Aqbeż għall-kontentut

Diskussjoni utent:Rmjd

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Għażież Rmjd
Inti għedt li qiegħed tagħmel Masters fit-traduzzjoni. Nista' nissuġġerilek li tħajjar lil sħabek fil-kors li jużaw il-Wikipedija biex jipprattikaw it-traduzzjoni? Waqt li dan iservi ta' tħarriġ għalihom, jgħin ukoll biex inżidu l-artikli fil-Wikpedija.
X'jidhirlek?
Awguri

Leli Forte 13:44, 23 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Mela ħa ngħidlek sigriet. Ħafna nies madwari jaraw il-Wikipedija bil-Malti bħala ħela ta' ħin għax malli edtilhom li qiegħed naqleb xi artikli għall-Malti ħasbuni xbajt mill-ħajja! Fil-klassi tat-traduzzjoni imma qegħdin naqra nies li donnhom għandhom il-ħeġġa li jippromwovu l-użu tal-Malti (għad li ssuġġerejt lil xi wħud jikkontribwixxu għall-Wiki kien kollu ta' xejn). L-aktar ħaġa li vera tirrabjani hija l-mentalita bażwija ta' ħafna tifħir lejn lingwi oħra u ħafna disprezz lejn il-Malti, li naraha mhux ftit madwari. Tal-biki.--Rmjd (d) 23:47, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Charles Darwin

[immodifika s-sors]

Forsi tista' tgħin?

  • Plural ta' "speċi": "speċi" jew "speċijiet"? Fl-artikli l-oħra li għandhom x'jaqsmu mal-bijoloġija intużat "speċijiet". X'taħseb?
  • "sangisug" jew "sangwisug"? Jieh dejjem smajtha "sangisug"!
  • "allavolja" jew "alavolja"?

Awguri
Leli Forte 10:37, 3 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Dan huwa li skoprejt:

  • Id-dizzjunarju ta' Aquilina tagħni x'nifhem li "species" iżżomm il-forma "speċi" anke fil-plural u minn tiftixa li għamilt fuq l-internet tal-kelma jirriżulta li "speċijiet" mhix użata minn sorsi ta' informazzjoni wisq affidabbli.
  • Smajt sewwa...ngħidu "sangisug" u d-dizzjunarju hekk biss itiha.
  • L-ebda mit-tnejn ma nuża fil-kitba jiena. "Minkejja" hija ħafna isbaħ u formali.

U nixtieq inħeġġiġkom tkomplu fuq l-idea tal-Vetrina, għoġbitni ħafna. --Rmjd 10:47, 3 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Rmjd grazzi għall-kummenti tiegħek.
  • Veru li forsi "minkejja" hi aħjar minn "a(l)lavolja" imma la għandna żewġ kelmiet tajjeb li nvarjaw u daqqa nużaw waħda u daqqa l-oħra. Bħal issa mhux qiegħed Malta, tista' tagħmilli pjaċir u tikkonferma l-ortografija minn Aquilina pereżempju.
  • Bit-Taljan in-nom hu "enfasi" u l-verb "enfatizzare". Il-Malti jimxi mat-Taljan f'dal każ?
Awguri
Leli Forte 13:51, 3 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]
  • Skont Aquilina "allavolja" teżisti u hija l-emfasi tal-kelma "avolja". "Alavolja" ma teżistix.
  • Fil-Malti n-nom huwa "enfasi" u ngħidu "enfasizza" skont Aquilina, jiġifieri l-Malti ma jimxix mat-Taljan hawn għax qatt ma juża "enfatizza".

