Aqbeż għall-kontentut

Sarcophilus

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Sarcophilus harrisii, membru tal-ġeneru Sarcophilus

Sarcophilus huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament ix-xjaten (ix-Xitan tat-Tażmanja huwa l-unika speċi li baqa' ħaj) tal-kontinent tal-Awstralja.

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria, fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' disa' ġener] oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyuroides, Dasyurus, Myoictis, Neophascogale, Parantechinus, Phascolosorex u Pseudantechinus.

Il-ġeneru Sarcophilus jiġbor fih erba' speċi, tliet minnhom estinti u waħda biss estanti. Illum il-ġurnata peress li t-Tilaċin huwa meqjus estint, ix-Xitan tat-Tażmanja huwa l-akbar speċi ħajja tal-familja Dasyuridae u tal-ordni Dasyuromorphia, l-akbar speċi ta' marsupjal karnivoru estanti fid-dinja.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Groves, Colin (2005). Mammal Species of the World: A Taxonomic and Geographic Reference (bl-Ingliż) (3 ed.). Baltimore: Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.