Dasyuroides

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dasyuroides
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDasyuromorphia
FamiljaDasyuridae
SottofamiljaDasyurinae
ġeneru Dasyuroides
Spencer, 1896

Dasyuroides huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori (eżattament il-Kowari) tal-kontinent tal-Awstralja.

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' 9 ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyurus, Myoictis, Neophascogale, Parantechinus, Phascolosorex, Pseudantechinus u Sarcophilus.

Il-ġeneru Dasyuroides huwa ġeneru monotipiku u jiġbor fih speċi waħda biss estanti. Il-Kowari sa ftit snin ilu kien ikklassifikat fil-ġeneru Dasycercus mal-Mulgari, sakemm studji aktar fil-fond urew li huwa distint biżżejjed biex ikun ikklassifikat f'ġeneru għalih waħdu.

Lista tal-ispeċi[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]