Aqbeż għall-kontentut

Opossum bugeddum

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum bugeddum
Firxa tal-fossili: Tard fl- Oligocene - Reċenti
Opossum bugeddum Peruvjan jew Opossum bugeddum Lestoros inca
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Paucituberculata
Ameghino, 1894
Familja: Caenolestidae
Trouessart, 1898
Ġeneri


Mammiferi marsupjali karnivori notturni ta' daqs żgħir mifruxa mal-Amerika ta' isfel. L-opossumi bugdiedem, huma magħrufa wkoll bħala l-opossumi firien.

Minħabba l-ambjent diffiċli li jgħixu fiħ, il-mammoloġisti ma tantx jafu fuqhom u tradizzjonalment kien maħsub li huma rari ħafna. Iżda minn studji reċenti li saru ħareġ li l-opossumi bugdiedem jistgħu ikunu ħafna aktar komuni milli hu ġeneralment maħsub. Milli jidher dawn il-marsupjali jgħixu l-parti l-kbira ta' ħajjithom f' toqob taħt l-art.

L-opossumi bugdiedem jew opossumi firien, kif jgħid l-isem komuni għandhom id-dehra ta' bugeddum u d-daqs simili ta' far żgħir bejn 9 u 14-il cm.

Dawn il-marsupjali mgħammra b' 4 saqajn żgħar, b' wiċċ twil għall-ponta, b' par għajnejn żgħar u b' denb irqiq, twil u muxgħar li kapaċi jilħaq nofs it-tul totali.

In-nisa ma għandhomx marsupju u ġeneralment ikollhom minn 4 sa 7 pari żejżiet, dan ijvarja minn speċi għall-oħra.

Għalkemm l-opossumi bugdiedem għandhom par għajnejn żgħar b'vista bagħtuta, huma kaċċaturi attivi ħafna u jikkaċċaw insetti, ħniex u vertebrati żgħar minn kmieni filgħaxija sa tard bil-lejl. Dan kollu jagħmluh bl-għajnuna ta' smiegħ tajjeb u x-xagħar sensittiv li għandhom ma' wiċċhom.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

L-opossumi bugdiedem huma marsupjali nattivi tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsabu mifruxin fil-Venezwela, fil-Kolombja, fl-Ekwador, fil-Peru, fil-Bolivja, fl-Arġentina u fiċ-Ċili.

Dawn il-marsupjali jgħixu l-aktar fin naħa tal-Punent tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel f' altitudni ta' bejn 2000 u 4000 metru. L-uniku speċi li jgħix f' altitudni ta' mhux aktar minn 1000m huwa l-opossum ġurdien ta' mnieħru twil (Rhyncholestes raphanurus).

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa maħsub li l-ordni Paucituberculata infired kmieni ħafna mil-linja marsupjali anċestrali. Sa mhux aktar minn 20 miljun sena ilu fl-Amerika t'isfel kien hemm minn ta' linqas 7 ġeneri, sfortunatament illum il-ġurnata baqa' 3 biss. L-opossumi ġrieden fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel għandhom l-istess niċċa ekoloġika li għandhom il-mammiferi tal-ordnijiet Erinaceomorpha, Soricomorpha u Afrosorcida fuq kontinenti oħra. Dan kollu jagħti l-ħjiel li l-opossumi ġrieden twil imorru lura fiż-żmien meta il-kontinet tal-Amerika t'isfel kien kontinet gżira.

Għalkemm fil-familja Caenolestidae hemm 6 speċi magħrufa, Bublitz fl-1987 għadda suġġeriment, li jkun hemm 2 speċi kemm fil-ġeneru Lestoros (Lestoros inca u Lestoros gracilis) u kemm fil-ġeneru Rhyncholestes (Rhyncholestes raphanurus u Rhyncholestes continentalis). Madankollu il-biċċa l-kbira tal-mammoloġisti ma jimxux ma' din il-klassifikazzjoni ta' Bublitz u jaċċettaw speċi waħda biss f' kull ġeneru.

  • Aplin, K. P., and M. Archer. 1987. Recent advances in marsupial systematics with a new syncretic classification. Pp. xv-lxxii in Archer, M. (ed.), Possums and Opossums: Studies in Evolution, Vol. I. Surrey Beatty and Sons PTY Limited, Chipping Norton. lxxii+400 pp.
  • Carroll, R. L. 1988. Vertebrate Paleontology and Evolution. W. H. Freeman and Co., New York. xiv + 698 pp.
  • Feldhamer, G. A., L. C. Drickamer, S. H. Vessey, and J. F. Merritt. 1999. Mammalogy. Adaptation, Diversity, and Ecology. WCB McGraw-Hill, Boston. xii+563pp.
  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 19-20. ISBN 0-8018-8221-4
  • Marshall, L. G. 1984. Monotremes and marsupials. Pp 59-115 in Anderson, S. and J. Knox Jones, eds, Orders and Families of Recent Mammals of the World. John Wiley and Sons, NY. xii+686 pp.
  • Vaughan, T. A. 1986. Mammalogy. Third Edition. Saunders College Publishing, Fort Worth. vi+576 pp.
  • Vaughan, T. A., J. M. Ryan, N. J. Czaplewski. 2000. Mammalogy. Fourth Edition. Saunders College Publishing, Philadelphia. vii+565pp.
  • Wilson, D. E., and D. M. Reeder. 1993. Mammal Species of the World, A Taxonomic and Geographic Reference. 2nd edition. Smithsonian Institution Press, Washington. xviii+1206 pp.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]