Giuseppe Rossi
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 1 ta' Frar 1987 Teaneck, Stati Uniti | ||
Tul | 1.73 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1993–1999 | Clifton Stallions | ||
2000–2004 | Parma | ||
2004 | Manchester United | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2004–2007 | Manchester United | ||
2006 | → Newcastle United (self) | ||
2007 | → Parma (self) | ||
2007–2013 | Villarreal | ||
2013–2017 | Fiorentina | ||
2016 | → Levante (self) | ||
2016–2017 | → Celta (self) | ||
2017–2018 | Genoa | ||
2020 | Real Salt Lake | ||
2021–2022 | SPAL | ||
Tim nazzjonali | |||
2008–2014 | Italja |
Giuseppe Rossi (twieled fl-1 ta' Frar 1987) huwa plejer tal-futbol Taljan li jilgħab bħala attakkant.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Rossi twieled fl-Istati Uniti, preċiżament f'Teanec minn ġenituri Taljani; missieru, Ferdinando Rossi, kien kowċ tal-futbol u kien jgħallem it-Taljan u l-Ispanjol fl-iskola sekondarja ta' Clifton, filwaqt li ommu, Cleonilde Rossi, kienet ukoll għalliema tal-lingwi fi Clifton.[1]
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Manchester United
[immodifika | immodifika s-sors]Fis-sena 2000, ta' tlettax-il sena, il-klabb ta' Parma innota lil Rossi u ġabitu l-Italja fejn rawmitu fi ħdan is-settur mixtla tal-istess klabb. Fis-sajf tal-2004, ta' sbatax-il sena, ġie akkwistat minn Manchester United.[2] Wara li impressjona mat-tim tar-riservi, hu ddebutta mar-Red Devils bħala sostitut fl-10 ta' Novembru 2004, fil-partita valida għal-League Cup, kontra Crystal Palace. Fil-15 ta' Ottubru 2005, ta' tmintax-il sena, sab ix-xibka għall-ewwel darba fil-Premier League, meta inqas minn għaxar minuti minn x'ħin daħal bħala sostitut kontra Sunderland, skorja t-tielet gowl ta' United minn tmintax-il metru, biex tahom rebħa ta' 3–1.[3] Fit-tieni staġun tiegħu f'Manchester, iddebutta wkoll fil-UEFA Champions League, fejn kiseb żewġ preżenzi, waqt li skorja tliet gowls fit-tazzi nazzjonali. B'hekk temm l-istaġun tiegħu b'4 gowls fi 12-il logħba.
Fil-bidu tal-istaġun 2006–07, Rossi ingħata b'self lil Newcastle United sal-1 ta' Jannar 2007, biex ikun jista' jikseb biżżejjed esperjenza. L-uniku gowl bil-flokk iswed u abjad wasal fil-25 ta' Ottubru 2006, kontra Portsmouth fit-tielet rawnd tal-Carling Cup.[4]
Parma
[immodifika | immodifika s-sors]Fis-17 ta' Jannar 2007 ġie msellef lil Parma sal-aħħar nofs tal-istaġun.[5]
Skjerat mill-bidu fost l-ewwel ħdax, fil-partita debuttanti tiegħu fil-21 ta' Jannar, hu skorja l-gowl li wassal lill-Parma biex jegħlbu lil Torino 1–0 u biex jirritoraw lura lejn ir-rebħ wara nixfa ta' rebħa li kienet tmur lura lejn l-10 partiti preċedenti. Fis-7 ta' April, fil-partita ġewwa darhom kontra Livorno, hu skorja gowl fil-91 minuta li ta lill-Parma r-rebħa, u reġa' rrepeta dan fit-18 ta' April, meta b'permezz tal-ewwel doppjetta tiegħu fis-Serie A, hu ta rebħa prezzjuża 'l-Parma kontra Fiorentina. Erbat ijiem wara, permezz ta' gowl fir-rebħa ta' 4–3 li Parma għamlu fuq Palermo, din kienet tfisser l-ewwel rebħa tal-klabb barra minn daru għal dak l-istaġun.
Il-prestazzjonijiet tiegħu fid-dsatax-il partita li lagħab,[6] li fihom skorja disa' gowls, wasslu 'l-Parma ta' Claudio Ranieri li jakkwistaw it-tnax-il post, meta salvaw mir-relegazzjoni fl-aħħar ġurnata.
