Wabulacinus
| Wabulacinus ridei Firxa tal-fossili: Mioċen kmieni | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Infraklassi: | Marsupialia |
| Ordni: | Dasyuromorphia |
| Familja: | †Thylacinidae |
| Ġeneru: | †Wabulacinus |
| Speċi: | †W. ridei |
| Isem binominali | |
| Wabulacinus ridei | |
Wabulacinus huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-Lupi marsupjali tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent ta' l-Awstralja) u fil-familja Thylacinidae. Wabulacinus huwa ġeneru monotipiku li jiġbor fiħ speċi waħda biss estinta.
Dan il-ġeneru fossilu, instab f' depożiti ta' kmieni fil-Mijoċen ta' Riversleigh, fil-Majjistral ta' l-istat ta' Queensland, fl-Awstralja.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Dasyuromorphia)
Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Wabulacinus
[immodifika | immodifika s-sors]- Ġeneru Wabulacinus (Muirhead,1997)
- Wabulacinus ridei (Muirhead,1997) (estinta)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Muirhead, J. 1997. Two early Miocene thylacines from Riversleigh, northwestern Queensland. Memoirs of the Queensland Museum 41(2):367-377.