Úbeda

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Úbeda
 Spanja
Amministrazzjoni
Stat sovranSpanja
Autonomous community of SpainAndalusija
Provinċja ta' SpanjaProvinċja ta' Jaén
Kap tal-Gvern Antonia Olivares Martínez (en) Translate
Isem uffiċjali Úbeda
Vbeda
ウベダ
Убеда
Убеда
أبدة
اوبدا
Ուբեդա
उबेदा
უბედა
乌韦达
ابیڈا
Убеда
ਉਬੇਦਾ
우베다
Úbeda
Kodiċi postali 23400, 23509, 23413u 23314
Ġeografija
Koordinati 38°00′42″N 3°22′18″W / 38.0117°N 3.3717°W / 38.0117; -3.3717Koordinati: 38°00′42″N 3°22′18″W / 38.0117°N 3.3717°W / 38.0117; -3.3717
Úbeda is located in Spain
Úbeda
Úbeda
Úbeda (Spain)
Superfiċjenti 397.1 kilometru kwadru
Għoli 748 m
Fruntieri ma' Baeza, Torreperogil (en) Translate, Sabiote (en) Translate, Rus (en) Translate, Vilches (en) Translate, Arquillos (en) Translate, Navas de San Juan (en) Translate, Cazorla (en) Translate, Peal de Becerro (en) Translate, Quesada (en) Translate, Cabra del Santo Cristo (en) Translate, Jódar (en) Translate, Villacarrillo (en) Translateu Santo Tomé (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 33,810 abitanti (2023)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 953 75u 953 79
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Lège-Cap-Ferret (en) Translate, Chiclana de la Frontera (en) Translateu Baeza
ubeda.es

Úbeda (pronunzjata bl-Ispanjol: [ˈuβeða]) huwa raħal u muniċipalità ta' Spanja li jinsab fil-provinċja ta' Jaén, l-Andalusija.

Ir-raħal jinsab fuq ix-xaqliba tan-Nofsinhar tal-hekk imsejħa "Loma de Úbeda", biċċa art bejn il-baċiri tax-xmajjar Guadalquivir u Guadalimar.[1][2]

Dan ir-raħal flimkien mar-raħal ġar ta' Baeza gawdew patrunaġġ estensiv fil-bidu tas-seklu 16 li rriżulta fil-kostruzzjoni ta' sensiela ta' palazzi u knejjes bi stil Rinaxximentali, li ġew ippreservati. Fl-2003, l-UNESCO ddikjarat iċ-ċentri storiċi u l-monumenti ta' dawn iż-żewġ irħula bħala Sit ta' Wirt Dinji.[3] Skont l-aħħar ċensiment tal-2017, il-muniċipalità għandha popolazzjoni rreġistrata ta' 34,733 ruħ, u b'hekk tikklassifika bħala r-raba' l-iktar muniċipalità popolata fil-provinċja.[4]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Skavi arkeoloġiċi jindikaw li kien hemm insedjament f'Úbeda qabel Żmien ir-Rumani, bis-saħħa ta' fdalijiet argariċi u Iberiċi. Il-belt kapitali tal-istat Iberiku kienet tissejjaħ Iltiraka u kienet tinsab fuq ix-xmara Guadalquivir, 10 kilometri fin-Nofsinhar tas-sit effettiv tar-raħal attwali. Ir-Rumani u iktar 'il quddiem il-Viżigoti okkupaw is-sit bħala insedjament.

Matul ir-Reconquista, fl-1233, ir-Re Ferdinandu III ħakem ir-raħal għar-Renju ta' Kastilja. Bħala parti minn Kastilja, il-pussess ta' territorji ta' Úbeda żdied b'mod sostanzjali, inkluż l-inħawi minn Torres de Acún (Granada) sa Santisteban del Puerto, kif ukoll irħula bħal Albánchez de Úbeda, Huesa u Canena. F'nofs is-seklu 16, kienet tinkludi wkoll lil Cabra del Santo Cristo, Quesada jew Torreperogil.[5]

Matul is-sekli 14 u 15, id-differenzi bejn in-nobbiltà u l-popolazzjoni lokali xekklu t-tkabbir tar-raħal. Fl-1368, ir-raħal ġarrab xi ħsarat matul il-Gwerra Ċivili Kastiljana bejn Pietru I ta' Kastilja u Enriku II ta' Kastilja. Flimkien ma' ċirkostanzi oħra, dan wassal biex ir-rivalità bejn il-familji de Trapera u de Aranda tiħrax għall-ewwel, u mbagħad ir-rivalità kompliet bejn il-familji de la Cueva u de Molina. Dan in-nuqqas ta' stabbiltà ġie solvut meta ħadu t-tmun f'idejhom il-Monarki Kattoliċi: huma ordnaw li l-Alcázar, li kien jintuża min-nobbiltà bħala fortizza, jitwaqqa'.

