Gerbrand van den Eeckhout
Gerbrand van den Eeckhout | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Amsterdam, 19 Awwissu 1621 |
Nazzjonalità | Repubblika tal-Pajjiżi l-Baxxi |
Mewt | Amsterdam, 29 Settembru 1674 |
Familja | |
Missier | Jan Pietersz van den Eeckhout |
Aħwa |
uri |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Olandiż |
Għalliema | Rembrandt |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pittur inċiżur inċiżur disinjatur artist grafiku poeta |
Post tax-xogħol | Amsterdam |
Xogħlijiet importanti |
Kristu u l-Mara ta' Samarja fejn il-Bir Iżakk u Rebekka Kristu u l-mara adultera |
Moviment | Barokk |
Moviment artistiku |
ritratt figure painting (en) pittura tal-ġeneru pittura storika |
Gerbrand van den Eeckhout (twieled fid-19 ta' Awwissu 1621 – miet fid-29 ta' Settembru 1674)[1][2] kien pittur tal-Epoka tad-Deheb Olandiża u student favorit ta' Rembrandt.[3] Huwa kien ukoll intaljatur, inċiżur, poeta dilettant, kollezzjonista u konsulent tal-arti.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Gerbrand twieled f'Amsterdam, iben ġojjellier, Mennonita li ħarab wara l-1585 minn Anversa lejn it-Tramuntana. Fl-1631 ommu mietet. It-tieni mara ta' missieru kienet Cornelia Dedel, bint il-fundatur tal-kamra ta' Delft tal-Kumpanija Olandiża tal-Lvant tal-Indja.
Arnold Houbraken jirrakkonta li Van den Eeckhout kien student ta' Rembrandt. Kien student ma' Ferdinand Bol, Nicolaes Maes u Govert Flinck, iżda kien meqjus inferjuri għalihom bħala ħila u esperjenza; f'qasir żmien tant irnexxielu jitgħallem minn Rembrandt li l-pitturi tiegħu ġew konfużi ma' dawk tal-imgħallem tiegħu.[4]
Eeckhout ma jaqbadx u sempliċement jikkopja s-suġġetti; jieħu wkoll l-għamliet, il-figuri, l-ilbies Lhudi u l-effetti pittoreski tal-imgħallem tiegħu. Diffiċli tagħti ġudizzju preċiż dwar il-kwalitajiet ta' Eeckhout fil-bidu tal-karriera tiegħu. L-iżjed opri bikrin tiegħu x'aktarx li kienu dawk fejn għamel l-iżjed riproduzzjonijiet fidili tax-xogħlijiet partikolari ta' Rembrandt. B'mod esklużiv, ix-xogħol tiegħu fih sfumatura ta' aħdar fid-dellijiet li jxekkel l-armonija tal-opra, kif ukoll varjetà ta' sfumaturi li jistonaw, fuq superfiċe uniformi u daqqa tal-pinzell iktar veloċi milli sottili.
Eeckhout issieħeb kmieni fix-Xirka ta' Amsterdam. Meta kiber, Eeckhout kellu suċċess l-iktar fir-ritratti, pereżempju ta' Isaac Commelin (qabel identifikat bħala ritratt tal-istoriku Olfert Dapper (1669))[5], fil-kollezzjoni Städel fi Frankfurt. Eeckhout okkażjonalment varja l-istil tiegħu. Huwa segwa lil Gerard ter Borch f'Gambling Soldiers, fi Stafford House, u Soldiers' Merrymaking, fil-kollezzjoni tal-Markiża ta' Bute. Fost l-aqwa xogħlijiet ta' Eeckhout insibu Kristu fit-Tempju (1662), fi Munich, il-Ġermanja, u Haman u Mordecai tal-1665, f'Luton House.
Eeckhout, li qatt ma żżewweġ, kien apprezzat ukoll bħala midħla tal-arti, u kien jingwala mal-poeti u max-xjenzati. Lejn l-aħħar ta' ħajtu kien qed jgħix ma' oħtu tar-rispett, armla, f'Herengracht, f'parti prestiġjuża ħafna tal-kanal. Huwa miet f'Amsterdam.
Għażla ta' Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Kontinenza ta' Scipio, fir-Rijksmuseum, Amsterdam, in-Netherlands
- Iżakk Ibierek lil Ġakobb, fil-Metropolitan Museum of Art, l-Istati Uniti
- Qawmien mill-Mewt ta' Bint Jairus, fil-mużew ta' Berlin, il-Ġermanja
- Preżentazzjoni fit-Tempju, fil-gallerija ta' Dresden, il-Ġermanja
- Preżentazzjoni fit-Tempju, f'Berlin, il-Ġermanja
- L-Għoti ta' Wieħed fuq Għaxra, fil-Mużew tal-Istorja Jugoslava f'Belgrad, is-Serbja
- Tobija mal-Anġlu, f'Braunschweig, il-Ġermanja
- Mara f'Adulterju, f'Amsterdam, in-Netherlands
- Anna tippreżenta lil Binha lill-Qassis Għoli, fil-Louvre, Pariġi, Franza
- Epifanija, f'Torino, l-Italja
- Ċirkonċiżjoni, f'Kassel, il-Ġermanja
- Dehra ta' mara quddiem mera tilbes ġiżirana biż-żibeġ, fi Vjenna, l-Awstrija
- Sportiv bil-Klieb tal-Kaċċa, fil-gallerija ta' Van der Hoop, Amsterdam, in-Netherlands
- Grupp ta' Tfal bil-Mogħoż fil-Hermitage, San Pietruburgu, ir-Russja
- Viżjoni ta' Cornelius iċ-Ċenturjun, fil-Mużew tal-Arti ta' Walters, l-Istati Uniti
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Begraafregisters voor 1811, Zoek". archive.ph. 2012-05-30. Miġbur 2022-08-19.
- ^ Liedtke, W. (2007) Dutch Paintings in The Metropolitan Museum of Art, p. 185.
- ^ Robinson, William W. (2016). Drawings from the age of Bruegel, Rubens, and Rembrandt: Highlights from the collection of the Harvard Art Museums. Cambridge, Mass.: Harvard Art Museums. p. 119. ISBN 9780300208047.
- ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Eeckhout, Gerbrand van den". Encyclopædia Britannica. Vol. 9 (11th ed.). Cambridge University Press.
- ^ "Gerbrand van den Eeckhout". rkd.nl (bl-Olandiż). Miġbur 2022-08-19.