Sabratha
Sabratha (bl-Għarbi: صبراتة, b'ittri Rumani: Ṣabrāta; kif ukoll Sabratah, Siburata), fid-Distrett ta' Zawiya tal-Libja, kienet l-iżjed belt fil-Punent mit-"tliet bliet" antiki tat-Tripolis Rumana, flimkien ma' Oea u Leptis Magna. Mill-2001 sal-2007 kienet il-belt kapitali tal-eks Distrett ta' Sabratha wa Sorman. Tinsab tul il-kosta Mediterranja madwar 70 kilometru (43 mil) fil-Punent ta' Tripli moderna. Is-sit arkeoloġiku eżistenti tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1982.[1]
Sabratha antika
[immodifika | immodifika s-sors]Il-port ta' Sabratha x'aktarx li ġie stabbilit għall-ħabta tal-500 Q.K., bħala ċ-ċentru kummerċjali Feniċju ta' Tsabratan (bil-Puniku: 𐤑𐤁𐤓𐤕𐤍, ṣbrtn, jew 𐤑𐤁𐤓𐤕𐤏𐤍, ṣbrtʿn). Milli jidher dan kien isem Berberu, li jagħti x'jifhem li kien jeżisti xi insedjament nattiv qabel il-belt.[2][3] Il-port serva bħala ċentru Feniċju għall-prodotti tal-periferija Afrikana. Il-Griegi sejħulha Sabrata (bil-Grieg Antik: Σαβράτα), Sabaratha (bil-Grieg Antik: Σαβαραθά), Sabratha (bil-Grieg Antik: Σαβράθα) kif ukoll Abrotonon (bil-Grieg Antik: Ἀβρότονον). Wara l-waqgħa tal-Feniċja, Sabratha sfat taħt l-influwenza ta' Kartaġni.[4][5][6]
Wara l-Gwerer Puniċi, Sabratha saret parti mir-Renju Numidjan b'għomru qasir ta' Massinissa qabel ma dan ġie anness mar-Repubblika Rumana bħala l-provinċja ta' Africa Nova fis-seklu 1 Q.K. Sussegwentement ġiet Rumanizzata u rikostruwita fis-sekli 2 u 3 W.K. L-Imperatur Septimius Severus twieled fil-qrib, f'Leptis Magna, u Sabratha laħqet l-quċċata tagħha taħt it-tmexxeja tas-Severani, meta kważi rdoppjat bħala daqs. Il-belt ġarrbet ħsarat estensivi minħabba terremoti li heżżew l-art matul is-seklu 4, b'mod partikolari t-terremot tat-365. Il-belt sfat taħt il-kontroll tar-renju tal-Vandali fis-seklu 5, u partijiet kbar mill-belt ġew abbandunati. Reġgħet ingħatat ftit ħajjja taħt it-tmexxija Biżantina, meta nbnew diversi knejjes u ħajt difensiv (għalkemm madwar parti żgħira mill-belt). Il-belt kienet ukoll is-sede ta' veskovat.[7] Fi żmien mitt sena mill-invażjoni Musulmana tal-Magreb, il-kummerċ kien għadda għand portijiet oħra u Sabratha ċkienet għad-daqs ta' villaġġ.
Sit arkeoloġiku
[immodifika | immodifika s-sors]F'Sabratha saru diversi kampanji ta' skavi mill-1921, l-iktar minn arkeologi Taljani. Ġiet skavata wkoll minn tim Brittaniku mmexxi minn Dame Kathleen Kenyon u John Ward-Perkins bejn l-1948 u l-1951.[8] Apparti t-Teatru ta' Sabratha li għad għandu l-isfond arkitettoniku fuq tliet sulari, f'Sabratha hemm tempji ddedikati lil Liber Pater, Serapis u Isis. Hemm bażilika Kristjana ta' żmien Ġustinjanu kif ukoll fdalijiet ta' wħud mill-artijiet bil-mużajk li kienu jżejnu l-binjiet tal-elit tat-Tramuntana tal-Afrika Rumana (pereżempju, fil-Villa ta' Sileen, qrib Homs). Madankollu, dawn huma ppreservati l-iktar fil-mudelli kkuluriti fil-banjijiet fuq in-naħa tal-baħar (jew il-Forum), direttament faċċata tal-kosta, u fl-artijiet bojod u suwed tal-banjijiet tat-teatru. Qrib is-sit arkeoloġiku hemm mużew li fih uħud mit-teżori ta' Sabratha, għalkemm hemm fdalijiet oħra li jistgħu jiġu ammirati fil-Mużew Nazzjonali f'Tripli.
