Maximucinus
Dehra
| Maximucinus | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Phylum | Chordata |
| Klassi | Mammalia |
| Ordni | Dasyuromorphia |
| Familja | Thylacinidae |
| ġeneru | Maximucinus ,
|
Maximucinus huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-Lupi marsupjali tal-kontinent tal-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent tal-Awstralja) u fil-familja Thylacinidae. Maximucinus huwa ġeneru monotipiku li jiġbor fih speċi waħda biss estinta.
Dan il-ġeneru fossilu, instab f'depożiti ta' tard fil-Mijoċen ta' Riversleigh, fil-Majjistral, tal-istat ta' Queensland, l-Awstralja.
Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Maximucinus
[immodifika | immodifika s-sors]- Ġeneru Maximucinus (Wroe, 2001)
- Maximucinus muirheadae (Wroe, 2001) (estinta)