Úbeda, fil-fruntiera bejn Granada u Kastilja-La Mancha, kienet żona ġeografika ta' lqugħ importanti, u b'hekk il-popolazzjoni kisbet għadd ta' privileġġi uffiċjali mir-rejiet ta' Kastilja, fosthom il-"Fuero de Cuenca", li organizza l-popolazzjoni ffurmata minn nies minn Kastilja u minn León, sabiex jiġu ffaċċjati l-problemi li setgħu jinqalgħu fil-fruntieri. Permezz tal-"Fuero de Cuenca", ġie ffurmat Kunsill popolari, li żviluppa nobbiltà tal-klassi medja, u dan wassal biex il-karigi uffiċjali għoljin ikunu jistgħu jintirtu.

Matul is-seklu 16, dawn il-familji aristokratiċi importanti ta' Kastilja minn Úbeda laħqu l-ogħla karigi fl-amministrazzjoni tal-Monarkija Spanjola. B'mod partikolari, Francisco de los Cobos u n-neputi tiegħu Juan Vazquez de Molina saru Segretarju tal-Istat għall-Imperatur Ruman Sagru Karlu V u Filippu II rispettivament. Il-Viċirè tal-Perù Pedro de Toledo, il-gvernatur tal-Gżejjer Kanarji Juan de Rivera y Zambrana, il-Markiż ta' Messia jew il-Konti ta' Guadiana huma eżempji oħra ta' familji nobbli li kienu jgħixu f'Úbeda f'dan iż-żmien. Bis-saħħa tal-patrunaġġ tal-arti ta' dawn il-familji jikkompetu ma' xulxin, Úbeda sar kalamita Rinaxximentali fi Spanja u minnu l-arkitettura Rinaxximentali nfirxet mar-Renju ta' Sivilja u fl-Amerka.

Il-Bażilika ta' Santa María de los Reales Alcázares.

Il-Kappella Sagra tas-Salvatur tad-Dinja u l-Palazz ta' Vazquez de Molina, illum il-Muniċipju, ġew iddisinjati mill-arkitetti Diego de Siloé, Berruguete u Andrés de Vandelvira, fost l-oħrajn. Dan il-perjodu tad-deheb intemm minħabba l-kriżi li faqqgħet fis-seklu 17. Fl-aħħar snin tas-seklu 18, l-ekonomija tar-raħal bdiet tirpilja, bl-għajnuna tal-industriji tal-agrikoltura u tal-manifattura.

Fil-bidu tas-seklu 19, il-Gwerra tal-Indipendenza (din il-gwerra kontra Napuljun spiss tissejjaħ "Gwerra Peniżolari" wkoll) reġgħet ikkawżat telf ekonomiku kbir, u r-raħal ma reġax qam fuq tiegħu qabel tmiem is-seklu 19, meta sar bosta titjib tekniku fl-agrikoltura u fl-industrija inġenerali. Saru wkoll diskussjonijiet ideoloġiċi fil-"casinos", li kienu postijiet fejn kienu jsiru diskussjonijiet informali dwar diversi temi.

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kumplessi Monumentali Rinaxximentali ta' Úbeda u Baeza ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[3]

Ekonomija[immodifika | immodifika s-sors]

L-għelieqi tas-siġar taż-żebbuġ ta' Úbeda.

Ir-raħal jinsab qrib iċ-ċentru ġeografiku tal-provinċja ta' Jaén, u huwa s-sede amministrattiva tal-comarca ta' Loma de Úbeda tal-madwar. Huwa wieħed mill-iżjed insedjamenti importanti tar-reġjun, u għandu sptar reġjonali, kulleġġ universitarju li joffri baċellerat fl-edukazzjoni, faċilitajiet ta' apprendiment mill-bogħod, faċilitajiet tal-gvern lokali, uffiċċji tas-sigurtà soċjali, u qrati. Skont l-almanakk ta' Caixa, huwa ċ-ċentru ekonomiku tal-inħawi b'popolazzjoni kumplessiva ta' 200,000 abitant. 29 % tal-impjiegi huma fis-settur tas-servizzi. Frazzjonijiet oħra tal-popolazzjoni huma impjegati fit-turiżmu, fil-kummerċ, fl-industrija u fl-amministrazzjoni tal-gvern lokali. L-ekonomija agrikola hija ffukata l-iktar fuq il-kultivazzjoni taż-żebbuġ u t-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat. Úbeda sar wieħed mill-ikbar produtturi u imballaturi taż-żejt taż-żebbuġa fil-provinċja ta' Jaén.

