Neophascogale
| Neophascogale | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Ordni: | Dasyuromorphia |
| Familja: | Dasyuridae |
| Sottofamilja: | Dasyurinae |
| Ġeneru: | Neophascogale Stein, 1933 |
| Speċi: | N. lorentzi |
| Isem binominali | |
| Neophascogale lorentzi (Jentink, 1911) | |
| Speckled dasyure range | |
Neophascogale huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament id-Dasjur tan-nemex (magħruf ukoll bħala Dasjur ta' Lorentz, Ġurdien marsupjal ta' Lorentz, Ġurdien marsupjal tan-nemex jew Ġurdien marsupjal tad-dwiefer twal), tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' 9 ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyuroides, Dasyurus, Myoictis, Parantechinus, Phascolosorex, Pseudantechinus u Sarcophilus.
Il-ġeneru Neophascogale huwa ġeneru monotipiku u jiġbor fiħ speċi waħda biss estanti.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kaluta aħmar ċkejken, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)
Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Neophascogale
[immodifika | immodifika s-sors]- Ġeneru Neophascogale (Stein,1933)
- Neophascogale lorentzi (Jentink,1911)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0-8018-5789-9.