqt li tinħoloq il-fotosinteżi f'ambjent bl-arja rriċiklata.[20]
Cristoforetti kienet skedata biex twettaq 1-3 mixjiet spazjali, madankollu meta parti mit-tagħmir EVA personali tagħha ntilef minħabba t-tlugħ li ma rnexxiex tal-missjoni Orb-3 tal-Orbital Cygnus f'Ottubru 2014[21], l-EVAs ġew skartati. Mill-manifest tal-oġġetti abbord jidher ċar li dak it-tagħmir għall-ekwipaġġ tal-ISS kien abbord il-missjoni Orb-3 li ma rnexxietx, u kien hemm miktub: "Piż totali tal-oġġetti abbord: 2,215 kg (Bl-imballaġġ: 2,296 kg), li minnhom il-piż tat-Tagħmir EVA: 66 kg".[22] Ittieħdu ritratti ta' Cristoforetti b'referenzi ta' Hitchhiker's Guide to the Galaxy fuq l-ilbies spazjali tagħha, filwaqt li l-membru tal-ekwipaġġ tagħha Anton Shkaplerov fuq l-ilbies spazjali tiegħu kellu l-kitba "The Answer to the Ultimate Question of Life, the Universe, and Everything (42)".[23] Il-blog tal-Ispedizzjoni 42 tal-missjoni tal-ISS għandu taqsima speċjali msejħa "tippanikjax".[24] F'April 2015, il-kapsula Dragon wasslet l-ISSpresso, l-ewwel magna tal-espresso b'gravità żero li ġiet installata minn Cristoforetti. Fit-3 ta' Mejju 2015 hija lestiet l-ewwel espresso fl-ispazju u tefgħet ritratt tagħha fuq Twitter, liebsa uniformi Starfleet u tixrob l-espresso, bil-kumment "'Hemm il-kafè f'dik in-nebula"... em, ridt ngħid... f'dak id-#Dragon" (b'referenza għall-Kaptan Janeway minn Star Trek: Voyager, u l-imħabba tagħha għall-kafè).[25][26][27] Fit-28 ta' Frar 2015, l-għada tal-mewt ta' Leonard Nimoy, li ħadimha ta' Mr. Spock fi Star Trek, ħadet ritratt tagħha fil-Cupola, liebsa labra Starfleet fuq l-ilbies tagħha u tagħmel is-salut Vulcan.[28] Dewmien ta' xahar wara l-falliment ta' żewġ rokits Russi estenda s-soġġorn tagħha fl-ispazju għar-rekord dinji tagħha.[29]
Fis-16 ta' Lulju 2015 ingħatat l-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana mill-President Taljan Sergio Mattarella, li qal: "Ġiet segwita bl-għożża u bl-imħabba mit-Taljani kollha".[30] L-Ordni tal-Mertu huwa l-ogħla unur tar-Repubblika Taljana.[31]
Spedizzjoni 67
[immodifika | immodifika s-sors]Cristoforetti ġiet assenjata biex ittir lejn l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali għat-tieni darba fir-rebbiegħa 2022.[32] Qed ittir fir-raba' missjoni tal-Programm tan-NASA tal-Ekwipaġġ Kummerċjali, SpaceX Crew-4 fuq inġenju spazjali SpaceX Crew Dragon.[33] L-inġenju ttella' l-ispazju fis-27 ta' April 2022 u ttrakka mal-istazzjoni dakinhar stess.[34] It-tieni missjoni ta' Cristoforetti lejn l-ISS tissejjaħ Minerva. Hija kienet l-ewwel persuna li għamel filmat ta' TikTok abbord l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali u wħud mill-filmati abbord tagħha rawhom miljuni ta' nies.[35]
NEEMO 23
[immodifika | immodifika s-sors]Cristoforetti ngħatat f'idejha l-kmand tal-missjoni NEEMO 23 mill-10 sat-22 ta' Ġunju 2019.[36] Din il-missjoni ttestjat it-teknoloġiji u l-objettivi għal missjonijiet fl-ispazju mbiegħed u għall-esplorazzjonijiet fuq il-qigħan tal-baħar antiki tal-Qamar.
Ħajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]Cristoforetti titkellem bit-Taljan, bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bil-Franċiż, bir-Russu u biċ-Ċiniż.[37][38]
F'Novembru 2016, Cristoforetti weldet tifla f'Köln, il-Ġermanja.[39] Skont artiklu Taljan, il-missier huwa ħarrieġ tal-astronawti Franċiż.[40]
Cristoforetti dehret fil-finali tal-Festival tal-Eurovision 2022, li sar f'Torino, f'messaġġ irreġistrat minn qabel mill-Istazzjon Spazjali Internazzjonali.[41]
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Kmandant tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana fis-6 ta' Marzu 2013[42]
- Kavallier tal-Gran Salib tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana fis-16 ta' Lulju 2015[42]
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Cristoforetti, Samantha (2020), Diary of an Apprentice Astronaut Allen Lane, ir-Renju Unit (traduzzjoni bl-Ingliż mit-Taljan ta' Jill Foulston), ISBN 978-0-2413-7138-1.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ published, Irene Klotz (2015-06-09). "Space Station Crew Returning to Earth After Delay". Space.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Record-breaking astronaut becomes internet sensation" (bl-Ingliż). 2015-07-08. Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Astronaut Biography: Samantha Cristoforetti". www.spacefacts.de. Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Astronaut Biography: Peggy Whitson". www.spacefacts.de. Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Dutch astronaut Kuipers loses space record to Italy's Cristoforetti -…". archive.ph. 2016-01-07. Miġbur 2022-07-05.
