Aqbeż għall-kontentut

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn João Alves de Assis Silva)

Jô ma' CSKA Moscow fl-2008
Informazzjoni personali
Isem sħiħJoão Alves de Assis Silva
Twelid20 ta' Marzu 1987 (1987-03-20) (38 sena)
São Paulo, Brażil
Tul1.91m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliCorinthians
Numru77
Mixtliet
2000–2003Corinthians
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2005Corinthians
2005–2008CSKA Moscow
2008–2011Manchester City
2009Everton (self)
2009–2010Everton (self)
2010Galatasaray (self)
2011–2012Internacional
2012–2015Atlético Mineiro
2015–2016Al Shabab
2016Jiangsu Suning
2017Corinthians
2018–2020Nagoya Grampus
2020–Corinthians
Tim nazzjonali
2008Brażil U23
2007–2014Brażil

João Alves de Assis Silva (São Paulo, 20 ta' Marzu 1987), komunement imsejjaħ bħala , huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab ma' Corinthians bħala attakkant.

Huwa qabel lagħab għal Corinthians, CSKA Moscow, Manchester City, Everton, Galatasaray, Internacional u Atlético Mineiro.

Huwa twieled f'São Paulo, Jô lagħab għall-ġenb Brażiljan Corinthians matul is-snin 2003–2005. Huwa għamel 54 apparenzi u skorja 23 gowls. Fl-2005 huwa ġie trasferit għall-klabb Russu CSKA Moscow.

Jô skorja 14-il gowl fl-ewwel 18-il apparanza għal CSKA Moscow. Fil-UEFA Champions League, Jô skorja żewġ gowls fil-logħbiet kontra Inter Milan, darba ġo telfa drammatika 4–2 ġewwa San Siro. B'kollox Jô deher 77 logħba għal CSKA Moscow u skorja 44 gowl.

Manchester City

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-31 ta' Lulju 2008, Manchester City iffirmaw lil Jô għall-ammont mhux żvelat maħsub li jkun jiswa madwar £19-il miljun, it-trasferiment għamel rekord lill-klabb f'dak iż-żmien.[1] Huwa skorja gowl wieħed biss f'9 logħbiet li sar kontra Portsmouth[2] u wkoll skorja doppjeta fit-Tazza UEFA kontra Omonia Nicosia.[3] Jô sabha bi tqila biex jistabbilixxi ruħu fit-tim ta' City filwaqt li hu deher biss 6 logħbiet fil-bidu tal-istaġun 2008–09.

Jô ma' Everton qabel logħba ta' ħbiberija kontra Bury fl-10 ta' Lulju 2009.

Jô ssieħeb ma Everton b'self fi Frar 2009, sal-aħħar tal-istaġun 2008–09.[4] Hu għamel id-debutt tiegħu ġewwa Goodison Park kontra Bolton Wanderers filwaqt li skorja doppjeta f'rebħa ta' 3–0.[5] Hu spiċċa l-istaġun b'ħames gowl minn tnax-il apparenza tal-kampjonat.

Huwa rritorna lejn Manchester City fl-aħħar tal-istaġun,[6][7] iżda reġa ssieħeb mill-ġdid ma' Everton b'self għall-istaġun 2009–10,[8] bl-għażla ta' pass permanenti fit-tmiem ta' dak il-perjodu.[9][10] L-ewwel gowl kompetittiv tiegħu wasal kontra AEK Athens f'logħba tal-gruppi tal-Europa League, fejn Everton rebħu 4–0.[11][12] Wara li mar lura l-Brażil mingħajr permess matul il-perjodu tal-Milied, il-kowċ ta' Everton David Moyes issospendih għall-ksur ta' kondotta.[13]

Wara l-ksur ta' kondotta ma' Everton, hu rritorna ma' Manchester City u kien imsellef ma' Galatasaray fl-istess ġurnata.[14] Huwa skorja tlett gowls matul il-perjodu ta' self ma' Galatasaray.

Huwa reġa' irritorna ma' Manchester City wara li l-perjodu ta' self ma' Galatasaray kien skada. Jô skorja gowl fil-logħba ta' ritorn kontra Portland Timbers u kien ukoll suċċessiv fil-logħob ta' ħbiberija tal-pre-staġun kontra New York Red Bulls, Borussia Dortmund u Valencia CF rispettivament. Imbagħad huwa reġa' skorja fl-Europa League f'rebħa kontra Red Bull Salzburg[15] u fil-League Cup fit-telfa ma' West Bromwich Albion,[16] dawn kienu ir-raba' u l-ħames gowls tiegħu għall-klabb.

