Xjenza spazjali

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Osservazzjoni ggwidata bil-laser tat-Triq ta’ Sant’Anna fl-Osservatorju ta’ Paranal fiċ-Ċilì fl-2010

Ix-xjenza spazjali tinkludi d-dixxiplini xjentifiċi kollha li jinvolvu l-esplorazzjoni spazjali u li jistudjaw fenomeni naturali u korpi fiżiċi li jokkorru fl-ispazju, bħall-mediċina spazjali u l-astrobijoloġija.[1][2]

Fergħat tax-xjenzi spazjali[immodifika | immodifika s-sors]

Astronomija[immodifika | immodifika s-sors]

Ix-xjenzati jistudjaw għadd sħiħ ta’ oġġetti astronomiċi. Il-pożizzjoni tad-Dinja fl-univers meta mqabbel mal-oġġett astronomiku tintuża għall-orjentazzjoni tagħhom.

Id-diversità li hemm fit-tipi u fl-iskali differenti ta’ oġġetti astronomiċi jwasslu biex il-qasam ta’ studju dejjem isir iktar speċjalizzat.
  • Deskrizzjoni tal-astronomija
    • Oqsma tal-astronomija definiti skont l-approċċ
      • Astronomija osservazzjonali – l-osservatorji fuq l-art kif ukoll l-osservatorji spazjali jkejklu l-entitajiet u l-fenomeni spazjali
      • Astrometrija – l-istudju tal-pożizzjoni u tal-movimenti tal-oġġetti spazjali
      • Astronomija dilettanteska
    • Astronomija teorika – l-immudellar matematiku tal-entitajiet u tal-fenomeni spazjali
  • Oqsma tal-astronomija definiti skont l-ambitu tagħhom
    • Astrofiżika – l-istudju tal-fiżika tal-univers; ta’ oġġetti ekstraterrestri u spazji interstizjali
      • Fiżika tal-plażma spazjali
      • Mekkanika orbitali jew astrodinamika, li għandha wkoll applikazzjonijiet għall-inġenji spazjali
    • Astronomija stellari – l-istudju tal-istilel
      • Astronomija solari – l-istudju tax-xemx
    • Xjenza planetarja – l-istudju tal-pjaneti, speċjalment dawk għajr id-Dinja
      • Ġeoloġija planetarja
    • Astronomija galattika – l-istudju tal-galassja tat-Triq ta’ Sant’Anna
    • Astronomija ekstragalattika – l-istudju tal-univers usa’ lil hinn mit-Triq ta’ Sant’Anna
    • Kożmoloġija fiżika – l-istudju tal-univers bħala entità sħiħa

Astronawtika[immodifika | immodifika s-sors]

Kronoloġija proposta tal-oriġini tal-ispazju, mill-kożmoloġija fiżika

Astronawtika – xjenza u inġinerija tat- trasport spazjali u tat-titjiriet spazjali, sottogrupp tal-inġinerija ajruspazjali (li tinkludi t-titjir atmosferiku)

  • Deskrizzjoni tal-ajruspazju
  • Inġinerija ajruspazjali
    • Ajrunawtika
    • Astronawtika
      • Titjir spazjali
        • Titjir spazjali bil-bnedmin
          • Bijoastronawtika
          • Arkitettura fl-ispazju
            • Sistema ta’ sostenn għall-ħajja
            • Stazzjon spazjali
              • Modulu ta’ Abitazzjoni Spazjali
      • Deskrizzjoni tal-esplorazzjoni spazjali
  • Ħajja fl-ispazju
    • Organiżmi ħajjin fl-ispazju
      • Bnedmin fl-ispazju
        • Nisa fl-ispazju
      • Annimali fl-ispazju
        Bolla li tikkommemora l-kelba msejħa Laika li ntbagħtet fl-ispazju
        • Qtates fl-ispazju
          • Félicette
        • Klieb fl-ispazju
          • Klieb spazjali Sovjetiċi
        • Ġrieden fl-ispazju
          • Fe, Fi, Fo, Fum, u Phooey
        • Xadini u primati fl-ispazju
        • Fkieren tal-art fl-ispazju
          • Zond 5
      • Mikroorganiżmi ttestjati fl-ispazju ekstratmosferiku
      • Pjanti fl-ispazju
    • Abitazzjoni spazjali
    • Effett tat-titjir spazjali fuq il-ġisem tal-bniedem
    • Ikel fl-ispazju
    • Mediċina fl-ispazju
      • Newroxjenza fl-ispazju
    • Reliġjon fl-ispazju
      • Milied fuq l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali
    • Sess fl-ispazju
    • Kitba fl-ispazju
L-astronawta Piers Sellers waqt it-tielet mixja spazjali tal-STS-121, dimostrazzjoni tat-tekniki tat-tiswija tat-tagħmir spazjali

Oqsma interdixxiplinari relatati mal-ispazju[immodifika | immodifika s-sors]

  • Astrobijoloġija
  • Astrobotanika
  • Astrokimika jew kożmokimika
  • Kożmoloġija
  • Xjenza planetarja – trikkib max-xjenza tad-Dinja
  • Riċerka dwar l-ambjent mikro-g
  • Astronomija forensika
  • Arkeoloġija spazjali – l-istudju tal-artefatti umani fl-ispazju ekstratmosferiku
  • Mediċina spazjali
  • Arkitettura spazjali
  • Arkeoastronomija – l-istorja tal-fehim uman tal-univers
  • Astroantropoloġija

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Definition of space science | Dictionary.com". www.dictionary.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-05.
  2. ^ "space science". TheFreeDictionary.com. Miġbur 2021-05-05.