Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009
| Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009
| |
| Pajjiż ospitu | |
| Pajjiżi parteċipanti | 8 |
| Atleti parteċipanti | 1500 |
| Avvenimenti | 12 |
| Ċerimonja tal-ftuħ | 1 ta' Ġunju 2009 |
| Ċerimonja tal-għeluq | 6 ta' Ġunju 2009 |
| Uffiċjalment miftuħin minn | Dimitris Christofias |
| Sit uffiċjali | cyprus2009.org.cy |
Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009 kienu t-13-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru matul Ġunju 2009 fost il-pajjiżi parteċipanti fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ saret fl-1 ta' Ġunju ġewwa Nikosija, f'Ċipru, u dik tal-għeluq saret fis-6 ta' Ġunju. Ċipru ospita din il-manifestazzjoni għat-tieni darba fl-istorja,[1] u din l-edizzjoni tagħlaq għoxrin sena ta' storja ta' dawn il-logħob, bl-ewwel edizzjoni ta' dawn l-istess logħob tmur lura għall-1989.[2] Il-kumitat organizzattiv għandu stima li l-ispiża għal dawn l-avvenimenti hu ta' 1.5 miljun ewro.[3]
Parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]Progamm
[immodifika | immodifika s-sors]| ● | Ċerimonja tal-ftuħ | Kompetizzjonijiet | Finali | ● | Ċerimonja tal-għeluq |
Immaġini tal-logħob
[immodifika | immodifika s-sors]Logo
[immodifika | immodifika s-sors]
Il-logo uffiċjali tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2009 jirrapreżenta l-vapur ta' Kyrenia stilizzat. Il-fdalijiet ta' dan il-ġifen huma forsi l-aktar antiki u l-aktar sejbiet arkeoloġiċi konservati ta' vapur kummerċjali. L-arkeoloġiċi skoprew dawn il-fdalijiet taħt il-baħar ta' Kyrenia fl-1965 u illum jinsabu konservati ġewwa l-Kastell ta' Kyrenia.
Dawn il-vapuri, permezz tat-trasportazzjoni ta' prodotti fil-Mediterran, mhux biss għenu għall-iżvilupp kummerċjali fi ħdan il-Mare Nostrum imma għenu wkoll għall-iskambji kulturali u ta' ideat bejn id-diversi popli li kienu jgħixu qrib il-kosta.
Dan is-simbolu ġie magħżul bħala rappreżentazzjoni tal-istorja, tal-kultura u tas-sens patrijottiku ta' Ċipru u hu wkoll rappreżentat fuq il-muniti tal-10, l-20, u l-50 ċenteżmu tal-ewro ta' Ċipru.
Maskot
[immodifika | immodifika s-sors]Il-maskot uffiċjali ta' dawn il-logħob huwa Tefkros, ħamiemu, li ġie imħabbar fuq is-sit uffiċjali tal-logħob nhar l-14 ta' Mejju, 2008.
Impjanti
[immodifika | immodifika s-sors]Il-maġġoranza tal-avvenimenti sportivi saru f'impjanti ġewwa jew madwar il-belt kapitali Nikosija. Il-belt fin-naħa t'isfel ta' Limassol ospitat l-logħob tal-ġinnastika u sport akwatiku waqt li l-avvenimenti tal-mountain bike ġew miżmuma fil-Park Nazzjonali ta' Machairas, b'medja ta' altitudni ta' 700m.[4][5]
| Dixxiplina sportiva | Impjanti | Belt/Lokalità |
|---|---|---|
| Atletika | Stadju GSP | Nikosija |
| Baskitbol | Eleftheria Indoor Hall | Nikosija |
| Beach volley | Sailing Centre | Limassol |
| Ċikliżmu | Mountain Bike Track | Machairas |
| Ġinnastika | Palais de Sport | Limassol |
| Ġudo | Lefkotheo Indoor Hall | Nikosija |
| Ibburdjar | Sailing Centre | Limassol |
| Sparar | Olympic Shooting Range | Nikosija |
| Għawm | Olympic Swimming Pool | Nikosija |
| Table tennis | Evangelos Florakis Indoor Hall | Nikosija |
| Tennis | National Tennis Centre | Nikosija |
| Volibol | University of Cyprus Sports hall | Nikosija |
| Ċerimonji tal-ftuħ u l-għeluq | Stadju GSP | Nikosija |
Tabella tal-midalji
[immodifika | immodifika s-sors]| Poż. | Pajjiż | ||||
|---|---|---|---|---|---|
| 1 | 59 | 47 | 33 | 139 | |
| 2 | 32 | 24 | 25 | 81 | |
| 3 | 26 | 17 | 19 | 62 | |
| 4 | 7 | 18 | 17 | 42 | |
| 5 | 4 | 9 | 16 | 29 | |
| 6 | 3 | 5 | 13 | 21 | |
| 7 | 2 | 4 | 12 | 18 | |
| 8 | 1 | 7 | 9 | 17 |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Cyprus to host small European states' games in 2009" (bl-Ingliż). People's Daily Online. 2007-06-05. Miġbur 2007-06-12.
- ↑ "Monaco to host 2007 GSSE" (bl-Ingliż). Sports Business News. 2003-06-06.
- ↑ "Cypriot organizers expect record high participation in games for small European states" (bl-Ingliż). People's Daily Online. 2009-02-17. Miġbur 2009-02-17.
- ↑ "XIII Games of the Small States of Europe CYPRUS 2009" (bl-Ingliż). Kumitat Olimpiku Ċiprijott. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-03. Miġbur 2008-07-16.
- ↑ "XIII Games of the Small States of Europe CYPRUS 2009, Venues" (bl-Ingliż). Kumitat Olimpiku Ċiprijott. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-02. Miġbur 2008-07-16.