Fl-1943, matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-arkeologu Max Mallowan, ir-raġel tar-rumanziera Agatha Christie, kien ibbażat f'Sabratha bħala assistent tal-Uffiċjal Għoli tal-Affarijiet Ċivili tal-Provinċja tal-Punent ta' Tripolitanja. Il-kompitu prinċipali tiegħu kien li jissorvelja l-allokazzjoni tar-razzjonijiet tal-qmuħ, iżda fi kliem il-bijografu ta' Christie, dan kien "stazzjonament glorjuż", li matulu Mallowan għex f'villa Taljana b'terrazzin li jagħti fuq il-baħar u kien jiekol ħut frisk u żebbuġ.[9]
Erożjoni u elementi
[immodifika | immodifika s-sors]Skont rapport ta' April 2016, minħabba l-kompożizzjoni ratba tal-ħamrija u n-natura tal-kosta ta' Sabratha, li hija magħmula l-iktar minn blat artab u ramel, il-fdalijiet ta' Sabratha jgħaddu minn perjodi perikolużi ta' erożjoni kostali. Il-banjijiet pubbliċi, il-binja bil-moli taż-żebbuġ u l-"port" jistgħu jitqiesu bħala l-iżjed li ġarrbu ħsarat peress li l-binjiet ikkrollaw minħabba maltempati u baħar qawwi. Peress li l-materjal tal-bini l-iktar komuni f'Sabratha, il-kalkarenit, huwa ferm suxxettibbli għall-erożjoni fiżika, kimika u bijoloġika minħabba l-elementi (b'mod partikolari r-raxx tal-baħar), il-konservazzjoni fit-tul tal-monumenti hija mhedda. Iż-żieda fil-livell tal-baħar ukoll tista' tikkomprometti l-integrità tas-sit.[10][11]
Din l-erożjoni tal-kosta ta' Sabratha Antika tista' tiġi osservata kull sena b'differenzi sinifikanti fil-konfigurazzjoni tal-bajja u b'binjiet li dan l-aħħar tmermru u kkrollaw. Il-breakwaters stabbiliti qrib il-port u l-moli taż-żebbuġ mhumiex adegwati u huma żgħar wisq biex jipproteġu b'mod effiċjenti l-Belt Antika ta' Sabratha.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Is-Sit Arkeoloġiku ta' Sabratha ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1982.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]
Sabratha moderna
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-belt moderna ta' Sabratha hemm ukoll l-Università ta' Sabratha. Wefaq Sabratha huwa l-klabb tal-futbol tal-belt, u jilgħab fl-Istadium ta' Sabratha.
Kif innotat fid-dokumentarju tal-2021 The Beatles: Get Back, tar-reġista Peter Jackson, it-Teatru ta' Sabratha kien jitqies bħala wieħed mill-postijiet possibbli fejn The Beatles setgħu jagħmlu l-kunċert finali f'ħin reali tagħhom bħala grupp (minflok l-aħħar kunċert tagħhom għamluh fuq il-bejt tal-kwartieri ġenerali tal-Apple Corps).[12]
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Sabratha għandha klima sħuna u semiarida skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen (BSh).
Data klimatika għal Sabratha | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 17.2
(63.0) |
18.8
(65.8) |
20.9
(69.6) |
23.7
(74.7) |
25.9
(78.6) |
29.2
(84.6) |
31.3
(88.3) |
32.1
(89.8) |
30.2
(86.4) |
27.5
(81.5) |
23.6
(74.5) |
18.8
(65.8) |
24.9
(76.9) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 6.8
(44.2) |
7.9
(46.2) |
9.9
(49.8) |
13.1
(55.6) |
15.4
(59.7) |
19.0
(66.2) |
20.0
(68.0) |
21.1
(70.0) |
20.3
(68.5) |
17.0
(62.6) |
12.2
(54.0) |
8.1
(46.6) |
14.2
(57.6) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 45
(1.8) |
26
(1.0) |
17
(0.7) |
11
(0.4) |
4
(0.2) |
1
(0.0) |
0
(0) |
0
(0) |
8
(0.3) |
23
(0.9) |
33
(1.3) |
51
(2.0) |
219
(8.6) |
Sors: Climate-data.org[13] |
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]Panorama
[immodifika | immodifika s-sors]-
Ritratt panoramiku ta' parti mis-sit arkeoloġiku.
-
Ritratt panoramiku tat-teatru fis-sit arkeoloġiku.
Sit arkeoloġiku
[immodifika | immodifika s-sors]-
It-Teatru.
-
It-Teatru.
-
Veduta tat-teatru.
-
Faċċata tal-irħam mal-ħajt tat-teatru.
-
Waħda minn bosta mogħdijiet fit-teatru.
-
Il-mogħdijiet interni tat-teatru.
-
Il-fdalijiet tat-teatru.
-
It-Teatru.
-
It-Teatru.
-
Waħda mill-ftit daħliet tat-teatru.
-
It-Teatru.
-
Bassoriljiev fil-parti t'isfel tal-palk tat-teatru.
-
Bassoriljiev fil-parti t'isfel tal-palk tat-teatru.
-
Bassoriljiev fil-parti t'isfel tal-palk tat-teatru.
-
Bassoriljiev fil-parti t'isfel tal-palk tat-teatru.
-
Bassoriljiev fil-parti t'isfel tal-palk tat-teatru.