--Rmjd 14:41, 3 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

U għamilt żball anke jiena għax kelli nikteb "enfasi" mhux "emfasi" :)--Rmjd 14:42, 3 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Grazzi ħafna, Leli Forte 14:46, 3 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Għażiż rmjd, hemm spjegazzjoni semplici għalfejn kliem baħl lejh, tah, jistaqsih, jistudjah, nannuh, ħuh jinkitbu b'h u m'hux b'ħ. Fil-kuntest ta' dak il-kliem hemm differenza fil-fonetika bejn iz-żewġ ittri?--Joelemaltais 17:10, 3 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Le f'dan il-kuntest mhemm fonetikament ebda differenza bejn "ħ" u "h" għaliex it-tnejn jinstemgħu "ħ". Il-kliem li semmejt inti jinkiteb kollu b'"h" fl-aħħar għaliex meta dawn jieħdu forom oħrajn il-pronunċja tinbidel eż. niktbu "nannuh" għaliex imbagħad tgħid "nannuhom" mhux "nannuħom", niktbu "lejh" ax ngħidu "lejha" mhux "lejħa", eċċ. Ara imbagħad kelma bħal "uċuħ" hija nom fil-plural li dejjem nippronunċjawha bl-istess mod allura mhemmx raġuni għalfejn għandha tinkiteb "uċuh".--Rmjd 17:29, 3 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Grażżi ta' l-ispjegażżjoni ċara. Pero' forsi qed nitlef xi-punt għax veru loġika is-sistema għalija m'hijiex: X'inhu l'iskop li tissenjalali li il-ħoss f'forom oħrajn jinbiel jekk dann it-tibdil ġa hu konsistenti mas-sistema tal-ħsejjes. U fuq kollox biex twassalli dan is-sinjal ikollok tikser is-sistema tal-ħsejjes :)) --Joelemaltais (d) 23:01, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

lol pruvajt inkun sempliċi imma naħseb ma rnexxilix daqstant! Il-punt tiegħi kien li l-fonetika tittradixxi l-kitba ;)--Rmjd (d) 23:14, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Arja jew erja

[immodifika s-sors]

Fuq din il-wiki mhux l-ewwel darba li ġejn f'din id-dilemma, fuq jekk nużawx arja jew erja għal "area" bl-Ingliż. Raġunijiet diversi jingħataw għala għandna nużaw waħda u mhux l-oħra. Arja tista' tiġi konfonduta mal-kelma 'arja' (air) waqt li erja tinstema' wisq Ingliżizzata. X'taħseb inti? —Chrisportelli (d) 19:56, 6 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Jiena fejn toqgħod nuża l-kelma "żona" għal "area" bl-Ingliż, imma mbagħad nippreferi "erja" minħabba li meta nitkellmu ngħiduha hekk. Il-kelma "arja" toħloq ambigwita ħabba t-tifsira l-oħra ta' "air" u għalhekk naħseb li għandha tiġi evitata. Għad mhemmx mod standard kif niktbu l-kliem Ingliż fil-Malti għax għadha trid toħroġ deċiżjoni uffiċjali l-Akkademja (niktbu "axtrej" flok "extrej" purament ħabba l-pronunzja a la Maltija, u jekk għandna nimxu fuq hekk dan diġa biżżejjed biex wieħed jagħżel "erja" flok "arja"). Dan dak li naħseb jien biss ovvjament :).--Rmjd (d) 20:24, 6 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

wiċċ/uċuħ, medda?--Joelemaltais (d) 23:05, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Issa sew... kedda/keded, sodda/sodod, medda/meded?--Rmjd (d) 23:19, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Le, flok erja kont qed nissuġerixxi 'wiċċ' jew 'medda' :))
Jidher li sar il-ħin ħa ngħidlek...ifhem f'moħħi daħlet ħafna issa li "area=żona" ax ma nafx kemm il darba ttraduċejtha hekk wara ħafna insistenza mingħand il-professur.--Rmjd (d) 23:30, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]
Skużani..tort tiegħi għax ma qrajtx sew il-kument ta chris. Kelli f'moħħi "area=surface area" :*> Naqbel miegħek.--Joelemaltais (d) 23:35, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Mistoqsija

[immodifika s-sors]

