Dasykaluta
Dasykaluta huwa ġeneru ta' mammiferu, il-marsupjal karnivoru, eżattament il-Kaluta aħmar ċkejken, tal-kontinent tal-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' disa' ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasyuroides, Dasyurus, Myoictis, Neophascogale, Parantechinus, Phascolosorex, Pseudantechinus u Sarcophilus.
Il-ġeneru Dasykaluta huwa ġeneru monotipiku u jiġbor fih speċi waħda biss estanti.
Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Dasykaluta
[immodifika | immodifika s-sors]- Ġeneru Dasykaluta (Archer, 1982)
- Kaluta aħmar ċkejken, Dasykaluta rosamondae (Ride, 1964)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.