Úbeda
Úbeda | |||
---|---|---|---|
Spanja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Spanja | ||
Autonomous community of Spain | Andalusija | ||
Provinċja ta' Spanja | Provinċja ta' Jaén | ||
Kap tal-Gvern | Antonia Olivares Martínez (en) | ||
Isem uffiċjali |
Úbeda Vbeda ウベダ Убеда Убеда أبدة اوبدا Ուբեդա उबेदा უბედა 乌韦达 ابیڈا Убеда ਉਬੇਦਾ 우베다 Úbeda | ||
Kodiċi postali |
23400, 23509, 23413u 23314 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 38°00′42″N 3°22′18″W / 38.0117°N 3.3717°WKoordinati: 38°00′42″N 3°22′18″W / 38.0117°N 3.3717°W | ||
Superfiċjenti | 397.1 kilometru kwadru | ||
Għoli | 748 m | ||
Fruntieri ma' | Baeza, Torreperogil (en) , Sabiote (en) , Rus (en) , Vilches (en) , Arquillos (en) , Navas de San Juan (en) , Cazorla (en) , Peal de Becerro (en) , Quesada (en) , Cabra del Santo Cristo (en) , Jódar (en) , Villacarrillo (en) u Santo Tomé (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 33,810 abitanti (2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
953 75 u 953 79 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Lège-Cap-Ferret (en) , Chiclana de la Frontera (en) u Baeza | ||
ubeda.es |
Úbeda (pronunzjata bl-Ispanjol: [ˈuβeða]) huwa raħal u muniċipalità ta' Spanja li jinsab fil-provinċja ta' Jaén, l-Andalusija.
Ir-raħal jinsab fuq ix-xaqliba tan-Nofsinhar tal-hekk imsejħa "Loma de Úbeda", biċċa art bejn il-baċiri tax-xmajjar Guadalquivir u Guadalimar.[1][2]
Dan ir-raħal flimkien mar-raħal ġar ta' Baeza gawdew patrunaġġ estensiv fil-bidu tas-seklu 16 li rriżulta fil-kostruzzjoni ta' sensiela ta' palazzi u knejjes bi stil Rinaxximentali, li ġew ippreservati. Fl-2003, l-UNESCO ddikjarat iċ-ċentri storiċi u l-monumenti ta' dawn iż-żewġ irħula bħala Sit ta' Wirt Dinji.[3] Skont l-aħħar ċensiment tal-2017, il-muniċipalità għandha popolazzjoni rreġistrata ta' 34,733 ruħ, u b'hekk tikklassifika bħala r-raba' l-iktar muniċipalità popolata fil-provinċja.[4]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Skavi arkeoloġiċi jindikaw li kien hemm insedjament f'Úbeda qabel Żmien ir-Rumani, bis-saħħa ta' fdalijiet argariċi u Iberiċi. Il-belt kapitali tal-istat Iberiku kienet tissejjaħ Iltiraka u kienet tinsab fuq ix-xmara Guadalquivir, 10 kilometri fin-Nofsinhar tas-sit effettiv tar-raħal attwali. Ir-Rumani u iktar 'il quddiem il-Viżigoti okkupaw is-sit bħala insedjament.
Matul ir-Reconquista, fl-1233, ir-Re Ferdinandu III ħakem ir-raħal għar-Renju ta' Kastilja. Bħala parti minn Kastilja, il-pussess ta' territorji ta' Úbeda żdied b'mod sostanzjali, inkluż l-inħawi minn Torres de Acún (Granada) sa Santisteban del Puerto, kif ukoll irħula bħal Albánchez de Úbeda, Huesa u Canena. F'nofs is-seklu 16, kienet tinkludi wkoll lil Cabra del Santo Cristo, Quesada jew Torreperogil.[5]
Matul is-sekli 14 u 15, id-differenzi bejn in-nobbiltà u l-popolazzjoni lokali xekklu t-tkabbir tar-raħal. Fl-1368, ir-raħal ġarrab xi ħsarat matul il-Gwerra Ċivili Kastiljana bejn Pietru I ta' Kastilja u Enriku II ta' Kastilja. Flimkien ma' ċirkostanzi oħra, dan wassal biex ir-rivalità bejn il-familji de Trapera u de Aranda tiħrax għall-ewwel, u mbagħad ir-rivalità kompliet bejn il-familji de la Cueva u de Molina. Dan in-nuqqas ta' stabbiltà ġie solvut meta ħadu t-tmun f'idejhom il-Monarki Kattoliċi: huma ordnaw li l-Alcázar, li kien jintuża min-nobbiltà bħala fortizza, jitwaqqa'.
