Aqbeż għall-kontentut

Opossum bugeddum tal-Andi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum bugeddum tal-Andi
Opossum bugeddum tal-Andi Caenolestes condorensis
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Paucituberculata
Familja: Caenolestidae
Ġeneru: Caenolestes
Speċi: C. condorensis
Isem binominali
Caenolestes condorensis
Albuja and Patterson, 1996
Firxa tal-Opossum bugeddum tal-Andi

L-Opossum bugeddum tal-Andi jew Opossum bugeddum tal-kondor magħruf xjentifikament bħala Caenolestes condorensis huwa mammiferu marsupjal żgħir tal-Amerika ta' isfel. Dan l-opossum bugeddum notturn u solitarju huwa laħħar speċi li ġiet skoperta u xjentifikament deskritta fost is-6 speċi eżistenti.

Din l-ispeċi hija simili ħafna tal-ispeċi l-oħrajn li qegħdin miġburin fl-istess ġeneru {Caenolestes} għalkemm ta' daqs kemmxejn akbar.

It-tul totali huwa ta' 260 millimetru (ir-ras u l-ġisem 130 millimetru u d-denb ta' 130 millimetru ieħor), filwaqt il-piż totali huwa ta' madwar 48 gramma.

In-nisa ta' dan il-marsupjal ma għandhomx marsupju.

L-Opossum bugeddum tal-Andi huwa marsupjal karnivoru u għandu dieta bbażata fuq varjetà ta' insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Opossum bugeddum tal-Andi għandu firxa limitata ħafna u jinsab biss fuq il-fruntiera bejn l-Ekwador u l-Peru f' lokalità waħda biss, f' Achupallas (03°27’S, 78°21’W), Cordillera del Cóndor.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Konservazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

L-istat ta' konservazzjoni ta' din l-ispeċi għadu m'huwiex ikklassifikat fil-lista l-ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għal-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN red list).

  • Albuja, L. and B. D. Patterson. 1996. A new species of northern shrew-opossum (Paucituberculata: Caenolestidae) from the Cordillera del Condór, Ecuador. Journal of Mammalogy 77:41-53.
  • Mammal Species of the World
  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 19. ISBN 0-801-88221-4.