Lista ta' pajjiżi membri tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Membri kurrenti tal-Commonwealth (blu), membri sospiżi kurrenti (aħdar), u membri passati (oranġjo).

Il-Commonwealth tan-Nazzjonijiet hi organizzazzjoni ta' stati sovrani, li ħafna minnhom kienu jiffurmaw parti mill-Imperu Ingliż. Dawn il-pajjiżi jikkollaboraw flimkien u jaħdmu sabiex, fost oħrajn, jippromwovu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, it-tmexxija tajjeb, il-libertà tal-persuna umana, il-kummerċ ħieles, u l-paċi fid-dinja.

L-Organizzazzjoni taf il-bidu tagħha bl-Istatut ta' Westminster tal-1931, liema statut jgħid li l-pajjiżi membri tal-Commonwealth huma indaqs u għandhom ilkoll l-istess importanza. Il-Commonwealth għandha bħala l-kap tagħha, kariga ċerimonjali u li hi preżentament okkupata mill-Reġina Eliżabetta II tal-Ingilterra. Barra minn hekk, ir-Reġina hi ukoll il-Monarka ta' sittax-il pajjiż membru tal-Commonwealth.

Preżentament hemm 53 pajjiż membru, li b'kollox jagħmlu mal-1.9 billjun ruħ.

Lista tal-pajjiżi[immodifika | immodifika s-sors]

Pajjiż Data tas-sħubija Kontinent Popolazzjoni Noti
Afrika t'Isfel Afrika t'Isfel 11 ta’ Diċembru 1931 Afrika 49,423,000 Ingħata l-istatus ta’ dominju fil-31 ta’ Mejju, 1910. Kien wieħed mid-dominji oriġinali fi żmien l-iStatut ta’ Westminster, fl-1931. Ħalla l-għaqda fil-31 ta’ Mejju, 1961, u reġa’ ingħaqad fl-1 ta’ Ġunju, 1994.
Antigwa u Barbuda Antigwa u Barbuda 1 ta' Novembru, 1981 Amerika ta' Fuq 81,000
Awstralja Awstralja 11 ta' Diċembru, 1931 Oċeanja 20,555,300 Wieħed mid-Dominji tal-Ingilterra fi żmien l-Istatut ta' Westminster. Jirrikonoxxi lir-Reġina bħala l-Kap tal-Istat tiegħu.
Baħamas Baħamas 20 ta' Lulju 20, 1973 Amerika ta' Fuq 323,000
Bangladexx Bangladexx April 18, 1972 Asja 148,384,000 Sar stat indipendenti mill-Pakistan fl-1971
Barbados Barbados Novembru 30, 1966 Amerika ta' Fuq 279,000
Beliże Beliże 21 ta' Settembru, 1981 Amerika ta' Fuq 287,730
Botswana Botswana 30 ta' Settembru, 1966 Afrika 1,765,000
Brunej Brunej 1 ta' Jannar, 1984 Asja 374,000
Ċipru Ċipru 13 ta' Marzu, 1961 Ewropa/Asja 818,200 Sar indipendenti mill-Ingilterra fit-18 ta' Awwissu 1960.
Dominika Dominika 3 ta' Novembru, 1978 Amerika ta' Fuq 79,000
Ġamajka Ġamajka 6 ta' Awwissu, 1962 Amerika ta' Fuq 2,651,000
Gambja Gambja 18 ta' Frar, 1965 Afrika 1,517,000
Gana Gana 6 ta' Marzu, 1957 Afrika 22,113,000
Grenada Grenada 7 ta' Frar, 1974 Amerika ta' Fuq 103,000
Gujana Gujana 26 ta' Mejju, 1966 Amerika ta' Isfel 751,000
Gżejjer Solomon Gżejjer Solomon 7 ta' Lulju, 1978 Oċeanja 913,000
Indja Indja 15 ta' Awwissu, 1947 Asja 1,100,000,000
Kamerun Kamerun 13 ta' Novembru, 1995 Afrika 16,322,000
Kanada Kanada 11 ta' Diċembru, 1931 Amerika ta' Fuq 32,654,500 Wieħed mid-Dominji tal-Ingilterra fi żmien l-Istatut ta' Westminster. Jirrikonoxxi lir-Reġina bħala l-Kap tal-Istat tiegħu.
Kenja Kenja 12 ta' Diċembru, 1963 Afrika 34,256,000
Kiribati Kiribati 12 ta' Lulju, 1979 Oċeanja 99,000
Lesoto Lesoto 4 ta' Ottubru, 1966 Afrika 1,795,000
Malawi Malawi 6 ta' Lulju, 1964 Afrika 12,884,000
Malażja Malażja 16 ta' Settembru, 1963 Asja 27,356,000 Ingħaqdet oriġinarjament bħala l-Federazzjoni tal-Malaja fl-1957, u fl-1963 riformata bħala l-Malasja u l-federazzjoni tagħha flimkien ma' Singapore (li sar membru għalieh fl-1965, Sabaħ u Sarawak.
Maldive Maldivi 9 ta' Lulju, 1982 Asja 329,000 Sar indipendenti mill-Ingilterra fis-16 ta' Mejju 1965. Kien membru speċjali mid-9 ta' Lulju 1982 sal-20 ta' Lulju, 1985
Malta Malta 21 ta' Settembru, 1964 Ewropa 402, 668
Mawrizju Mawrizji 12 ta' Marzu, 1968 Afrika 1,245,000
Możambik Możambikk 13 ta' Novembru, 1995 Afrika 19,792,000
Namibja Namibja 21 ta' Marzu, 1990 Afrika 2,031,000
Nawru Nawru 1 ta' Novembru, 1968 Oċeanja 14,000 In-Nawru hu membru speċjali. Sar membru sħiħ fl-1 ta' Mejju 1999, iżda reġa' mar lura għall-istatus ta' membru speċjali fl-2006.
New Zealand New Zealand 11 ta' Diċembru, 1939 Oċeanja 4,147,972 Wieħed mill-membru oriġinali fi żmien l-Istatut ta' Westminster li ġie adottat fil-pajjiż fl-1947.
Niġerja Niġerja 1 ta' Ottubru, 1960 Afrika 132,796,000 Ġie sospiż fl-1995, iżda reġa' sar membru fl-1999.
Pakistan Pakistan 14 ta' Awissu, 1947 Asja 158,352,000 Telaq minn membru fl-1972, u reġa' ingħaqad fl-1989. Ġie sospiż fl-1999 u l-2007, u reġa ġie aċċettat fl-2004 u l-2008 rispettivament.
Papwa Ginea Ġdida Papwa Gwinea l-Ġdida 16 ta' Settembru, 1975 Oċeanja 5,887,000
Renju Unit Renju Unit 11 ta' Diċembru, 1931 Ewropa 60,209,500 Ir-Renju Unit kien il-fundatur u fost l-ewwel li saru membri permezz tal-Istatut ta' Westminster.
San Kitts u Nevis San Kitts u Nevis 19 ta' Settembru, 1983 Amerika ta' Fuq 43,000
Santa Luċija Santa Luċija 22 ta' Frar, 1979 Amerika ta' Fuq 161,000
San Vinċenz u l-Grenadini San Vinċenz u l-Grenadini 27 ta' Ottubru, 1979 Amerika ta' Fuq 119,000 San Vinċenz u l-Grenadini kien membru speċjali bejn is-27 ta' Ottubru 1979 sal-1 ta' Ġunju 1985.
Samoa Samoa 28 ta' Awissu, 1970 Oċeanja 185,000 Kiseb l-indipendenza fl-1 ta' Jannar 1962, u ssieħeb bħala s-Samoa tal-Punent. Bidel ismu f'Samoa fl-4 ta' Lulju 1997.
Seychelles Seychelles 29 ta' Ġunju, 1976 Afrika 84,000
Sierra Leone Sierra Leone 27 ta' April, 1961 Afrika 5,695,000
Singapor Singapor 15 ta' Ottubru, 1965 Asja 4,986,000 Oriġinarjament ingħaqad bħala parti mill-Malasja fis-16 ta' Settembru 1963.
Sri Lanka Sri Lanka 4 ta' Frar, 1948 Asja 20,743,000 Oriġinarjament ingħaqad taħt l-isem tad-Dominju ta’ Ceylon, u biddel ismu fl-1972
Sważiland Sważiland 6 ta' Settembru, 1968 Afrika 1,182,000
Tanżanija Tanżanija 26 ta' April, 1964 Afrika 43,729,000
Tonga Tonga 4 ta' Ġunju, 1970 Oċeanja 102,000
Trinidad u Tobago Trinidad u Tobago 31 ta' Awissu, 1962 Amerika ta' Fuq 1,335,000
Tuvalu Tuvalu 1 ta' Ottubru, 1978 Oċeanja 12,000 Kien membru speċjali bejn l-1 ta' Ottubru, 1978 u l-1 ta' Settembru, 2000.
Uganda Uganda 9 ta' Ottubru, 1962 Oċeanja 32,816,000
Vanwatu Vanwatu 30 ta' Lulju, 1980 Afrika 241,000 Kiseb l-Indipendenza mir-renji ta' Franza u r-Renju Unit.
Żambja Żambja 24 ta' Ottubru, 1964 Afrika 12,935,000