Villarreal
[immodifika | immodifika s-sors]Wara ż-żmien ta' self ma' Parma, fi tmiem l-istaġun ħafna klabbs Taljani xtaquh, però hu rritorna barra minn pajjiżu. Fil-fatt fl-2007, f'età ta' għoxrin sena, Manchester United ċediet għal offerta ta' 10 miljun ewro mill-klabb Spanjol ta' Villarreal.[7][8] Madanakollu, fil-kuntratt ta' Rossi iddaħlet klawżola li tippermetti lil Manchester United biex ikunu jistgħu jixtruh fil-futur qarib.[9]
Fl-ewwel staġun tiegħu fi Spanja sar plejer determinanti għas-"Sottomarin isfar": minkejja diversi problemi fiżiċi, hu rnexxielu jiskorja 11-il gowl f'27 partita fil-Liga, u kkontribwixxa għat-tieni post storiku fil-kampjonat li ta post awtomatiku fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League. Fl-istaġun suċċessiv, Rossi ibrilla fiċ-Champions League fejn skorja tliet gowls, waqt li kompla jikkonferma ruħu fil-kampjonat, meta skorja 12-il gowl fi 30 partita.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Rossi irrapreżenta lill-Italja fi kważi kull livell mixtla, mit-tim ta' taħt is-16-il sena, sat-tim ta' taħt il-21 sena. Minkejja li fl-2006 ġie mistieden mill-kowċ tat-tim nazzjonali tal-iStati Uniti, Bruce Arena, biex jieħu sehem f'sessjoni ta' taħriġ mat-tim fi preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, Rossi irrifjuta din l-offerta fejn stqarr ix-xewqa li jilgħab għall-Italja. Hu skorja erba' gowls fl-Olimpjadi tas-sajf 2008, biex sar l-aqwa skorer tat-turnew, minkejja li l-iskwadra Taljana waslet biss sal-kwarti tal-finali.
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Marcello Lippi, sejjaħ lil Rossi fost l-iskwadra tiegħu f'Ottubru tal-2008, fejn iddebutta bħala sostitut fit-tieni taqsima fil-partita tal-11 ta' Ottubru kontra l-Bulgarija, partita valida mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. L-ewwel gowl tiegħu mal-Azzurri wasal kontra l-Irlanda ta' Fuq, f'partita ta' ħbiberja li ntlagħbet fis-6 ta' Ġunju, 2009. Hu wkoll skorja żewġ gowls kontra l-iStati Uniti fl-ewwel partita tal-Italja fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 fil-15 ta' Ġunju 2009, ġewwa l-Afrika t'Isfel.[10]
Gowls internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]# | Data | Stadju | Avversarju | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
1. | 6 ta' Ġunju 2009 | Pisa, Italja | Irlanda ta' Fuq | 3–0 | Logħba ta' ħbiberija |
2. | 15 ta' Ġunju 2009 | Pretorja, Afrika t'Isfel | Stati Uniti | 3–1 | Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 |
3. | 15 ta' Ġunju 2009 | Pretorja, Afrika t'Isfel | Stati Uniti | 3–1 | Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 |
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Manchester United
- Football League Cup: 2005–06
Individwali
[immodifika | immodifika s-sors]- L-aqwa skorer tal-Olimpjadi: 2008 (4 gowls)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Longman, Jeré (2009-06-09). "Young Soccer Star Is Close to Completing His Italian Dream" (bl-Ingliż). The New York Times. Miġbur 2009-06-13.
- ^ Canales, Andrea (2005-11-30). "My Country, 'Tis of Thee" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-10-17. Miġbur 2007-08-02.
- ^ "Sunderland 1-3 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2005-10-15. Miġbur 2009-04-03.
- ^ "Newcastle 3-0 Portsmouth" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-10-25. Miġbur 2009-02-03.
- ^ "Man Utd agree Parma loan deal for Rossi" (bl-Ingliż). ESPN. 2007-01-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-22. Miġbur 2009-04-03.
- ^ "Giuseppe Rossi" (bl-Ingliż). ESPN. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-14. Miġbur 2009-04-03.
- ^ Hibbs, Ben (2007-07-07). "Rossi to join Villarreal" (bl-Ingliż). Manchester United. Miġbur 2007-08-01.
- ^ "El Villarreal ficha al delantero Giuseppe Rossi" (bl-Ispanjol). Villarreal CF. 2007-07-31. Miġbur 2007-08-01.
- ^ "Man Utd sell Rossi to Villarreal" (bl-Ingliż). BBC. 2007-08-01. Miġbur 2008-04-01.
- ^ "USA 1-3 Italy" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-06-15. Miġbur 2009-06-17.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Giuseppe Rossi |
- Giuseppe Rossi fuq Soccerbase
- Giuseppe Rossi – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)