Aqbeż għall-kontentut

Badjcinus

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Badjcinus
Firxa tal-fossili: Oligoċen kmieni
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Marsupialia
Ordni: Dasyuromorphia
Familja: Thylacinidae
Ġeneru: Badjcinus
Speċi: B. turnbulli
Isem binominali
Badjcinus turnbulli
(Muirhead & Wroe, 1998)

Badjcinus huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-Lupi marsupjali tal-kontinent tal-Awstralja.

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent tal-Awstralja) u fil-familja Thylacinidae u meqjus bħala wieħed mill-aktar ġeneri primittivi ta' din il-familja. Badjcinus huwa ġeneru monotipiku li jiġbor fih speċi waħda biss estinta u huwa maħsub li din l-ispeċi kienet tiżen madwar 2.4 kilogrammi.

Dan il-ġeneru fossilu, instab f'depożiti ta' tard fl-Oligoċen ta' Riversleigh, fit-Tramuntana tal-Awstralja.

Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Badjcinus

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Muirhead, J. & Wroe, S. 1998. A new genus and species, Badjcinus turnbulli (Thylacinidae: Marsupialia) from the late Oligocene of Riversleigh, northern Australia, and an investigation of thylacinid phylogeny. Journal of Vertebrate Paleontology 18(3): 612–626.