Sport Club Internacional

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-20 ta' Lulju 2011, wara l-perjodu diżappuntanti ma' Manchester City, fejn skorja 6 gowls f'41 apparenzi, Jô ddeċieda li jirritorna lejn il-Brażil u ssieħeb ma' Sport Club Internacional biex jipprova jerġa jqajjem l-karriera tiegħu.

Atlético Mineiro

[immodifika | immodifika s-sors]

F'Mejju 2012, Jô ffirma ma' klabb ieħor Brażiljan Atlético Mineiro, fejn hu ffurma sħubija tal-attakk ma' Ronaldinho. Hu rebaħ il-Campeonato Mineiro u għen lill-klabb jirbaħ l-ewwel titlu tal-Copa Libertadores fl-2013.[17]

Fl-4 ta' Novembru 2014, wara sensiela ta' atti ta' indixxiplina, Jô kien irrappurtat rilaxxat mill-uffiċjali tal-klabb.[18] Fl-10 ta' Jannar 2015, kien mill-ġdid fl-iskwadra flimkien ma Emerson Conceição u André, li kienu wkoll ġew sospiżi mill-kowċ Levir Culpi.[19] Fit-3 ta' Mejju 2015, wara aktar minn sena mingħajr gowl wieħed, Jô qam bħala sostitut fil-finali tal-Campeonato Mineiro 2015 kontra Caldense u skorja l-gowl tar-rebħa tal-logħba minn pożizzjoni ta' offside, biex b'hekk Atlético rebħu 2-1 u ġew inkurunati ċampjins tal-kompetizzjoni għat-43 darba.[20]

F'Lulju 2015, Jô ffirma ftehim mal-klabb Emirat Al Shabab.[21]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Jô rċieva l-ewwel għajta mat-Tim nazzjonali Brażiljan f'Mejju 2007 u kien fl-iskwadra biex jilagħab kontra l-Ingilterra, iżda ma lagħabx. F'Ġunju 2007, fl-eta' ta' 20, huwa għamel id-debutt internazzjonali tiegħu f'logħba ta' ħbiberija kontra t-Turkija.

Jô kien imsemmi fl-iskwadra Brażiljana għall-Logħob Olimpiku 2008 f'Bejġing. Huwa skorja gowl f'rebħa ta' 3–0 kontra Singapor, f'logħba ta' ħbiberija pre-Olimpika. Wara li kiseb numru żgħir ta' dehriet aktar sostituti fil-Logħob Olimpiku, hu mar biex jiskorja żewġ gowls fil-logħba tat-tielet post fejn il-Brażil rebħu bl-iskor ta' 3–0 kontra l-Belġju. Huwa ma ġiex inkluż fi kwalunkwe skwadri ulterjuri.

Fis-7 ta' Ġunju 2013, Jô kien imsejjaħ biex jissostitwixxa lil Leandro Damião għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013, li ġie rtirat mill-iskwadra oriġinali minħabba xi korriment.[22] Fil-logħba tal-ftuħ, hu skorja l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu f'rebħa ta' 3–0 kontra l-Ġappun. Huwa mbagħad skorja t-tieni gowl tiegħu għall-Brażil kontra l-Messiku fid-19 ta' Ġunju, 2013, erbat ijiem wara li skorja l-ewwel gowl tiegħu. Fis-7 ta' Settembru 2013, hu skorja t-tielet u r-raba' gowls tiegħu għall-Brażil f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Awstralja.