Úbeda, fil-fruntiera bejn Granada u Kastilja-La Mancha, kienet żona ġeografika ta' lqugħ importanti, u b'hekk il-popolazzjoni kisbet għadd ta' privileġġi uffiċjali mir-rejiet ta' Kastilja, fosthom il-"Fuero de Cuenca", li organizza l-popolazzjoni ffurmata minn nies minn Kastilja u minn León, sabiex jiġu ffaċċjati l-problemi li setgħu jinqalgħu fil-fruntieri. Permezz tal-"Fuero de Cuenca", ġie ffurmat Kunsill popolari, li żviluppa nobbiltà tal-klassi medja, u dan wassal biex il-karigi uffiċjali għoljin ikunu jistgħu jintirtu.
Matul is-seklu 16, dawn il-familji aristokratiċi importanti ta' Kastilja minn Úbeda laħqu l-ogħla karigi fl-amministrazzjoni tal-Monarkija Spanjola. B'mod partikolari, Francisco de los Cobos u n-neputi tiegħu Juan Vazquez de Molina saru Segretarju tal-Istat għall-Imperatur Ruman Sagru Karlu V u Filippu II rispettivament. Il-Viċirè tal-Perù Pedro de Toledo, il-gvernatur tal-Gżejjer Kanarji Juan de Rivera y Zambrana, il-Markiż ta' Messia jew il-Konti ta' Guadiana huma eżempji oħra ta' familji nobbli li kienu jgħixu f'Úbeda f'dan iż-żmien. Bis-saħħa tal-patrunaġġ tal-arti ta' dawn il-familji jikkompetu ma' xulxin, Úbeda sar kalamita Rinaxximentali fi Spanja u minnu l-arkitettura Rinaxximentali nfirxet mar-Renju ta' Sivilja u fl-Amerka.
Il-Kappella Sagra tas-Salvatur tad-Dinja u l-Palazz ta' Vazquez de Molina, illum il-Muniċipju, ġew iddisinjati mill-arkitetti Diego de Siloé, Berruguete u Andrés de Vandelvira, fost l-oħrajn. Dan il-perjodu tad-deheb intemm minħabba l-kriżi li faqqgħet fis-seklu 17. Fl-aħħar snin tas-seklu 18, l-ekonomija tar-raħal bdiet tirpilja, bl-għajnuna tal-industriji tal-agrikoltura u tal-manifattura.
Fil-bidu tas-seklu 19, il-Gwerra tal-Indipendenza (din il-gwerra kontra Napuljun spiss tissejjaħ "Gwerra Peniżolari" wkoll) reġgħet ikkawżat telf ekonomiku kbir, u r-raħal ma reġax qam fuq tiegħu qabel tmiem is-seklu 19, meta sar bosta titjib tekniku fl-agrikoltura u fl-industrija inġenerali. Saru wkoll diskussjonijiet ideoloġiċi fil-"casinos", li kienu postijiet fejn kienu jsiru diskussjonijiet informali dwar diversi temi.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Kumplessi Monumentali Rinaxximentali ta' Úbeda u Baeza ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003.[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[3]
Ekonomija
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-raħal jinsab qrib iċ-ċentru ġeografiku tal-provinċja ta' Jaén, u huwa s-sede amministrattiva tal-comarca ta' Loma de Úbeda tal-madwar. Huwa wieħed mill-iżjed insedjamenti importanti tar-reġjun, u għandu sptar reġjonali, kulleġġ universitarju li joffri baċellerat fl-edukazzjoni, faċilitajiet ta' apprendiment mill-bogħod, faċilitajiet tal-gvern lokali, uffiċċji tas-sigurtà soċjali, u qrati. Skont l-almanakk ta' Caixa, huwa ċ-ċentru ekonomiku tal-inħawi b'popolazzjoni kumplessiva ta' 200,000 abitant. 29 % tal-impjiegi huma fis-settur tas-servizzi. Frazzjonijiet oħra tal-popolazzjoni huma impjegati fit-turiżmu, fil-kummerċ, fl-industrija u fl-amministrazzjoni tal-gvern lokali. L-ekonomija agrikola hija ffukata l-iktar fuq il-kultivazzjoni taż-żebbuġ u t-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat. Úbeda sar wieħed mill-ikbar produtturi u imballaturi taż-żejt taż-żebbuġa fil-provinċja ta' Jaén.
Waħda mill-attrazzjonijiet staġonali prinċipali tar-raħal hija il-festival annwali tal-mużika u taż-żfin li jsir f'Mejju u f'Ġunju, u jinkludi l-opri, il-jazz, il-flamenco, il-mużika klassika, l-orkestra sinfonika u l-ġeneru dance. Lejn ix-Xlokk tar-raħal hemm il-park naturali ta' Sierra de Cazorla, Segura y las Villas.
