Brażil
Il-Brażil (Portugiż: Brasil), huwa l-akbar pajjiż fl-Amerika Latina. Huwa l-ħames l-ikbar pajjiż fid-dinja, kemm bħala art kif ukoll bħala popolazzjoni, b'iktar minn 193 miljun ruħ. Bl-Oċean Atlantiku fil-Lvant, il-Brażil għandu kosta twila 7,491 km (4,655 mil). Fit-tramuntana għandu tmiss miegħu il-Veneżwela, il-Gujana, is-Surinam u l-Gujana Franċiża; fil-majjistral il-Kolumbja; fil-punent il-Bolivja u l-Peru; fil-lbiċ l-Arġentina u l-Paragwaj u fin-nofsinhar l-Urugwaj. It-territorji Brażiljan għandu ukoll ħafna arċipelagi, fosthom Fernando de Noronha, Rocas Atoll, Saint Peter and Paul Rocks, u Trindade and Martim Vaz. Il-pajjiżi kollha tal-Amerika t'Isfel, barra l-Ekwador u ċ-Ċili, imissu mal-Brażil.
Il-Brażil kien kolonja tal-Portugall mill-wasla ta' Pedro Álvares Cabral fl-1500, sal-1815, meta saret saltna bħala parti mir-Renju Unit tal-Portugal, Brażil u l-Algarvi. Ir-rabta imperjali infatti kienet diġà nqatgħet fl-1808 meta l-belt l-kapitali ta' dan l-Imperu ġiet trasferita minn Liżbona għal Rio de Janeiro, wara li Napuljun invada l-Portugall. L-indipendenza inkisbet fl-1822 bit-twaqqif tal-Imperu tal-Brażil, stat unitarju b'monarkija u sistema parlamentai. Fl-1889 sar repubblika parlamentari wara kolp ta' stat militari. Fl-1988, il-Brażil sar repubblika federali, iffurmara mid-Distrett Federali, 26 Stat u 5,564 Muniċipalità.
L-ekonomija Brażiljana hija s-seba' l-ikbar fid-dinja kemm fil-Prodott Gross Domestiku nominali u kemm fil-parità tal-poter ta' akkwist. Għandu waħda mill-ekonomiji li qed jikbru bl-iżjed rata mgħaġġla u r-riformi ekonomiċi li saru riċentament il-pajjiż kisbulu rikonoxximent u influwenza internazzjonali ħafna iżjed milli kellu.
Fruntieras
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Brażil għandu fruntieri ma' għaxar pajjiżi differenti, b'total ta' 16,885 km, Venezwela 2199 km, 1645 km, Perù 2822 km, Arġentina 1,132 km, Gujana 1605.8 km, Surinam 593 km, Franza (Gujana Franċiża) 700 km, Bolivja 3423 km Min-naħa tagħha, il-limiti bejn il-Brażil u l-Urugwaj huma tul taqsimiet tax-xmajjar differenti, li jammontaw għal 749 km, u taqsima tal-art ta' 340 km.
Etimoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]L-isem "Brażil" ġej mill-pau-brasil (Caesalpinia echinata), siġra li qabel kienet tikber ħafna mal-kosta Brażiljana. Pau bil-Portugiż tfisser "għuda" u brasil jgħidu li ġejja minn brasa, li bil-Portugiż tfisser "ġamra". Billi l-pau-brasil jipproduċi żebgħa ħamra qawwija, dan kien iġib prezz tajjeb fl-industrija tad-drappijiet fl-Ewropa u kien l-ewwel prodott tal-Brażils fruttat kummerċjalment. Matul is-seklu sittax, il-popli indiġeni (l-iktar it-Tupi) kienu jaqtgħu ħafna minn dan l-injam u jbigħuh lin-negozjanti Ewropej (l-aktar Portugiżi, iżda ukoll Franċiżi) u dawn kienu jagħtuhom ħwejjeġ ta' konsum mill-Ewropa.
