Phascogalini

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Phascogalini
Yellow-footed Antechinus (Antechinus flaviceps)
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Marsupialia
Ordni: Dasyuromorphia
Familja: Dasyuridae
Sottofamilja: Dasyurinae
Ġeneri

Antechinus
Micromurexia
Murexechinus
Murexia
Paramurexia
Phascomurexia
Phascogale

Phascogalini huwa tribù ta' mammiferi marsupjali karnivori (għalkemm ħafna mill-ispeċi jibbażaw ħafna fuq dieta insettivora), ta' daqs żgħir u żgħir fil-medju u morfoloġikament qishom skojjatli, firien, ġrieden u rodituri varji oħra (eżempji ta' speċi membri f'dan it-tribù huma, l-Anteċinu, d-Dasjur ta' denbu iswed, id-Dasjur ta' Habberna, id-Dasjur ta' mnieħru twil, id-Dasjur tal-pil qasir, id-Dasjur tal-istrixxi wiesgħajn u l-Faskogal).

Dan it-tribù huwa kklassifikat fil-klassi Mammalia (il-mammiferi kollha), fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani u l-kolokolo tal-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae u fis-sottofamilja Dasyurinae ma' tribù ieħor biss, id-Dasyurini.

Dan huwa t-tieni l-iżgħar tribù fost l-erbgħa li hemm fil-familja Dasyuridae u tiġbor fiha 7 ġeneri (Antechinus, Micromurexia, Murexechinus, Murexia, Paraurexia, Phascomurexia u Phascogale) u bosta speċi kemm estinti kif ukoll estanti.

Fin-numru ta' ġeneri dan huwa t-tieni l-akbar tribù (l-akbar huwa d-Dasyurini b'10 ġeneri), iżda fin-numru tal-ispeċi li minn tal-anqas huma 18, dan huwa l-iżgħar tribù fost l-4 tal-familja Dasyuridae (l-iżgħar huwa t-tribù Planigalini li jikkonsisti minn ħames speċi biss).

L-ispeċi tat-tribù Phascogalini, fid-daqs normalment huma iżgħar minn dawk tat-tribù Dasyurini, iżda ġeneralment huma akbar mill-isepċi taż-żewġ tribujiet fis-sottofamilja Sminthopsinae.

(għal aktar informazzjoni kkonsulta l-artikli Anteċinu, id-Dasjur ta' denbu iswed, id-Dasjur ta' Habberna, id-Dasjur ta' mnieħru twil, id-Dasjur tal-pil qasir, id-Dasjur tal-istrixxi wiesgħajn u l-Faskogal, Dasjuromorfju jew Dasyuromorphia)

Lista tal-ispeċi tat-tribù Phascogalini[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.

Ħoloq Esterni[immodifika | immodifika s-sors]