Ningaui
Ningauis | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Sottodiviżjoni: | * N. ridei |
Klassi: | Mammalia |
Infraklassi: | Marsupialia |
Ordni: | Dasyuromorphia |
Familja: | Dasyuridae |
Sottofamilja: | Sminthopsinae |
Tribù: | Sminthopsini |
Ġeneru: | Ningaui Archer, 1975 |
Tip ta' speċi | |
Ningaui timealeyi Archer, 1975 |
Ningaui huwa ġeneru ta' mammiferi, eżattament in-Ningawijiet, tal-kontinent tal-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Sminthopsinae u fit-tribù Sminthopsini ma' żewġ ġeneri oħra, li huma Antechinomys u Sminthopsis.
Il-ġeneru Ningaui jiġbor fih tlieta fost l-iżgħar speċi ta' marsupjali estanti jew ħajjin ftit akbar biss minn uħud mill-ispeċi membri fil-ġeneru Planigale. It-tliet speċi li huma jinsabu mifruxin fuq il-kontinent gżira tal-Awstralja biss u fin-numru ta' speċi dan il-ġeneru huwa t-tieni l-akbar u l-aktar ta' suċċess fit-tribù Sminthopsini.
Dan kien wieħed mill-aħħar ġeneri ta' mammiferi marsupjali li ġie skopert xjentifikament u twaqqaf fl-1975.
Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Ningaui
[immodifika | immodifika s-sors]- Ġeneru Ningaui (Archer, 1975)
- Ningaui ridei (Archer, 1975)
- Ningaui timealeyi (Archer, 1975)
- Ningaui yvonnae (Kitchener, Stoddart u Henry, 1983)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Groves, Colin (2005). Wilson, D. E., & Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3et edizzjoni, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.
- Menkhorst, P. & Knight, F. 2001. A Field Guide to the Mammals of Australia. South Melbourne: Oxford University Press, ISBN 0-19-550870-X.