Membri sospiżi[immodifika | immodifika s-sors]

Isem Data ta' Sħubija Kontinent Data ta' sospensjoni Noti
Fiġi Fiġi 10 ta' Ottubru 1970 Oċeanja 8 ta' Diċembru 2006 Sospiż fl-2006 bir-raġuni tkun il-kolp ta' stat fil-pajjiż.

Eks-membri[immodifika | immodifika s-sors]

Isem Data ta' Sħubija Kontinent Data ta' tluq Noti
Repubblika tal-Irlanda Repubblika tal-Irlanda 11 ta' Diċembru 1931 Ewropa 18 ta' April 1949 Wieħed mid-dominji oriġinali fi żmien l-iStatut ta’ Westminster, fl-1931. Telaq mill-Commonwealth fl-1949 wara li l-Parlament Irlandiż għadda r-Republic of Ireland Act.
Żimbabwe Żimbabwe 1 ta' Ottubru 1980 Oċeanja 7 ta' Diċembru 2003 Sospiż fid-19 ta' Marzu 2002. Telaq b'mod volontarju fis-7 ta' Diċembru 2003.

Membri xolti[immodifika | immodifika s-sors]

Isem Data ta' Sħubija Kontinent Data ta' xoljiment Reġa' ingħaqad bħala Noti
Malaja 31 ta' Awissu 1957 Asja 15 ta' Settembru 1963 Malażja Malażja Riformat bħala l-Federazzjoni tal-Malasja ma' Singapor (li sar membru separat fl-1965), Sabah, u Sarawak.
Newfoundland 11 ta' Diċembru 1931 Amerika ta' Fuq 16 ta' Frar 1934 Kanada Kanada Wieħed mid-dominji oriġinali fi żmien l-iStatut ta’ Westminster, fl-1931. Il-Gvern ġie sospiż fl-1934, u ingħaqad mal-Kanada fil-31 ta' Marzu 1949.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]