Diskussjoni:Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa
Dehra
It-titlu tal-paġna għandu jkun bl-artiklu jew bla artiklu? L-istess għall-isem tal-kategorija? —Chrisportelli (d) 19:37, 23 Mejju 2009 (UTC)
X'tissuġġerixxu traduzzjoni tajba għall-isport bowls? Ma ngħidx li boċċi hux, għax kieku bocce.. —Chrisportelli (d) 19:41, 23 Mejju 2009 (UTC)
Naħseb li t-titli fil-Wikipedija għandhom ikunu kollha mingħajr artiklu fil-bidu--Rmjd (d) 20:20, 23 Mejju 2009 (UTC)
- Però f'artikli bħal "Il-Ktieb ta' Mormon", u "Ir-Rivoluzzjoni Franċiża" għamilna użu tal-artiklu għax ħassejna li kien bżonnjuż. Ma nafx jekk hux il-każ li nużawh hawn ukoll. —Chrisportelli (d) 03:59, 24 Mejju 2009 (UTC)
Għalfejn taħsbu li hemm bżonn l-artiklu? Naħseb iktar ifixkel ir-riċerka tal-utent jiena...forsi għaliex jiena imma jekk se nfittex fuq dan is-suġġett żgur li mhux ħa nibda bl-artiklu imma b'"logħob". :) --Rmjd (d) 06:02, 24 Mejju 2009 (UTC)
- Naqbel miegħek perfettament, però naħseb li xi drabi jkollna bżonn tal-artiklu. Per eżempju, f'Ir-Rivoluzzjoni Franċiża, huwa tajjeb li jinkiteb l-artiklu għax jekk ma jinkitibx it-titlu jkun wisq ġeneriku. Però għal din il-paġna se nneħħi l-artiklu għax ma narahx bżonnjuż. —Chrisportelli (d) 06:17, 24 Mejju 2009 (UTC)
F'din il paġna ngħid li żgur mhemmx bżonnu.--Rmjd (d) 06:20, 24 Mejju 2009 (UTC)