Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa hu avveniment multi-sportiv li jsir kull sentejn u li ilu jiġi organizzat mill-1985 mill-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali ta' tmien stati Ewropej.

Parteċipanti[immodifika | immodifika s-sors]

Pajjiżi membri

Il-logħob huma organizzati mill-Assoċjazzjoni Atletika tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa (AASSE). Is-sħubija tikkonsisti minn pajjiżi li huma rappreżentati minn Kumitati Olimpiċi Nazzjonali awtonomi, lokalizzati fl-Ewropa, u li għandhom popolazzjoni ta' inqas minn miljun ruħ. Il-pajjiżi parteċipanti huma:

Il-Gżejjer Faroe qed jippruvaw jiksbu rikonoxximent mill-KOI biex b'hekk ikunu jistgħu jipparteċipaw f'dawn il-logħob. B'differenza mill-membri attwali, il-Gżejjer Faroe mhuwiex pajjiż sovran (huwa hu provinċja awtonoma tad-Danimarka).

Edizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Din il-manifestazzjoni, li ssir kull sentejn, tiġi ospitata b'sistema ta' rotazzjoni fil-pajjiżi membri tagħha.

Sena Pajjiż
1985 Bandiera ta' San Marino San Marino
1987 Bandiera tal-Monako Monako
1989 Bandiera ta' Ċipru Ċipru
1991 Bandiera tal-Andorra Andorra
1993 Bandiera ta' Malta Malta
1995 Bandiera tal-Lussemburgu Lussemburgu
1997 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda
1999 Bandiera tal-Liechtenstein Liechtenstein
2001 Bandiera ta' San Marino San Marino
2003 Bandiera ta' Malta Malta
2005 Bandiera tal-Andorra Andorra
2007 Bandiera tal-Monako Monako
2009 Bandiera ta' Ċipru Ċipru[1]
2011 Bandiera tal-Liechtenstein Liechtenstein
2013 Bandiera tal-Lussemburgu Lussemburgu
2015 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda

Lista ta' dixxiplini sportivi[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-Logħob tal-2007, intlagħbu tnax-il dixxiplina sportiva (b'diviżjonijiet kemm għall-irġiel u anki għan-nisa):

Klassifika ta' kull żmien[immodifika | immodifika s-sors]

Poż. Pajjiż Deheb Fidda Bronż Total
1 Iżlanda Iżlanda 367 257 253 877
2 Ċipru Ċipru 363 300 275 938
3 Lussemburgu Lussemburgu 230 268 242 740
4 Monako Monako 90 112 159 361
5 San Marino San Marino 51 85 101 237
6 Malta Malta 49 90 139 278
7 Andorra Andorra 36 69 100 205
8 Liechtenstein Liechtenstein 35 36 54 125
9 Montenegro Montenegro 0 0 0 0

Noti[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Il-Montenegro sar membru tal-AASSE wara l-indipendenza miksuba fl-2006, imma ma bagħat l-ebda atleta fil-logħob tal-2007 f'Monako.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Cyprus to host small European states' games in 2009" (bl-Ingliż). People's Daily Online. 2007-06-05. Miġbur 2007-06-12.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]