- ^ "3 Space Station Astronauts Safely Return to Earth - The New York Times". web.archive.org. 2015-06-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-06-17. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Samantha beats ESA astronaut single-duration record | Outpost 42". web.archive.org. 2015-10-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-10-09. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Samantha Cristoforetti". www.esa.int (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
- ^ "ESA on Twitter: "ESA astronaut @AstroSamantha Cristoforetti is named to serve as @Space_Station commander on Expedition 68, following an in-principle agreement by international partners on 19 May. As part of #Crew4, Samantha will fly on a @SpaceX #CrewDragon in 2022 👉https://t.co/XWin3BnInK… https://t.co/jntHjYkBdx"". web.archive.org. 2021-06-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-06-09. Miġbur 2022-07-05. Ħolqa esterna f'
|title=
(għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link) - ^ "Samantha Cristoforetti". POLITICO (bl-Ingliż). 2021-12-08. Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Newsletter – Winter 2015 – Article 3 – Alumni On Orbit | Space Camp Alumni Association". web.archive.org. 2015-01-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-01-19. Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Samantha Cristoforetti | A.S.I. - Agenzia Spaziale Italiana". web.archive.org. 2015-09-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-23. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Newsletter – Winter 2015 – Article 3 – Alumni On Orbit | Space Camp Alumni Association". web.archive.org. 2015-01-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-01-19. Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Samantha Cristoforetti". www.esa.int (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
- ^ "ESA Portal - ESA astronaut Samantha Cristoforetti set for Space Station in 2014". web.archive.org. 2012-07-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-07-06. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Crew docks at International Space Station". web.archive.org. 2017-10-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-10-19. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Astronaut Peggy Whitson Ends Record-Breaking Space Mission with Smooth Landing". web.archive.org. 2017-09-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-09-03. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Smith, Yvette (2019-12-27). "Astronaut Christina Koch Poised to Make History Again". NASA. Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Mission X - Train like an astronaut / Education / Human Spaceflight / Our Activities / ESA". web.archive.org. 2016-03-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-08. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Our future astronauts and scientists / Futura / Human Spaceflight / Our Activities / ESA". web.archive.org. 2015-12-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-12-25. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Cygnus Orb-3 Mission Updates - Spaceflight101". web.archive.org. 2016-03-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-26. Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Cygnus Orb-3 Cargo Manifest - Spaceflight101". web.archive.org. 2016-03-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-26. Miġbur 2022-07-05.
- ^ "A Dragon is coming! | Flickr - Photo Sharing!". web.archive.org. 2016-02-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-02-07. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Don't panic | Outpost 42". web.archive.org. 2016-02-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-02-20. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Espresso Coffee Conquers Space" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2021-11-18. Miġbur 2022-07-05.
- ^ "To boldly brew: Italian astronaut makes first espresso in space | Science | The Guardian". web.archive.org. 2015-10-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-10-22. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Samantha Cristoforetti Twitter". web.archive.org. 2021-06-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-06-07. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ ""Of all the souls I have encountered.. his was the most hu… | Flickr". web.archive.org. 2017-03-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-03-28. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Samantha overtakes Sunita as holder of longest spaceflight for women | Outpost 42". web.archive.org. 2015-08-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-08-10. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Samantha Cristoforetti becomes Cavaliere di Gran Croce". web.archive.org. 2015-08-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-08-10. Miġbur 2022-07-05.
- ^ Sainty, Guy Stair World Orders of Knighthood and Merit (pp. 1233-4) Buckingham: Burke's Peerage and Gentry, 2006
- ^ "Samantha Cristoforetti will fly to the International Space Station in 2022". www.esa.int (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Second spaceflight for Samantha Cristoforetti | Media Event | Ghostarchive". ghostarchive.org. Miġbur 2022-07-05.
- ^ Wattles, Jackie (2022-04-27). "SpaceX mission arrives at ISS with first Black woman to join space station crew | CNN Business". CNN (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Samantha Cristoforetti: The astronaut taking TikTok to new heights" (bl-Ingliż). 2022-06-11. Miġbur 2022-07-05.
- ^ Magazine, Smithsonian; Toomey, Emily. "NASA Scientists and Astronauts Practice for Space Missions on the Seafloor". Smithsonian Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Samantha Cristoforetti / Futura / Human Spaceflight / Our Activities / ESA". web.archive.org. 2014-12-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-12-21. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Hollingham, Richard. "Why Europe's astronauts are learning Chinese". www.bbc.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
- ^ "Samantha Cristoforetti gives birth to Kelsey Amal - English - ANSA.it". web.archive.org. 2017-01-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-01-04. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Chi è Lionel Ferra? Il Fidanzato di Samantha Cristoforetti". web.archive.org. 2018-12-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-12-22. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ eurofestival (2022-05-13). "Eurovision 2022: nella finale collegamento con Samantha Cristoforetti" (bit-Taljan). Miġbur 2022-07-05.
- ^ a b "Onorificenze - Dettaglio del conferimento". web.archive.org. 2016-03-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)