Guillermo Stábile
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Guillermo Stábile | ||
Twelid | 17 ta' Jannar 1905 Buenos Aires, Arġentina | ||
Mewt | 26 ta' Diċembru 1966 (61 sena) Buenos Aires | ||
Tul | 1.68 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
Sportivo Metán | |||
1920–1923 | Huracán | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1924–1930 | Huracán | ||
1930–1934 | Genoa | ||
1934–1935 | Napoli | ||
1935–1936 | Genoa | ||
1936–1939 | Red Star Paris | ||
Tim nazzjonali | |||
1930 | Arġentina | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
1931–1932 | Genoa | ||
1937–1939 | Red Star Paris | ||
1939–1940 | San Lorenzo | ||
1939–1960 | Arġentina | ||
1940–1941 | Estudiantes de La Plata | ||
1940–1949 | Huracán | ||
1949–1960 | Racing Club |
Guillermo Stábile (twieled fis-17 ta' Jannar 1905 – miet fis-26 ta' Diċembru 1966) kien plejer u kowċ tal-futbol Arġentin. Stábile rebaħ żewġ kampjonati ma' Huracán u lagħab fl-Italja u Franza. Hu kien l-aqwa skorer fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret fl-1930. Bħala kowċ, hu mexxa lill-Arġentina għar-rebħ ta' sitt titli tal-Copa América waqt li wassal lil Racing Club għar-rebħ ta' tliet titli tal-kampjonat.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Il-karriera tiegħu bdiet ma' Huracán fejn lagħab magħhom bejn l-1924 u l-1930. Għall-bidu beda jilgħab bħala midfilder laterali, però evolva bħala attakkant. Mal-klabb Arġentin hu rebaħ il-kampjonat darbtejn u t-trofew reġjonali Copa Dr. Carlos Ibarguren fl-1925. Wara l-marka li ħalla fl-ewwel Tazza tad-Dinja, hu ttrasferixxa fl-Ewropa sabiex jilgħab ma' Genoa, tim li magħhom lagħab 41 logħba u skorja 15-il gowl. Tlieta minn dawn il-gowls waslu fid-debutt tiegħu fis-16 ta' Novembru 1930, kontra Bologna li ntemmet 3–1.
L-esperjenza mal-klabb kienet imtappna minn problemi fiżiċi: l-ewwel waħda seħħet fid-29 ta' Marzu 1931, meta f'logħba ta' ħbiberija kontra Alessandria kiser saqajh il-leminija fi skontru mal-gowler avversarju. It-tieni inċident seħħ fis-26 ta' Marzu 1930 fil-logħba kontra Fiorentina, fejn wara daħla ma' avversarju hu reġa' kiser l-istess sieq. Fis-17 ta' Settembru 1933, fil-konfront kontra n-Napoli reġa' korra fil-ligamenti ta' saqajh il-leminija.
Minkejja din is-serje ta' problemi, fl-1934 ġie iffirmat min-Napoli fejn lagħab magħhom għal staġun wieħed biss. F'dak l-istaġun skorja 3 gowls f'20 logħba. Fl-1935, reġa' rritorna għal ftit ma' Genoa, qabel ma' f'Ottubru tal-istess sena xtara l-kumplament tal-kuntratt tiegħu u mar Franza sabiex jilgħab ma' Red Star ta' Pariġi, il-klabb li magħhom kiseb il-promozzjoni għall-ogħla diviżjoni.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Stábile iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Arġentina ta' 25 sena, fit-tieni logħba tat-tim fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret fl-1930 ġewwa l-Urugwaj. Kontra l-Messiku, l-Arġentina rebħet 6–3 fejn Stábile skorja tripletta. Għal ħafna snin din kienet ikkunsidrata bħala l-ewwel tripletta f'fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, sakemm fl-2006 il-FIFA iddikjarat li Bert Patenaude skorja l-ewwel triplett jumejn qabel dik ta' Stábile.
Fl-aħħar logħba mill-grupp, l-Arġentina affrontaw ir-rivali Sud-Amerikani taċ-Ċili u rebħulhom 3–1 bi Stábile iniżżel ismu għal darb'oħra fost l-iskorers b'doppjetta. Fis-semifinali kontra l-Istati Uniti, l-Arġentina rebħu faċilment 6–1 u Stábile skorja tnejn mill-gowls sabiex wassalhom għall-finali. Kontra l-ospiti tal-Urugwaj, l-Arġentina daħlu fil-mistrieħ 2–1 minn fuq, bi Stábile jiskorja t-tieni gowl. Madanakollu, l-Urugwaj qalbu l-iskor fit-tieni taqsima sabiex rebħu 4–2. Minkejja t-telfa finali, hu spiċċa l-aqwa skorer fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.
Logħbiet internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Dehriet u gowls internazzjonali – Arġentina | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Data | Belt | Ġo darhom | Riżultat | Ospiti | Kompetizzjoni | Gowls |
19 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Arġentina | 6–3 | Messiku | Tazza tad-Dinja 1930 | 3 |
22 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Arġentina | 3–1 | Ċili | Tazza tad-Dinja 1930 | 2 |
26 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Arġentina | 6–1 | Stati Uniti | Tazza tad-Dinja 1930 | 2 |
30 ta' Lulju 1930 | Montevideo | Urugwaj | 4–2 | Arġentina | Tazza tad-Dinja 1930 | 1 |
Total | Preżenzi | 4 | Gowls | 8 |
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Huracán
- Primera División: 1925, 1928
- Copa Ibarguren: 1925
Kowċ
[immodifika | immodifika s-sors]- Arġentina
- Campeonato Sudamericano: 1941, 1945, 1946, 1947, 1955, 1957
- Kampjonat Pan-Amerikan: 1960
- Primera División
- Primera División: 1949, 1950, 1951