Waħda mill-attrazzjonijiet staġonali prinċipali tar-raħal hija il-festival annwali tal-mużika u taż-żfin li jsir f'Mejju u f'Ġunju, u jinkludi l-opri, il-jazz, il-flamenco, il-mużika klassika, l-orkestra sinfonika u l-ġeneru dance. Lejn ix-Xlokk tar-raħal hemm il-park naturali ta' Sierra de Cazorla, Segura y las Villas.

Attrazzjonijiet prinċipali[immodifika | immodifika s-sors]

L-Hospital de Santiago.

L-iżjed karatteristika straordinarja tar-raħal hija l-pjazza monumentali ta' Vázquez de Molina, imdawra b'binjiet Rinaxximentali imponenti bħall-Palacio de las Cadenas (hekk imsejjaħ għall-ktajjen dekorattivi li fl-imgħoddi kien hemm imdendlin mill-faċċata) u l-Bażilika ta' Santa María de los Reales Alcázares. Il-Kappella tas-Salvatur jew Capilla del Salvador inbniet biex tospita l-oqbra tan-nobbiltà lokali. Hemm tiżjin elaborat kemm minn barra kif ukoll fuq ġewwa; pereżempju, fuq ġewwa hemm ħajt diviżorju elaborat bix-xogħol tal-metall, maħdum mill-ħaddied Bartolomé de Jaen. L-Hospital de Santiago, iddisinjat minn Vandelvira fl-aħħar tas-seklu 16, bit-torrijiet tal-kampnari kwadri u l-bitħa Rinaxximentali grazzjuża tiegħu, issa jospita s-Sala tal-Konferenzi tar-raħal. Úbeda għandu wkoll lukanda tat-tip Parador, f'palazz tas-seklu 16 li kien ir-residenza ta' membru għoli tal-kleru ta' dak iż-żmien.

Ir-raħal jissemma fl-idjoma komuni bl-Ispanjol, andar por los cerros de Úbeda (litteralment "timxi fl-għoljiet ta' Úbeda'), li tfisser "taqbad tparla dwar xi ħaġa li hija relatata kemxejn jew indirettament biss mas-suġġett oriġinali".

Ir-raħal għandu 48 monument u iktar minn mitt binja ta' interess, kważi kollha kemm huma bi stil Rinaxximentali. Dan il-patrimonju kollu wassal biex Úbeda jkun it-tieni raħal storiku rinomat ta' Spanja f'sett artistiku tal-1955. Fl-1975 ġie ddeżinjat mill-Kunsill tal-Ewropa bħala Raħal Eżemplari tar-Rinaxximent. Finalment, fl-2003 sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien ma' Baeza.[3]

Ġemellaġġ[immodifika | immodifika s-sors]

Nies notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Sánchez Ruiz, Marcelino; Coronado Sánchez, Ana (2011). "La campiña y La Loma: huella, memoria y vida". Revista ph. Instituto Andaluz del Patrimonio Histórico (78): 17.
  2. ^ "Castillo Olivares, M.ª Dolores Antigüedad del (2004). Úbeda: la consolidación de la imagen renacentista. Espacio, Tiempo y Forma. Serie VII. Historia del Arte. UNED. 17:15" (PDF).
  3. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Renaissance Monumental Ensembles of Úbeda and Baeza". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
  4. ^ Instituto Nacional de Estadística (Spain) (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  5. ^ "Úbeda | Spain | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
  6. ^ Cádiz, Diario de (2019-08-09). "El hermanamiento entre Chiclana y Úbeda cumple sus bodas de plata". Diario de Cádiz (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-08-24.
  7. ^ Montes, Pablo (2017-09-27). "Lège- Cap-Ferret y Úbeda; ciudades turísticas opuestas y hermanadas". Cadena SER (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-24. Miġbur 2022-08-24.
  8. ^ Vílchez, Alberto Román. "Una placa para la casa en la que nacio Joaquin Sabina". Almerca - Ideal (bl-Ispanjol).
  9. ^ Páez de Castro, Juan; del Pino González, Eduardo; García Pinilla, Ignacio J. (30 October 2017). Poesía latina: de Juan Páez de Castro. Ediciones de la Universidad de Castilla-La Mancha. p. 173. ISBN 9788490442531.
  10. ^ "La Úbeda de Muñoz Molina | espana | Ocholeguas | elmundo.es". viajes.elmundo.es. Miġbur 2022-08-24.
  11. ^ "La noche más oscura de San Juan". ELMUNDO (bl-Ispanjol). 2013-12-14. Miġbur 2022-08-24.