Aqbeż għall-kontentut

Opossum bugeddum ta' żaqqu griża

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Caenolestes caniventer)
Opossum bugeddum ta' żaqqu griża
Stat ta' konservazzjoni

Kważi mhedded  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniPaucituberculata
FamiljaCaenolestidae
ĠeneruCaenolestes
speċi Caenolestes caniventer
Anthony, 1921
Distribuzzjoni ġeografika

L-Opossum bugeddum ta' żaqqu griża jew opossum far ta' żaqqu griża, magħruf xjentifikament bl-isem ta' Caenolestes caniventer, huwa mammiferu marsupjal notturn ta' daqs żgħir, nattiv tal-Amerika t'Isfel li jippreferi l-foresti ta' altitudni għolja qalb l-Andi.

Din l-ispeċi hija simili ħafna tal-ispeċi l-oħrajn li qegħdin miġburin fl-istess ġeneru {Caenolestes}.

L-opossum bugeddum ta' żaqqu griża għandu l-pil qasir u folt ta' lewn li jvarja mill-kannella għall-griż li jiċċara fin-naħa taż-żaqq. Il-wiċċ tawwali li ġej għall-ponta mgħammar b'par għajnejn ċkejknin, u fuq ir-ras jinsabu par widnejn tondi.

It-tul totali huwa ta' 256 millimetru, ir-ras u l-ġisem 129 millimetru u d-denb ta' 127 millimetru ieħor, għalkemm dan jista jvarja xi ftit minn reġjun għal ieħor tul id-distribuzzjoni tal-ispeċi, filwaqt li l-piż totali huwa ta' madwar 45 gramma.

In-nisa ta' dan il-marsupjal m'għandhomx marsupju.

L-Opossum bugeddum ta' żaqqu griża huwa marsupjal b'dieta karnivora li tikkonsisti minn varjetà ta' insetti u annimali vertebrati żgħar.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Opossum bugeddum ta' żaqqu griża huwa mammiferu pjutost rari, li għandu firxa żgħira fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u jgħix fil-foresti u l-prateriji umdi tal-Andi, fin-Nofs in-Nhar tal-Ekwador u fit-Tramuntana tal-Peru.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Konservazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Din l-ispeċi, fil-lista l-ħamra tal-Unjoni Internazjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN red list) qiegħda mmniżżla bħala fi stat ta' riskju ta' estinzjoni baxx.

  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 19. ISBN 0-801-88221-4.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]