Aqbeż għall-kontentut

Ludwik Lejzer Zamenhof

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ludwik Lejzer Zamenhof

Vuċi
Ħajja
Isem propju Лейзеръ Заменговъ
Twelid Białystok, 15 Diċembru 1859
Nazzjonalità Imperu Russu
Residenza Białystok
Varsavja
Moska
Hrodna
Płock
Veisiejai
Kerson
Varsavja
Varsavja
Vjenna
Varsavja
Varsavja
Varsavja
L-ewwel lingwa Jiddixx
Russu
Mewt Varsavja, 14 April 1917
Post tad-dfin Okopowa Street Jewish Cemetery (en) Translate
qabar ta' Ludwik Lejzer Zamenhof
Familja
Missier Markus Zamenhof
Omm Rozalia Zamenhof
Konjuga/i Klara Zamenhof  (9 Awwissu 1887 -  unknown value)
Ulied
Aħwa
Familja
Tribù familja Zamenhof
Edukazzjoni
Alma mater Fakultà tal-Mediċina tal-Università ta' Moska
Università Imperjali ta' Varsavja
Livell tal-edukazzjoni dottorat
Lingwi Esperanto
Russu
Pollak
Ġermaniż
Latin
Ebrajk
Franċiż
Grieg
Ingliż
Jiddixx
Volapûk
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni lingwista
oftalmologu
inventur
poeta
traduttur
Esperantista
tabib
kittieb mediku
traduttur tal-Bibbja
Esperantologu
Post tax-xogħol Přerov (en) Translate
Xogħlijiet importanti Unua Libro
Dua Libro
Fundamento de Esperanto
Ho, mia kor' (en) Translate
Esperanto
umanitiżmu
Premjijiet
Nominat għal
Sħubija Kumitat tal-Esperanto
Moviment moviment tal-Esperanto
Żioniżmu
Psewdonomu Doktoro Esperanto, Gamzefon, Unuel, Anna R., Homo sum, Amikou Hemza

Ludwik Lejzer Zamenhof (twieled fil-15 ta' Diċembru 1859 – miet fl-14 ta' April 1917) kien oftalmologu li għex il-biċċa l-kbira ta' ħajtu f'Varsavja, il-Polonja. Huwa magħruf l-iktar bħala l-ħallieq tal-Esperanto, l-iżjed lingwa awżiljarja internazzjonali kostruwita li tintuża b'mod mifrux.[1]

Zamenhof żviluppa l-Esperanto għall-ewwel darba fl-1873 meta kien għadu l-iskola. Huwa dejjem kien affaxxinat mill-idea ta' dinja mingħajr gwerra u kien jemmen li dan seta' jitwettaq bl-għajnuna ta' lingwa awżiljarja internazzjonali ġdida. Il-lingwa kienet tkun għodda biex tgħaqqad lin-nies flimkien permezz ta' komunikazzjoni newtrali, ġusta u ekwa. Huwa rnexxielu jifforma komunità li għadha għaddejja sa llum il-ġurnata minkejja l-Ewwel Gwerra Dinjija u t-Tieni Gwerra Dinjija tas-seklu 20, tentattivi ta' riforma tal-lingwa, u lingwi awżiljarji internazzjonali iktar moderni (l-unika lingwa oħra bħall-Esperanto dak iż-żmien kienet il-Volapük). Barra minn hekk, l-Esperanto żviluppat bħal lingwi oħra: permezz tal-interazzjoni u l-kreattività tal-utenti tagħha.

Fid-dawl tal-kisbiet tiegħu, u l-appoġġ li ta għad-djalogu interkulturali, l-UNESCO għażlet lil Zamenhof bħala wieħed mill-personalitajiet eminenti tagħha fl-2017, fil-mitt anniversarju ta' mewtu. Mill-2019, hemm mill-inqas żewġ miljun persuna li titkellem l-Esperanto, inkluż bejn wieħed u ieħor 1,000 kelliem nattiv.[2][3]

Zamenhof ġie minn żona multilingwi. Kunjomu jiġi trażlitterat kif ġej:

  • bil-Malti u bl-Ingliż (fost l-oħrajn): Ludwik Lejzer Zamenhof – pronunzja: [zæmənhɒf, ˈzæmɪnhɒf, -nɒv, -nɒf];
  • bl-Esperanto: Ludoviko Lazaro Zamenhofo – pronunzja: [ludoˈviko laˈzaro zamenˈhofo];
  • bil-Franċiż: Louis Lazare Zamenhof – pronunzja: [lwi la.zaʁ za.mɛn.of];
  • bil-Ġermaniż: Ludwig "Levi" Lazarus Samenhof – pronunzja: [ˈluːtvɪç ˈlaːtsaʁʊs ˈzaːmənhoːf];
  • bl-Ebrajk: אליעזר לודוויג זמנהוף, b'ittri Rumani: Eli'ezer Ludwig Zamenhof – pronunzja: [eliˈ(ʕ)ezeʁ ˈludvig ˈzamenhof];
  • bil-Litwan: Liudvikas Lazaris (Leizeris) Zamenhofas;
  • bil-Pollakk: Ludwik Łazarz Zamenhof – pronunzja: [ˈludvʲik ˈwazaʃ zãˈmɛ̃nxɔf];
  • bir-Russu: Людвик Лазарь (Лейзер) Маркович Заменгоф, b'ittri Rumani: Lyudvik Lazar' (Leyzer) Markovich Zamengof;
  • bil-Belarussu: Людвіг Лазар Маркавіч Заменгоф (Заменгоў), b'ittri Rumani: Liudvih Lazar Markavič Zamienhof (Zamienhoŭ);
  • bil-Yiddish: לײזער לוי זאַמענהאָף, b'ittri Rumani: Leyzer "Leyvi" Zamenhof.

Biblijografija parzjali

[immodifika | immodifika s-sors]

Xogħlijiet oriġinali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Unua Libro, 1887 (L-Ewwel Ktieb);
  • Dua Libro, 1888 (It-Tieni Ktieb);
  • Hilelismo – propono pri solvo de la hebrea demando, 1901 (Illeliżmu: Proġett b'Rispons għall-Kwistjoni tal-Lhud);
  • Esenco kaj estonteco de la ideo de lingvo internacia, 1903 (Qofol u Futur tal-Idea ta' Lingwa Internazzjonali);
  • Fundamenta Krestomatio de la Lingvo Esperanto, 1903 (Antoloġija Bażika tal-Esperanto);
  • Fundamento de Esperanto, 1905 (Stabbiliment tal-Esperanto);
  • Dikjarazzjoni ta' Boulogne, 1905;
  • Homaranismo, 1913 (Umanitiżmu).
  • La Esperantisto, 1889-1895 (L-Esperantista);
  • Lingvo Internacia, 1895-1914 (Lingwa Internazzjonali);
  • La Revuo, 1906-1914 (Ir-Rieżami).
  • "Al la fratoj" (Lill-Aħwa);
  • "Ho, mia kor'" (O, Qalbi);
  • "La Espero" (It-Tama);
  • "La vojo" (Il-Mogħdija);
  • "Mia penso" (Il-Ħsieb Tiegħi).

Traduzzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Hamleto, Reĝido de Danujo, 1894 (Hamlet, Prinċep tad-Danimarka, ta' William Shakespeare);
  • La batalo de l' vivo (Il-Battalja tal-Ħajja, ta' Charles Dickens);
  • La revizoro, 1907 (L-Ispettur tal-Gvern, ta' Nikolai Gogol);
  • La Predikanto, 1907 (traduzzjoni tal-Ekkleżjastiċi);
  • La Psalmaro, 1908 (traduzzjoni tal-Ktieb tas-Salmi);
  • La rabistoj, 1908 (Il-Ħallelin, ta' Friedrich Schiller);
  • Ifigenio en Taŭrido, 1908 (Ifiġenja f'Tauris, ta' Johann Wolfgang von Goethe);
  • La Rabeno de Baĥaraĥ, 1909 (Ir-Rabbi ta' Bacharach, ta' Heinrich Heine);
  • La Gimnazio, 1909 (Il-Liċeo, ta' Scholem Aleichem);
  • Marta, 1910 (Marta, ta' Eliza Orzeszkowa);
  • Genezo, 1911 (traduzzjoni tal-Ktieb tal-Ġenesi);
  • Eliro, 1912 (traduzzjoni tal-Ktieb tal-Eżodu);
  • Levidoj, 1912 (traduzzjoni tal-Ktieb tal-Levitiku);
  • Nombroj, 1914 (traduzzjoni tal-Ktieb tan-Numri);
  • Readmono, 1914 (traduzzjoni tal-Ktieb tad-Dewteronomju);
  • Malnova Testamento (partijiet mit-Testment il-Qadim).
  1. ^ "The history of invented languages - Failure magazine". web.archive.org. 2017-01-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-01-23. Miġbur 2023-04-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Esperanto | Ethnologue Free". Ethnologue (Free All) (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-14.
  3. ^ Babbel.com; GmbH, Lesson Nine. "What Is Esperanto, And Who Speaks It?". Babbel Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-14.