Aqbeż għall-kontentut

Dasyuromorphia

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dasyuromorphia
Phascogale tapoatafa membru tal-familja Dasyuridae
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Australidelphia
Ordni: Dasyuromorphia
(Gill,1872)
Firxa tal-ordni Dasyuromorphia bl-aħmar
Thylacinus cynocephalus membru tal-familja Thylacinidae

Id-Dasyuromorphia huwa ordni ta' mammiferi marsupjali, eżattament il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan.

Dan l-ordni qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali) u fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel) ma' 4 ordnijiet oħra.

Id-Dasyuromorphia jikkonsisti minn 3 familji u 2 minnhom, id-Dasyuridae u l-Myrmecobiidae għadhom rapreżentati bi speċi ħajjin, filwaqt it-Thylacinidae hija kkunsidrata estinta (għalkemm hemm possibilita li t-Tilaċin li huwa magħruf xjentifikament bħala Thylacinus cynochephalus, għadu jgħix f' partijiet mhux esplorati fuq il-gżira tat-Tasmanja u hemm proġett ta' klonazzjoni għaddej ukoll).

Dasyurus viverrinus membru tal-familja Dasyuridae

Dan l-ordni, jiġbor fiħ bosta ġeneri u numru konsiderevoli ta' speċi kemm estinti, kif ukoll estanti jew ħajjin u dawn ta' laħħar ilaħqu 'l fuq minn 70 speċi, li kważi kollha kemm huma jagħmlu parti mill-familja Dasyuridae ('l aktar familja ta' suċċess ta' dan l-ordni).

Id-Dasyuromorphia, flimkien ma' 4 ordnijiet oħra, in-Notoryctemorphia, il-Peramelemorphia, id-Diprotodontia u l-Microbiotheria, jifforma s-superordni Australidelphia.

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Dasjuromorfji, Dasjuridi, Xitan tat-Tażmanja, Tilaċin, Numbat)

"Dasyuroidea", "Dasyuriformes" u "Creatophaga" huma kollha sinonimi jew l-istess bħal u jirreferu għall-ordni Dasyuromorphia ta' Gill, 1872.

Sarcophilus harrisii membru tal-familja Dasyuridae

Tassonomija ta' l-ordni Dasyuromorphia

[immodifika | immodifika s-sors]
Myrmecobius fasciatus membru tal-familja Myrmecobiidae
  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.