Gowls internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
Punteġġi u r-riżultati tal-Brażil qedgħin fil-lista xellugija.
#DataPostAvversarjuPunteġġRiżultatKompetizzjoni
1.15 ta' Ġunju 2013Estádio Nacional Mané Garrincha, Brażilja, Brażil Ġappun3–03–0Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
2.19 ta' Ġunju 2013Castelão, Fortaleza, Brażil Messiku2–02–0
3.7 ta' Settembru 2013Estádio Nacional Mané Garrincha, Brażilja, Brażil Awstralja
1–0
6–0
Logħba ta' ħbiberija
4.
2–0
5.10 ta' Settembru 2013Gillette Stadium, Foxborough, Stati Uniti Portugall
3–1
3–1
Logħba ta' ħbiberija

Aġġornata fit-3 ta' Frar 2015

Klabb Staġun Kampjonat Tazza Tazza tal-Kampjonat Kontinentali Kampjonat tal-Istat Total
PreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowlsPreżGowls
Corinthians 2003 14100000000141
2004 42800000000428
2005 25800000000258
Total 8117000000008117
CSKA Moscow 2006 1814770051--3022
2007 2713410074--3818
2008 83210000--104
Total 533013900125--7844
Manchester City 2008–09 91200062--153
Total 91200062--153
Everton (self) 2008–09 125000000--125
2009–10 150110071--232
Total 275110071--357
Galatasaray (self) 2009–10 133200000--153
Total 133200000--153
Manchester City 2010–11 120501152--233
Total 120501152--233
Internacional 2011 162000020--182
2012 00000050133183
Total 162000070133365
Atlético Mineiro 2012 2910000000--2910
2013 21620--1671365219
2014 16020--8494338
2015 2100--302172
Total 66164000189281211637
Total tal-Kariera 2747425101155193513393117
Corinthians
CSKA Moscow
Internacional
Atlético Mineiro
Brażil
  1. "Man City complete record Jo deal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-07-03. Miġbur 2009-02-01.
  2. Whyatt, Chris (2008-09-21). "Man City 6–0 Portsmouth" (bl-Ingliż). BBC Sport.
  3. Bevan, Chris (2008-09-18). "Omonia Nicosia 1–2 Man City" (bl-Ingliż). BBC Sport.
  4. "Man City misfit Jô joins Everton on loan" (bl-Ingliż). ESPN. 2009-02-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-24. Miġbur 2011-11-20.
  5. "Everton 3–0 Bolton" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-02-07. Miġbur 2012-12-29.
  6. "Costly Jô to return to Man City after Everton loan" (bl-Ingliż). Sports Illustrated. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-05. Miġbur 2011-11-20.
  7. "Jô will rejoin Man City – Moyes" (bl-Ingliż). BBC News. 2009-05-23. Miġbur 2011-11-20.
  8. "Manchester City Loan Jô Back To Everton For Next Season" (bl-Ingliż). Goal.com. 2009-07-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-06. Miġbur 2011-11-20.
  9. "Everton likely to re-sign Jô on loan from Manchester City" (bl-Ingliż). UK: The Daily Telegraph. 2009-07-07. Miġbur 2011-11-20.
  10. "Everton Agree Jô Loan Deal With Manchester City" (bl-Ingliż). Goal.com. 2009-07-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-09. Miġbur 2011-11-20.
  11. Standley, James (2009-09-17). "Everton 4–0 AEK Athens" (bl-Ingliż). BBC News. Miġbur 2011-11-20.
  12. "Pienaar fires for Everton". Dispatch.co.za (bl-Ingliż). 2010-12-07. Miġbur 2011-11-20.
  13. "Moyes suspends Jo over Brazil trip" (bl-Ingliż). The Irish Times. 2010-01-01. Miġbur 2011-11-20.
  14. "Jô seals loan move to Galatasaray" (bl-Ingliż). BBC News. 2010-01-21. Miġbur 2010-05-06.
  15. "Red Bull Salzburg 0 – 2 Man City" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-09-16.
  16. "West Brom 2 – 1 Man City" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-09-22.
  17. http://www.bbc.co.uk/sport/0/football/23489624
  18. "Brazil striker Jô released by Atlético Mineiro for indiscipline" (bl-Ingliż). The Guardian. 2014-11-04.
  19. "Levir reintegra Jô, André e Emerson Conceição ao elenco do Galo" (bil-Portugiż). Lance!. 2015-01-10.
  20. "Jô marca, põe fim a jejum de mais de um ano e Atlético conquista 43º título mineiro" (bil-Portugiż). ESPN Brasil. 2015-05-03.
  21. "Jô é apresentado no Al Shabab e revela sonho de voltar à Seleção" (bil-Portugiż). Globo Esporte. 2015-07-08.
  22. "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-04-20. Miġbur 2013-07-01.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • fuq Soccerbase Immodifika fuq Wikidata