Fid-dokumenti Portugiżi, l-isem uffiċjali tal-art kien "l-Art tas-Salib Imqaddes" imma l-baħrin u kummerċjanti Ewropej kienu jsibuha bħala "l-Art tal-Brażil" (Terra do Brasil) minħabba n-negozju tal-Pau-Brasil. Xi baħrin tal-bidu kienu jsejħulha ukoll "l-Art tal-Pappagalli" (Terra di Papaga).
Fl-ilsien Guarani, il-Brażil jissejjaħ "Pindorama". Dan kien l-isem li l-popolazzjoni indiġena tat lir-reġjun, u jfisser "l-art tas-siġar tal-palm".
Organizzazzjoni territorjali
[immodifika | immodifika s-sors]Is-suddiviżjonijiet tal-Brażil jeżistu f'livelli u kriterji ta' klassifikazzjoni differenti. Il-Brażil huwa federazzjoni kostitwita mill-unjoni indissolubbli bejn l-Unjoni, il-5 reġjuni, is-26 (qabel 27) stat, id-Distrett Federali u l-5,568 muniċipalità.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Storja Pre-kolonjali
[immodifika | immodifika s-sors]L-eqdem fuħħar li nstab fl-Emisfera tal-Punent, għandu 8,000 sena, u ġie skavat fil-baċin tal-Amażonja fil-Brażil, qrib Santarem tal-lum, u hekk intwera li r-reġjun tal-foresta tropikali kellu kultura presitorika kumplessa; fir-reġjun kienu jgħixu mijiet ta' tribujiet nativi, bl-eqdem wieħed imur lura 10,000 sena fl-inħawi muntanjużi ta' Minas Gerais. It-territorju ta' dak li llum huwa l-Brażil kellu daqs 2,000 tribù, ħafna minnhom semi-nomadiċi li kienu jgħixu mill-kaċċa, sajd, ġbir ta' frott u agrikultura staġonali.
Il-popolazzjoni indiġena tal-Brażil kienet maqsum f'nazzjonijiet magħmula minn ħafna gruppi etnċi fosthom it-Tupi, il-Guaranì, il-Gês u l-Arawaki. Qabel ma waslu l-Ewropej, dawn kienu jissieltu ħafna bejniethom, minħabba differenzi kulturali, lingwistiċi u morali. Dawn kienu jispiċċaw fi gwerer kbar fuq l-art u fuq il-baħar, u b'kannibaliżmu ritwali fuq il-priġunieri tal-gwerra.
Meta waslu l-Portugiżi fl-1500 lin-nativi rawhom bħala "slavaġ tajba", u mill-ewwel bdew jitħalltu fiż-żwieġ magħhom. Il-ġlied tribali, il-kannibaliżmu u t-tfittxija għall-brazilwood wasslu lill-Portugiżi biex jikkonvinċu ruħhom li kellhom jiċċivilizzaw il-popolazzjoni indiġena. Iżda l-Portugiżi, bla ma kienu jafu ġabu l-mard magħhom, li kontrieh in-nies indiġeni ma setgħu jagħmlu xejn għax ma kinux immuni minnu. Ħosba, ġidri, tuberkolożi, gonorrea, u influwenza qatlu għaxriet ta' eluf. Dan il-mard infirex mar-rotot kollha kummerċjali tal-indiġeni, u tribujiet sħaħ inqerdu bla ma qatt kienu ġew f'kuntatt dirett mal-Ewropej.
Il-Kolonizzazzjoni Portugiża
[immodifika | immodifika s-sors]L-Imperu Portugiż okkupa l-Brażil fit-22 ta' April 1500, bil-wasla tal-flotta Portugiża mmexxija minn Pedro Álvares Cabral. Il-Portugiżi ltaqgħu ma' popli indiġeni maqsumin f'ħafna tribuijiet. Minkejja li l-ewwel insedjament sar fl-1532, il-kolonizzazzjoni vera bdiet fl-1534, meta r-Re Dom João III tal-Portugal qasam it-territorju fi tnax -il Kolonja Awtonoma. Fl-1549 saret struttura ġdida u nħoloq il-Gvern Ġenerali tal-Brażil, kolonja waħda ċentralizzata. Fl-ewwel żewġ sekli l-indiġeni u l-Ewropej għexu fi ġlied kontinwu u meta kienu jagħmlu alleanza dan kien biex japprofittawhom ruħhom minn xulxin.
