Awwissu
Jannar · | Frar · | Marzu · | April · | Mejju · | Ġunju · | Lulju · | Awwissu · | Settembru · | Ottubru · | Novembru · | Diċembru |
◄ | Awwissu | ► | ||||
Ħad | Tne | Tli | Erb | Ħam | Ġim | Sib |
28 | 29 | 30 | 31 | 1 | 2 | 3 |
4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 |
11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 16 | 17 |
18 | 19 | 20 | 21 | 22 | 23 | 24 |
25 | 26 | 27 | 28 | 29 | 30 | 31 |
- Għal użi oħra, ara Awwissu (diżambigwazzjoni)
Awwissu huwa t-tmien xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan u huwa wieħed mis-seba' xhur Gregorjani li fihom 31 jum. Awwissu jibda, astroloġikament, bix-xemx fis-simbolu tal-Iljun u jispiċċa fis-simbolu tal-Verġni. Astronomikament, ix-xemx tibda fil-kostellazzjoni tal-Qabru u tispiċċa fil-kostellazzjoni tal-Iljun.
Dan ix-xahar kien oriġinarjament imsejjaħ Sextilis bil-Latin, minħabba li dan kien is-sitt xahar fil-kalendarju antik Ruman, li kien jibda f'Marzu madwar is-sena 750 QK taħt Romulus. Dan sar it-tmien xahar, jew minħabba li Jannar u Frar ġew miżjuda fil-bidu tas-sena mir-Re Numa Pompilius madwar is-sena 700 QK, jew meta dawn iż-żewġ xhur tmexxew mill-aħħar għall-bidu tas-sena mid-decemviri madwar is-sena 450 QK. Dan kien imsemmi għal Awgustu fis-sena 8 QK billi bosta ġrajjiet importanti li għenuh biex jikseb il-poter, li laħqu l-quċċata fir-rebħa ta' Lixandra, ġraw f'dan ix-xahar. Awwissu oriġinarjament kellu 29 ġurnata fil-kalendarju tar-Repubblika Rumana. Awgustu ħa jumejn minn Frar u tahom lil Awwissu meta x-xahar Sextilis ġie msemmi għalih.
Fi snin komuni, l-ebda xahar ieħor ma jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal Awwissu. Madanakollu, fi snin biżestili, Frar jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa
Avvenimenti f'Awwissu
[immodifika | immodifika s-sors]- Jum Nazzjonali Amerikan-Salvadorjan fl-Istati Uniti – 6 ta' Awwissu
- Fl-1945 spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija wara l-bumbardamenti fuq Hiroshima fis-6 ta' Awwissu u fuq Nagasaki fid-9 ta' Awwissu, meta dakinhar intużat għall-ewwel darba l-bomba nukleari fuq in-nies. L-Imperatur Shōwa ħabbar l-irtirar tal-Ġappun fil-15 ta' Awwissu.
- Fid-9 ta' Awwissu 1329, Kollam kienet eletta l-ewwel djoċesi Indjana mill-Papa Ġwanni XXII.
- Fid-9 ta' Awwissu 1965, Singapor isseparaw mill-Federazzjoni tal-Malażja u saru indipendenti.
- Fl-10 ta' Awwissu 1822, l-Ekwador sar pajjiż indipendenti
- Fl-14 ta' Awwissu 1947, il-Pakistan sar indipendenti.
- Tifkira fil-Knisja Kattolika tal-Assunzjoni tal-Madonna – 15 ta' Awwissu
- Fil-15 ta' Awwissu 1769, f'Korsika twieled Napuljun I ta' Franza.
- Fil-15 ta' Awwissu 1945, il-Korea saret pajjiż indipendenti.
- Fil-15 ta' Awwissu 1947, l-Indja saret pajjiż indipendenti.
- Fis-17 ta' Awwissu 1945, l-Indoneżja saret pajjiż indipendenti.
- Fid-19 ta' Awwissu 1945, ir-Rivoluzzjoni ta' Awwissu tal-Vjetnam kienet suċċess.
- Fl-20 ta' Awwissu 1083, San Stiefnu tal-Ungerija kien kanonizzat, biex b'hekk sar l-ewwel mir-rejiet konfessjonarji kanonizzati.
- Fil-21 ta' Awwissu 1959, il-Ħawaj sar il-50 stat tal-Istati Uniti tal-Amerika.
- Fil-25 ta' Awwissu 1825, l-Urugwaj sar indipendenti mill-Brażil.
- Fil-31 ta' Awwissu 1957, il-Malażja saret pajjiż indipendenti.
- F'diversi pajjiżi Ewropej, Awwissu hu btala għal diversi ħaddiema
- Il-Filippini jiċċelebraw lil Awwissu bħala Buwan ng Wika ("ix-Xahar tal-Lingwa")
Ħoloq oħra
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Awwissu (August) |