Edwin Busuttil
Edwin Busuttil | |||
---|---|---|---|
Marzu 1953 - Ottubru 1953 ← Joseph Cassar Galea - Giuseppe M. Camilleri → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Furjana, 1923 | ||
Nazzjonalità |
Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta | ||
Mewt | 20 Diċembru 2009 | ||
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater |
Christ Church Università ta' Malta | ||
Lingwi | Malti | ||
Okkupazzjoni | |||
Impjegaturi |
Università ta' Malta Kummissjoni Ewropea | ||
Premjijiet |
List
|
Edwin Busuttil (1923–2009) kien politiku Malti mal-Partit Kosituzzjonali li serva bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Huwa kien ukoll akkademiku, Kap tad-Dipartiment tal-Liġi Pubblika u l-Liġi Kriminali, kif ukoll Dekan tal-Fakultà tal-Liġi u Pro-Rettur fl-Università ta’ Malta.
Tfulija u edukazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Iben Paul u Therese (Spiteri) Busuttil mill-Furjana, huwa studja fl-Università Rjali ta’ Malta, fejn kiseb BA fl-1943 u LLD (dottorat fil-liġi) fl-1946.
Busuttil kien Rhodes Scholar fi Christ Church, Oxford mill-1942. Huwa studja fl-Università ta' Oxford għal għad ta' snin u kiseb BLitt fl-1949 u MA fl-1952.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Bejn l-1960 u l-1961 kien Research Fellow man-NATO Paris, Kentucky, l-Istati Uniti.
1962-1987 Huwa ħadem bħala professur tal-liġi pubbliku fl-Università Malta mill-1962 sal-1987.
Busuttil kien Viċi Kap tal- Partit Kostituzzjonali ta' Malta u kien membru Parlamentari bejn l-1952 u l-1953, kif ukoll Speaker tal-Kamra tad-Deputati.
Huwa serva bħala membru tas-Senat tal-Università, tal-Kunsill tal-Università, tal-Kunsill Mediku, Chairman tal-Awtorità tax-Xandir, Chairman tal-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u Kummissarju Elettorali. Busuttil serva fil- Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal 32 sena u kien id-Delegat tal -Kummissjoni Ewropea għall-Konferenzi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem mad-dinja kollha.
Huwa kellu wkoll il-kariga ta’ Konsulent tal-Gvern dwar ir-Ratifika ta’ Trattati Internazzjonali. Busuttil kien Viċi President taċ-Centro Internazionale di Ricerche, Studi Sociologici, Penali e Penitenziari ta' Messina, l-Italja.[1]
Busuttil kiteb għad ta’ artikli f’pubblikazzjonijiet legali.
Ħajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]Busuttil kien miżżewweġ lil Emma u kellhom tliet ulied: Clarence, Graham, u Trafford.
Huwa miet fl-20 ta’ Diċembru 2009 u ndifen fiċ- ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata f’Raħal Ġdid.[2]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Former Speaker Edwin Busuttil". Times of Malta. 21 December 2009. Miġbur 2020-06-03.
- ^ Bonnici, Eman (2019). Iċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata (bil-Malti). Kalkara: Heritage Malta. p. 227. ISBN 978-99932-57-75-2.