Minn nofs is-seklu sittax, iz-zokkor sar l-iktar prodott komuni ta' esportazzjoni, u l-iskjavi suwed Afrikani saru l-ikbar importazzjoni biex jaħdmu fil-pjantaġġuni tal-kannamieli taz-zokkor. Fi tmiem is-seklu sbatax l-esportazzjoni taz-zokkor bdiet tonqos u l-iskopertà tad-deheb mill-bandeirantes saret is-sinsla l-ġdida tal-ekonomija Brażiljana, u wasslet għall-Ġirja għad-Deheb u ġabet eluf ta' abitanti ġodda mill-Portugal u mill-kolonji tagħha. F'din l-era, ħakmiet oħra Ewropej ppruvaw jikkolonizzaw partijiet mill-Brażil, li iżda l-Portugiżi ma ħallewx, fosthom il-Franċiżi f'Rio f'nofs is-seklu sittax, f'Maranhão fil-bidu tas-seklu sbatax, u l-Olandiżi f'Bahia u Pernambuco, fil-Gwerra bejn l-Olandiżi u l-Portugiżi, fi tmiem l-Unjoni Iberika.
Biex il-Portugiżi jibqgħu jżommu l-monopolju fil-Brażil huma għamlu minn kollox biex irażżnu u jeqirdu r-ribelljonijiet u r-reżistenza tal-ilsiera, kif ġara fil-Quilombo dos Palmares fis-seklu sbatax, kif ukoll irażżnu kull moviment għall-awtonomija jew independenza, bħal fil-Kumplott ta' Minas fi tmiem is-seklu tmintax.
L-aktar bliet importanti
[immodifika | immodifika s-sors]-
São Paulo, São Paulo
-
Río de Janeiro, Río de Janeiro
-
Brasilia, Distrito Federal
-
Belo Horizonte, Minas Gerais
-
Belo Horizonte, Minas Gerais
-
Belo Horizonte, Minas Gerais
-
Salvador, Bahía
-
Salvador, Bahía
-
Fortaleza, Ceará
-
Manaus/Manaos, Amazonas
-
Curitiba, Paraná
-
Goiânia, Goiás
-
Goiânia, Goiás
-
Campo Grande, Mato Grosso do Sur
-
Campo Grande, Mato Grosso do Sur
-
Campo Grande, Mato Grosso do Sur
-
Campo Grande, Mato Grosso del Sur
-
Campo Grande, Mato Grosso del Sur
-
Campo Grande, Mato Grosso del Sur
-
Campo Grande, Mato Grosso del Sur
-
Recife, Pernambuco
-
Goiânia, Goiás
-
Goiânia, Goiás
-
Belém, Pará
-
Belém, Pará
-
Porto Alegre, Río Grande do Sul
-
Porto Alegre, Río Grande do Sul
-
Porto Alegre, Río Grande do Sul
-
Porto Alegre, Río Grande do Sul
-
Porto Alegre, Río Grande do Sul
-
Porto Alegre, Río Grande do Sul
-
Porto Alegre, Río Grande do Sul
-
São Luís, Maranhão
-
Maceió, Alagoas
-
Teresina, Piauí
-
João Pessoa, Paraíba
-
Natal, Río Grande do Norte
-
Cuiabá, Mato Grosso
-
Cuiabá, Mato Grosso
-
Aracaju, Sergipe
-
Florianópolis, Santa Catarina
-
Porto Velho, Rondonia
-
Macapá, Amapá
-
Porto Velho, Rondonia
-
Boa Vista, Roraima
-
Boa Vista, Roraima
-
Río Branco, Acre
-
Vitória, Espírito Santo
-
Vitória, Espírito Santo
-
Florianópolis, Santa Catarina
-
Palmas, Tocantis