Attrazzjonijiet prinċipali
[immodifika | immodifika s-sors]L-iżjed karatteristika straordinarja tar-raħal hija l-pjazza monumentali ta' Vázquez de Molina, imdawra b'binjiet Rinaxximentali imponenti bħall-Palacio de las Cadenas (hekk imsejjaħ għall-ktajjen dekorattivi li fl-imgħoddi kien hemm imdendlin mill-faċċata) u l-Bażilika ta' Santa María de los Reales Alcázares. Il-Kappella tas-Salvatur jew Capilla del Salvador inbniet biex tospita l-oqbra tan-nobbiltà lokali. Hemm tiżjin elaborat kemm minn barra kif ukoll fuq ġewwa; pereżempju, fuq ġewwa hemm ħajt diviżorju elaborat bix-xogħol tal-metall, maħdum mill-ħaddied Bartolomé de Jaen. L-Hospital de Santiago, iddisinjat minn Vandelvira fl-aħħar tas-seklu 16, bit-torrijiet tal-kampnari kwadri u l-bitħa Rinaxximentali grazzjuża tiegħu, issa jospita s-Sala tal-Konferenzi tar-raħal. Úbeda għandu wkoll lukanda tat-tip Parador, f'palazz tas-seklu 16 li kien ir-residenza ta' membru għoli tal-kleru ta' dak iż-żmien.
Ir-raħal jissemma fl-idjoma komuni bl-Ispanjol, andar por los cerros de Úbeda (litteralment "timxi fl-għoljiet ta' Úbeda'), li tfisser "taqbad tparla dwar xi ħaġa li hija relatata kemxejn jew indirettament biss mas-suġġett oriġinali".
Ir-raħal għandu 48 monument u iktar minn mitt binja ta' interess, kważi kollha kemm huma bi stil Rinaxximentali. Dan il-patrimonju kollu wassal biex Úbeda jkun it-tieni raħal storiku rinomat ta' Spanja f'sett artistiku tal-1955. Fl-1975 ġie ddeżinjat mill-Kunsill tal-Ewropa bħala Raħal Eżemplari tar-Rinaxximent. Finalment, fl-2003 sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien ma' Baeza.[3]
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]- Chiclana de la Frontera, Spanja.[6]
- Lège-Cap-Ferret, Franza.[7]
Nies notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]- Joaquín Sabina, kittieb, poeta u kantant.[8]
- Francisco de los Cobos, Segretarju tal-Istat ta' Karlu V.[9]
- Antonio Muñoz Molina, kittieb li rebaħ il-kategorija tal-letteratura tal-Premju tal-Prinċep tal-Asturias.[10]
- San Ġwann tas-Salib, poeta mistiku.[11]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Sánchez Ruiz, Marcelino; Coronado Sánchez, Ana (2011). "La campiña y La Loma: huella, memoria y vida". Revista ph. Instituto Andaluz del Patrimonio Histórico (78): 17.
- ^ "Castillo Olivares, M.ª Dolores Antigüedad del (2004). Úbeda: la consolidación de la imagen renacentista. Espacio, Tiempo y Forma. Serie VII. Historia del Arte. UNED. 17:15" (PDF).
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Renaissance Monumental Ensembles of Úbeda and Baeza". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
- ^ Instituto Nacional de Estadística (Spain) (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ "Úbeda | Spain | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
- ^ Cádiz, Diario de (2019-08-09). "El hermanamiento entre Chiclana y Úbeda cumple sus bodas de plata". Diario de Cádiz (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-08-24.
- ^ Montes, Pablo (2017-09-27). "Lège- Cap-Ferret y Úbeda; ciudades turísticas opuestas y hermanadas". Cadena SER (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-24. Miġbur 2022-08-24.
- ^ Vílchez, Alberto Román. "Una placa para la casa en la que nacio Joaquin Sabina". Almerca - Ideal (bl-Ispanjol).
- ^ Páez de Castro, Juan; del Pino González, Eduardo; García Pinilla, Ignacio J. (30 October 2017). Poesía latina: de Juan Páez de Castro. Ediciones de la Universidad de Castilla-La Mancha. p. 173. ISBN 9788490442531.
- ^ "La Úbeda de Muñoz Molina | espana | Ocholeguas | elmundo.es". viajes.elmundo.es. Miġbur 2022-08-24.
- ^ "La noche más oscura de San Juan". ELMUNDO (bl-Ispanjol). 2013-12-14. Miġbur 2022-08-24.