"stabbilixxih" jew "stabbilih"? Grazzi Leli Forte (d) 18:37, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

"Stabbilixxih" għaliex ngħidu "stabbilixxa" fis-sens ta' "to establish"; "stabbilih" tintuża fis-sens ta' "to make sth. stable"--Rmjd (d) 19:39, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Cf. [1]. stabbilixxa --> stabbilih --Joelemaltais (d) 23:18, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]
Għadni kif rajt il-kumment fi-paġna tad-diskussjoni ta Charles Darwin :))
Iva pruvajt nirmedja għall-iżball!--Rmjd (d) 23:24, 9 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Termini sportivi

[immodifika s-sors]

Termini sportivi ħallew ċerti dilemmi fuq din il-wiki minħabba li l-Malti lejn dawn l-aħħar snin ftit li xejn kien ippreparat għal termini sportivi ġodda ġejjin mill-Ingliż. Eżempju minnhom, bil-Malti saret ħaġa normali li ngħidu derby (u hekk għandu jkun) imma l-problema hi, fil-ktiba għandna niktbu derby jew derbi (kif tinqara bil-Malti). L-istess japplika għal penalty. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek? —Chrisportelli (d) 07:53, 10 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Anke jiena ma nsibhiex ħaġa faċli li nikteb bil-Malti fuq dan is-suġġett proprju għalhekk. Kemm ngħidlek ukoll li hemm xi ħadd minn sħabi se jagħmel glossarju Ingliż-Malti bit-termini tal-futbol, filkaż intih daqqa t'għajn meta jkun lest ax jaf jgħin ħafna (jiena f'futbol ma nifhimx ħafna jiġifieri iktar u iktar). Jiena għalissa tal-idea li kliem bħal "Derby" u "penalty" jibqgħu jinkitbu hekk (anke għaliex tgħallimna wkoll fit-traduzzjoni li "derbi" u "penalti" jdarrsu xi naqra miktuba hekk) sakemm l-Akkademja tqum minn hemm u toħroġ biċċa regolament sura fuq kliem hekk. Inti s'issa kollox la Maltija qiegħed tikteb?--Rmjd (d) 08:33, 10 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Nisma' mingħandek mela. Jien għalissa ħallejt il-kliem kif inhuma, għax kif qgħidt int, kif jinkitbu bil-Malti ma tantx jidhru sbieħ. —Chrisportelli (d) 08:39, 10 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Ludwig van Beethoven

[immodifika s-sors]

Bħal issa qegħdin nirfinaw l-artiklu Ludwig van Beethoven. Forsi tista' tgħinna u ttina parir.
Awguri
Leli Forte (d) 11:43, 18 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Mistoqsija oħra

[immodifika s-sors]

Forsi tista' tgħinni: Għaliex niktbu "wisa'" u "biża'" u mhux "wisgħa" u "biżgħa" bħal "ħidma"?
Awguri u Grazzi
Leli Forte (d) 14:39, 25 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Sa fejn nista' nifhem jiena, niktbu "biża'" (B-Ż-Għ) iżda qed nara li teżisti wkoll "beżgħa" bħala nom (ex. tieħu beżgħa) pero din tidher m'għadhiex tintuża jew aċċettata. U qed nara wkoll li "wisa'" (W-S-Għ) tfisser "spazju" iżda nużaw "wesgħa" biex ngħidu "spazju miftuħ". Kienet naqra mistoqsija diffiċli din u probabbli m'għintekx wisq, imma issa nistaqsi ftit.--Rmjd (d) 14:55, 25 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Ġejt f'dubju fuq l-użu tal-plural f'diversi nomi, speċjalment il-plural ta' bijologu. Dan għandu jiġi bijologi, bijoloġi jew bijoloġisti? cf.Diskussjoni kategorija:Bijoloġisti BrittaniċiChrisportelli (d) 13:01, 4 Ġunju 2009 (UTC)[wieġeb]