Opossum bugeddum Peruvjan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Opossum bugeddum tal-Inka)
Jump to navigation Jump to search
Opossum bugeddum Peruvjan
Lestoros inca.jpg
Opossum bugeddum Peruvjan jew Opossum far Peruvjan, Lestoros inca
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Paucituberculata
Familja: Caenolestidae
Ġeneru: Lestoros
Speċi: L. inca
Isem binominali
Lestoros inca
Osgood, 1924
Sottospeċi
Lestoros inca distribution map.PNG
Firxa tal-Opossum bugeddum Peruvjan Lestoros inca

L-Opossum bugeddum Peruvjan (Lestoros inca), jew kif isibuħ ukoll Opossum far tal-Inka, huwa wieħed minn 6 speċi ta' opossumi bugdiedem li għadhom ħajjin illum. Huwa pjuttost uniku wkoll fost l-ispeċi tal-ordni Paucituberculata u għalhekk qiegħed fil-ġeneru Lestoros għalih waħdu.

Deskrizzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

L-opossum bugeddum Peruvjan għandu l-pil twil u ħafif li jista jkun jew ta' lewn kannella skur ħafna uniformi (kulimkien) jew inkella ta' lewn kannella skur fuq id-dahr u jiċċara lejn in-naħa ta' taħt iż-żaqq.

It-tul totali (ras, ġisem u denb) ivarja bejn 9 u 14-il ċentimetru, filwaqt il-piż totali huwa ta' madwar 40 gramma.

In-nisa ta' dan il-marsupjal ma għandhomx marsupju u mgħammra b' 4 żejżiet.

Dieta[immodifika | immodifika s-sors]

L-Opossum bugeddum Peruvjan huwa marsupjal b' dieta prinċipalment karnivora li tikkonsisti minn varjetà ta' insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar, għalkemm xi fungi u ħxejjex jintieklu ukoll.

Distribuzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

L-Opossum bugeddum Peruvjan jigħx qalb il-muntanji fir-regjuni tal-Andi fil-Peru u l-Bolivja, f'altitudni bejn 2800 u 4000 metru il-fuq mil-livel tal-baħar. Il-popolazzjoni residenti ta' dan il-marsupjal fil-Peru hija ħafna akbar u ħafna aktar mifruxa meta mqabbla mal-popolazzjoni żgħira fil-Bolivja.

Ismijiet komuni[immodifika | immodifika s-sors]

Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Bublitz fl-1987 għadda suġġeriment, li jkun hemm 2 speċi fil-ġeneru Lestoros (Lestoros inca u Lestoros gracilis). Madankollu il-biċċa l-kbira tal-mammoloġisti ma jimxux ma' din il-klassifikazzjoni ta' Bublitz u jaċċettaw speċi waħda b' 2 sottospeċijiet.

Konservazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Din l-ispeċi, għalkemm fil-lista l-ħamra tal-Unjoni Internazjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN red list), qiegħda mmniżla bħala fi stat ta' riskju ta' estinzjoni baxx, ħafna awturi jaħsbu li d-deforestazzjoni għaddejja fl-erja fejn huwa mifrux dan l-opossum bugeddum jista tkun ta' riskju kbir.

Sinonimi[immodifika | immodifika s-sors]

Lestoros gracilis huwa sinonimu ta' Lestoros inca.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 19-20. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, 1999 ISBN 0801857899

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

  • Lestoros inca In: 2007 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2007. Imniżżel fil-15 ta' Lulju 2008.