-
Bassoriljiev fil-parti t'isfel tal-palk tat-teatru.
-
Bassoriljiev fil-parti t'isfel tal-palk tat-teatru.
-
Bassoriljiev fil-parti t'isfel tal-palk tat-teatru.
-
Altoriljiev tat-teatru.
-
Altoriljiev tat-teatru.
-
It-Teatru.
-
Il-bażi u l-kapitell ta' kolonna tat-teatru.
-
Kapitell ta' kolonna tat-teatru.
-
It-Teatru.
-
It-Teatru.
-
It-taraġ li jagħti għall-palk tat-teatru.
-
It-Teatru.
-
Id-daħla tat-teatru.
-
L-arċitravu u kapitell tat-teatru.
-
In-naħa ta' wara tat-teatru.
-
It-tiżjin tad-daħla tat-teatru.
-
In-Nymphaeum.
-
In-Nymphaeum.
-
Il-banjijiet termali tan-naħa tal-baħar.
-
Il-latrini.
-
Il-latrini.
-
Is-sala tal-Kunsill.
-
Il-Kurja.
-
Mużajk fid-Dar tal-Peristil.
-
Mużajk fid-Dar tal-Peristil.
-
Id-Dar tal-Peristil.
-
Id-Dar tal-Peristil.
-
Mużajk bil-banjijiet fuq in-naħa tal-baħar.
-
Kitba mnaqqxa quddiem il-Capitolium.
-
Il-Bażilika ta' Apuleus u l-Battisterju Biżantin.
-
Pilastru tal-Bażilika ta' Apuleus.
-
Il-Funtana ta' Flavius Tullus fit-Tempju Antonin.
-
Il-podju tat-Tempju Antonin.
-
It-Tempju Antonin.
-
Il-podju tat-Tempju Antonin.
-
Il-Mawżolew ta' Bes.
Mużew
[immodifika | immodifika s-sors]-
Sider l-Imperatur Vespasjuni, jew ibnu Titus.
-
Mużajk fil-mużew.
-
Mużajk fil-mużew.
-
Mużajk fil-mużew.
-
Mużajk mill-banjijiet tat-teatru.
-
Mużajk fil-mużew.
-
Mużajk fil-mużew.
-
Ras fil-mużew.
-
Statwa tal-irħam minn satir fil-Forum.
-
Bust ta' Ġove mit-Tempju ta' Ġove.
-
Bust tad-divinità femminili Concordia mit-Tempju ta' Ġove.
-
Kandelabru tal-irħam li juri lil Orfeo u l-annimali, mill-banjijiet tat-teatru.
-
Ras fil-mużew.
-
Element ta' tiżjin tal-Insula (dar) fil-mużew.
-
Mużajk fil-mużew.
-
Ir-rikostruzzjoni tal-Bażilika ta' Ġustinjanu fil-mużew.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Site of Sabratha". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-31.
- ^ Ghaki, Mansour (2015), "Toponymie et Onomastique Libyques: L'Apport de l'Écriture Punique/Néopunique", La Lingua nella Vita e la Vita della Lingua: Itinerari e Percorsi degli Studi Berberi, Studi Africanistici: Quaderni di Studi Berberi e Libico-Berberi, vol. No. 4, Napli: Unior, pp. 65–71, ISBN 978-88-6719-125-3.
- ^ Head, Barclay; et al. (1911), "Syrtica", Historia Numorum (2nd ed.), Oxford: Clarendon Press, p. 875.
- ^ Stephanus of Byzantium, Ethnica, §A9.7.
- ^ "Strabo, Geography, book 17, chapter 3, section 18".
- ^ Pseudo Scylax, Periplous, §110.
- ^ Francois Decret, Early Christianity in North Africa (James Clarke & Co, 2011) p. 83.
- ^ Kenrick, Philip M. (2009). Tripolitania. Society for Libyan Studies (London, England). Londra: Society for Libyan Studies. ISBN 978-1-900971-08-9.
- ^ Janet Morgan (1984) Agatha Christie: a Biography.
- ^ Reimann, Lena; Vafeidis, Athanasios T.; Brown, Sally; Hinkel, Jochen; Tol, Richard S. J. (2018-10-16). "Mediterranean UNESCO World Heritage at risk from coastal flooding and erosion due to sea-level rise". Nature Communications. 9 (1): 4161.
- ^ El-Shahat, Adam; Minas, Haithem; Khomiara, Sadek (March 2014). "Weathering of Calcarenite Monuments at Roman and Byzantine Archaeological Sites at Sabratha, Northwestern Libya: A Pilot Study". African Archaeological Review. 31 (1): 45–58.
- ^ "Peter Jackson's Beatles series Get Back is a feast for obsessives" (bl-Ingliż). 2021-11-26. Miġbur 2023-10-31.
- ^ "Sabrata climate: Average Temperature by month, Sabrata water temperature". en.climate-data.org. Miġbur 2023-10-31.